EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0139

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 24, 29.1.2004, p. 1–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 08 Volume 003 P. 40 - 61
Special edition in Estonian: Chapter 08 Volume 003 P. 40 - 61
Special edition in Latvian: Chapter 08 Volume 003 P. 40 - 61
Special edition in Lithuanian: Chapter 08 Volume 003 P. 40 - 61
Special edition in Hungarian Chapter 08 Volume 003 P. 40 - 61
Special edition in Maltese: Chapter 08 Volume 003 P. 40 - 61
Special edition in Polish: Chapter 08 Volume 003 P. 40 - 61
Special edition in Slovak: Chapter 08 Volume 003 P. 40 - 61
Special edition in Slovene: Chapter 08 Volume 003 P. 40 - 61
Special edition in Bulgarian: Chapter 08 Volume 001 P. 201 - 222
Special edition in Romanian: Chapter 08 Volume 001 P. 201 - 222
Special edition in Croatian: Chapter 08 Volume 005 P. 73 - 94

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/139/oj

32004R0139



Official Journal L 024 , 29/01/2004 P. 0001 - 0022


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004

ta' l-20 ta' Jannar 2004

dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi

(ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 83 u 308 tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi [4] kien emendat b'mod sostanzjali. Minħabba li ħa jsiru aktar emendi, dan ir-Regolament għandu jerġa jinkiteb mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2) Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattat, l-Artikolu 3(1)(g) jagħti lill-Komunità l-iskop li tistabbilixxi sistemà li tassigura li ma tkunx imfixkla l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-Artikolu 4(1) tat-Trattat jgħid li l-attivitajiet ta' l-Istati Membri u tal-Komunità għandhom jitwettqu skond il-prinċipju ta' l-ekonomija tas-suq miftuħ b'kompetizzjoni ħielsa. Dawn il-prinċipji huma essenzjali sabiex ikompli jiżviluppa s-suq intern.

(3) L-ikkompletar tas-suq intern u ta' l-unjoni ekonomika u monetarja, it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea u t-tnaqqis fl-ostakoli internazzjonali għall-kummerċ u l-investiment ħa jkomplu joħolqu riorganizzazzjonijiet korporattivi kbar, b'mod speċjali fil-forma ta' konċentrazzjonijiet.

(4) Dan it-tip ta' riorganizzazzjoni għandha tintlaqà tajjeb sakemm il-konċentrazzjonijiet ikunu skond il-ħtiġiet ta' kompetizzjoni dinamika u jkunu kapaċi jżidu l-kompetittività ta' l-industrija Ewropea, jtejbu l-kundizzjonijiet ta' l-iżvilupp u jgħollu l-livell tal-għajxien fil-Komunità.

(5) Madankollu, għandu jkun assigurat li l-proċess ta' riorganizzazzjoni ma jwassalx għal ħsara fil-kompetizzjoni li ddum tinħass; il-liġi Komunitarja għandha, għaldaqstant, tinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw dawk il-konċentrazzjonijiet li jistgħu jfixklu b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu.

(6) Għaldaqstant, hemm il-bżonn ta' strument legali speċifiku li jippermetti li jsir kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet kollha skond l-effett tagħhom fuq l-istruttura tal-kompetizzjoni fil-Komunità. Dan l-istrument għandu jkun l-uniku strument li japplika għal dawn il-konċentrazzjonijiet. Ir-Regolament (KEE) Nru 4064/89 ippermetta li tiżviluppa politika Komunitarja f'dan il-qasam. Madankollu, fid-dawl ta' l-esperjenza, dan ir-Regolament għandu issa jinkiteb mill-ġdid fl-leġislazzjoni miktuba apposta sabiex tilqa' l-isfidi ta' suq aktar integrat u tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fil-futur. Skond il-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat, dan ir-Regolament ma jaqbiżx il-limiti ta' dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan li jkun assigurat li l-kompetizzjoni fis-suq komuni ma tkunx imfixkla, dejjem skond il-prinċipju ta' l-ekonomija ta' suq miftuħ b'kompetizzjoni ħielsa.

(7) Għalkemm l-Artikoli 81 u 82, skond id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, japplikaw għal ċerti tipi ta' konċentrazzjonijiet, dawn l-Artikoli m‘humiex biżżejjed sabiex jikkontrollaw l-operazzjonijiet kollha li jistgħu ma jkunux kompatibbli mas-sistemà ta' kompetizzjoni mingħajr tfixkil kif kontemplata fit-Trattat. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jkun ibbażat mhux biss fuq l-Artikolu 83 iżda wkoll, prinċiparjament, fuq l-Artikolu 308 tat-Trattat. Skond dan l-Artikolu l-Komunità tista' tagħti lilha nnifisha setgħat addizzjonali sabiex tieħu dik l-azzjoni li tkun meħtieġa sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, kif ukoll setgħat biex tieħu azzjoni fir-rigward ta' konċentrazzjonijiet fis-suq tal-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tat-Trattat.

(8) Id-dispożizzjonijiet li ħa jkunu adottati b'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal bidliet strutturali sinifikanti li l-impatt tagħhom fuq is-suq jinħass ukoll lil hinn mill-fruntieri nazzjonali ta' wieħed mill-Istati Membri. Bħala regola ġenerali, dawn it-tip ta' konċentrazzjonijiet għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid esklużivament fuq livell Komunitarju u dan bħala applikazzjoni tas-sistema ta' "one-stop shop" u b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà. Bħala prinċipju, l-konċentrazzjonijiet li ma jaqgħux taħt dan ir-Regolament jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri.

(9) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkun definit skond iż-żona ġeografika fejn l-impriżi konċernati huma attivi u għandu jkunu limitat b'limiti kwantitattivi sabiex ikopri dawk il-konċentrazzjonijiet b'dimensjoni Komunitarja. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-limiti u tal-kriterji applikabbli sabiex il-Kunsill, li jaġixxi skond l-Artikolu 202 tat-Trattat, ikun f'pożizzjoni li jeżaminahom mill-ġdid b'mod regolari. Permezz ta' dan ir-rapport il-Kunsill ikun jista' jeżamina mill-ġdid ukoll ir-regoli dwar ir-referenza li ssir qabel in-notifika. Din l-eżaminazzjoni mill-ġdid għandha ssir fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tipprepara dawn ir-rapporti u possibilment anki proposti biex isiru emendi, hemm il-bżonn li l-Istati Membri jagħtu lill Kummissjoni data ta' l-istatistika. Ir-rapporti u l-proposti tal-Kummissjoni għandhom ikunu ibbażati fuq informazzjoni rilevanti mogħtija b'mod regolari mill-Istati Membri.

(10) Għandu jitqies li teżisti konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja meta l-valur tal-bejgħ ta' l-impriżi konċernati meħud kollu kemm hu jaqbeż il-limiti stipulati; dan japplika irrispettivament mill-fatt jekk l-impriżi li jiffurmaw il-konċentrazzjoni għandhomx l-uffiċju jew l-oqsma ta' attività prinċipali tagħhom fil-Komunità sakemm ikollhom operazzjonijiet sostanzjali fil-Komunità.

(11) Ir-regoli li jirregolaw ir-referenza ta' konċentrazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom joperaw b'mod li joħolqu mekkaniżmu korrettiv u effettiv u dan fid-dawl tal-prinċipju ta' sussidjarjetà; dawn ir-regoli jipproteġu l-interessi ta' l-Istati Membri fil-kompetizzjoni b'mod adegwat u jirrispettaw iċ-ċertezza legali u l-prinċipju tal-"one-stop shop".

(12) Jekk xi konċentrazzjonijiet ma jilħqux il-limiti ta' valur tal-bejgħ imsemmija f'dan ir-Regolament, dawn jistgħu jikkwalifkaw għal eżaminazzjoni taħt numru ta' sistemi nazzjonali li jikkontrollaw għaqdiet bejn impriżi. Jekk isiru diveri notifki dwar l-istess transazzjoni tiżdied l-inċertezza legali, u jiżdiedu wkoll l-isforz u l-ispejjeż għall-impriżi. Dan jista' jwassal ukoll għal stimi li ma jaqblux bejniethom. Għaldaqstant, is-sistemà li permezz tagħha konċentrazzjonijiet jistgħu jkunu mgħarrfa lil-Kummissjoni mill-Istati Membri konċernati għandha tkun żviluppata aktar.

(13) Il-Kummissjoni għandha taġixxi b'komunikazzjoni u b'koperazzjoni fil-qrib u kontinwa ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li mingħandhom tirċievi kummenti u informazzjoni.

(14) Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom joħolqu network ta' awtoritajiet pubbliċi li japplikaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'koperazzjoni fil-qrib. Huma għandhom jagħmlu użu minn arranġamenti effiċjenti dwar it-tqassim ta' informazzjoni u konsultazzjoni bil-għan li, fid-dawl tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, ikun assigurat li każ ikun trattat mill-awtorità li tkun l-aktar xierqa li tagħmel dan u bil-għan li jkun assigurat li kemm jista' jkun tkun evitata sitwazzjoni fejn isiru diversi notfiki ta' l-istess konċentrazzjoni. Referenzi ta' konċentrazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom isiru b'mod effiċjenti sabiex kemm jista' jkun ikunu evitati sitwazzjonijiet fejn konċentrazzjoni tkun is-suġġett ta' referenza kemm qabel kif ukoll wara li tkun notifikata.

(15) Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirreferi lil Stat Membru konċentrazzjonijiet li jkunu notifikati, li jkollhom dimensjoni Komunitarja u li jheddu b'mod sostanzjali li jolqtu l-kompetizzjoni f'suq f'dak l-Istat Membru liema suq għandu l-karatteristiċi kollha ta' suq distint. F'każ fejn il-konċentrazzjoni tolqot il-kompetizzjoni f'dan it-tip ta' suq li ma jammontax għal parti sostanzjali tas-suq komuni, l-Kummissjoni għandu jkollha l-obbligu li, jekk issirilha talba, tirreferi l-każ kollu jew parti minnu lill-Istat Membru konċernat. Stat Membru għandu jkun jista' jirreferi lill-Kummissjoni konċentrazzjoni li għalkemm ma għandhiex dimensjoni Komunitarja xorta tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri u thedded li taffettwa b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni fit-territorju tiegħu. Stati Membri oħra li huma wkoll kompetenti sabiex jeżaminaw il-konċentrazzjoni għandhom ikunu jistgħu jingħaqdu mat-talba. Sabiex ikun assigurat li, f'sitwazzjoni bħal din, is-sistemà tkun waħda effiċjenti u li tippermetti li wieħed ikun jista' jobsor minn qabel x'ħa jiġri, il-perjodi perentorji nazzjonali għandhom ikunu sospiżi sakemm tittieħed deċiżjoni dwar ir-referenza tal-każ. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li teżamina u tittratta ma' konċentrazzjoni f'isem Stat Membru li jkun għamel talba jew f'isem Stati Membri li jkunu għamlu talba.

(16) L-impriżi konċernati għandhom jingħataw il-possibbiltà li jitolbu referenzi jew mingħand il-Kummissjoni qabel konċentrazzjoni tkun notifikata u dan sabiex tkun imtejba dejjem aktar l-effiċjenza tas-sistemà ta' kontroll ta' konċentrazzjonijiet fil-Komunità. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni għandhom jiddeċiedu fi żmien qasir u stabbilit b'mod ċar jekk referenza lil jew mingħand il-Kummissjoni għandhiex issir u dan sabiex tkun assigurata l-effiċjenza tas-sistemà. Fuq talba mingħand l-impriżi konċernati, l-Kummissjoni għandha tkun tista' tirreferi lil Stat Membru konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja li tista' tolqot b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni f'suq f'dak l-Istat Membru liema suq għandu l-karatteristiċi kollha ta' suq distint; madankollu, l-impriżi konċernati ma għandhomx jintalbu li juru li l-effetti tal-konċentrazzjoni ħa jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni ma għandhiex tirreferi lil Stat Membru konċentrazzjoni jekk dak l-Istat Membru jkun wera li ma jaqbilx ma din ir-referenza. Qabel ma ssir notifika lill-awtoritajiet nazzjonali, l-impriżi konċernati għandhom ikunu jistgħu anki jitolbu li konċentrazzjoni li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja iżda li tista' tkun eżaminata taħt il-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' mill-anqas tlett Stati Membri, tkun referuta lill-Kummissjoni. Dawn it-talbiet għal referenzi lill-Kummissjoni qabel ma ssir notifka jkunu ta' rilevanza partikolari f'sitwazzjonijiet fejn il-konċentrazzjoni tolqot il-kompetizzjoni ‘l hinn mit-territorju ta' Stat Membru wieħed. Fejn konċentrazzjoni li tkun tista' tiġi eżaminata taħt il-liġijiet dwar il-kompetizzjoni ta' tlett Stati Membri, jew aktar, tkun riferuta lill-Kummissjoni qabel ma ssir notifika nazzjonali, u fejn l-ebda Stat Membru li jkun kompetenti sabiex jeżamina l-każ ma jesprimi ruħu kontra, l-Kummissjoni għandha jkollha l-kompetenza esklusiva li teżamina il-konċentrazzjoni. Din il-konċentrazzjoni titqies daqslikieku kellha dimensjoni Komunitarja. Madankollu, dawn ir-referenzi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni qabel ma ssir notifika ma għandhomx isiru meta ta' l-anqas Stat Membru wieħed kompetenti li jeżamina l-każ ikun wera li ma jaqbilx ma' referenza bħal din.

(17) Il-Kummissjoni għandha tingħata kompetenza esklusiva fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dejjem suġġetta għal evalwazzjoni mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(18) L-Istati Membri ma għandhomx jitħallew japplikaw il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom dwar il-kompetizzjoni fir-rigward ta' konċentrazzjonijiet b'dimensjoni Komunitarja, sakemm dan ir-Regolament ma jaħsibx għal dan. Is-setgħat rilevanti ta' l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu limitati għall-każijiet fejn, fin-nuqqas ta' intervent mill-Kummissjoni, hemm il-possibbiltà li l-kompetizzjoni effettiva fit-territorju ta' Stat Membru tkun imfixkla b'mod sinifikanti u fejn l-interessi tal-kompetizzjoni ta' dak l-Istat Membru ma jkunux jistgħu jiġu protetti biżżejjed b'dan ir-Regolament. L-Istati Membri konċernati għandhom jaġixxu fil-pront f'dawn il-każijiet; dan ir-Regolament ma jistax, minħabba d-differenzi fil-liġijiet nazzjonali, jistabbilixxi limitu ta' żmien wieħed għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet finali taħt il-liġi nazzjonali.

(19) Barra minn hekk, l-applikazzjoni b'mod esklusiv ta' dan ir-Regolament fil-konfront ta' konċentrazzjonijiet li għandhom dimensjoni Komunitarja hi bla ħsara għall-Artikolu 296 tat-Trattat u ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri xierqa sabiex jipproteġu interessi leġittimi li ma humiex protetti minn dan ir-Regolament dejjem jekk dawn il-miżuri jkunu kompatibbli mal-prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja.

(20) Ikun jaqbel li jiġi definit il-kunċett ta' konċentrazzjoni b'mod li jkopri operazzjonijiet li jwasslu għal bidla fil-tul fil-kontroll ta' l-impriżi konċernati u għalhekk fl-istruttura tas-suq. Għaldaqstant, huwa xieraq li fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ikunu inklużi l-joint ventures kollha li jħaddmu, fuq bażi dejjiema, l-funzjonijiet kollha ta' entità ekonomika awtonoma. Barra minn hekk, huwa xieraq li jkunu meqjusa bħala konċentrazzjoni waħda dawk it-transazzjonijiet li jkunu marbuta ħafna ma xulxin fis-sens li jkunu relattati b'kundizzjoni jew jieħdu l-forma ta' serje ta' transazzjonijiet f'titoli liema transazzjonijiet isiru f'perjodu ta' żmien raġjonevolment qasir.

(21) Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll fejn l-impriżi konċernati jaċċettaw restrizzjonijiet marbuta direttament ma', jew meħtieġa biex issir, l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni. Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li, fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jiddikjaraw li konċentrazzjonijiet jkunu kompatibbli mas-suq komuni għandhom awtomatikament ikopru dawn it-tip ta' restrizzjonijiet mingħajr ma jkun hemm bżonn li l-Kummissjoni teżamina dawn ir-restrizzjonijiet fil-każijiet individwali. Madankollu, fuq talba ta' l-impriżi konċernati, l-Kummissjoni għandha, f'każijiet li jqajmu mistoqsijiet ġodda jew li għadhom ma twieġbux u li joħolqu inċertezza ġenwina, teżamina b'mod espress jekk xi restrizzjoni hix relattata direttament ma', jew hix meħtieġa biex issir, l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni. Każ iqajjem mistoqsija ġdida jew li għadha ma tweġbitx u li toħloq inċertezza ġenwina jekk il-mistoqsija ma tkunx koperta mill-avviż tal-Kummissjoni rilevanti li jkun fis-seħħ jew minn deċiżjoni pubblikata tal-Kummissjoni.

(22) L-arranġamenti li ħa jkunu introdotti dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet għandhom, mingħajr ħsara għall-Artikolu 86(2) tat-Trattat, jirrispettaw il-prinċipju li ma ssirx diskriminazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat. Għaldaqstant, fis-settur pubbliku, il-kalkulazzjoni tal-valur tal-bejgħ ta' impriża konċernata f'konċentrazzjoni għandha tieħu in-konsiderazzjoni l-impriżi li jifformaw unità ekonomika b'setgħa indipendenti li tieħu deċiżjoni, irrispettivament minn kif il-kapital tagħhom huwa mqassam jew mir-regoli ta' sorveljanza amministrattiva applikabbli fil-konfront tagħhom.

(23) Huwa meħtieġ li jkun stabbilit jekk konċentrazzjonijiet b'dimensjoni Komunitarji humiex kompatibbli mas-suq komuni fid-dawl tal-ħtieġa li tinżamm u tkun żviluppata kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni. Meta tagħmel dan il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-istima tagħha fil-qafas ġenerali tal-kisba ta' l-objettivi fundamentali msemmija fl-Artikolu 2 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 2 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.

(24) Dan ir-Regolament għandu jippermetti kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet kollha mill-aspett ta' l-effett tagħhom fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità sabiex jassigura sistemà ta' kompetizzjoni mingħajr tfixkil fis-suq komuni u dan bħala avvanz ta' politika mħaddna skond il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq miftuħa f'kompetizzjoni ħielsa. Għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 4064/89 stabbilixxa l-prinċipju li konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja li toħloq jew issaħħaħ pożizzjoni dominanti, liema pożizzjoni twassal għal tfixkil sostanzjali fil-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali tiegħu, għandha tkun dikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

(25) Fid-dawl tal-konsegwenzi li jista' jkollhom konċentrazzjonijiet fi strutturi ta' suq oligopolistiku, huwa meħtieġ aktar minn f'sitwazzjonijiet oħra li tinżamm kompetizzjoni effettiva f'suq ta' dan it-tip. Ħafna mis-swieq oligopolistiċi għandhom livell tajjeb ta' kompetizzjoni. Madankollu, konċentrazzjonijiet li jinvolvu t-tneħħija ta' kontrolli kompetittivi importanti li l-partijiet li jingħaqdu kienu jeżerċitaw fuq xulxin u li jinvolvu wkoll tnaqqis fil-pressjoni maħluqa mill-kompetizzjoni fuq il-kompetituri li jifdal, jistgħu, f'ċerti ċirkostanzi, joħolqu tfixkil sostanzjali għal kompetizzjoni effettiva. Dan jista' jiġri anki meta ma jkunx hemm riskju ta' kordinazzjoni bejn il-membri ta' l-oligopolija. Madankollu, sal-ġurnata tal-lum, il-qrati tal-Komunità għadhom ma interpretawx b'mod espress ir-Regolament (KEE) Nru 4064/89 bħala li jitlob li konċentrazzjonijiet li joħolqu dawn l-effetti mingħajr kordinazzjoni jkunu dikjarati bħala inkompatibbli mas-suq komuni. Għalhekk, fl-interess taċ-ċertezza legali, għandu jkun ċar li dan ir-Regolament jippermetti kontroll effettiv ta' dawn il-konċentrazzjonijiet kollha billi jistabbilixxi li kull konċentrazzjoni li ħa tfixkel b'mod sinifikanti kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu, għandha tkun dikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni. L-espressjoni "tfixkil sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva" fl-Artikolu 2(2) u (3) għandha tkun interpretata bħala li tapplika lil hinn mill-kunċett ta' dominanza, iżda biss fir-rigward ta' effetti ta' konċentrazzjoni li jmorru kontra l-kompetizzjoni u li jirriżultaw minn imġieba mingħajr kordinazzjoni ta' impriżi li ma jkollhomx pożizzjoni dominanti fis-suq konċernat.

(26) B'mod ġenerali jista' jingħad li impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva jirriżulta mill-ħolqien ta' jew mit-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-prinċipju li konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja li tfixkel b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu, b'mod partikolari minħabba l-ħolqien ta' jew it-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti, għandha tkun iddikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni. Dan bil-għan li tkun preservata l-gwida li tista' tittieħed minn deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati Ewropej u minn deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 filwaqt li tinżamm konsistenza ma' l-istandards ta' ħsara fil-kompetizzjoni li kienu applikati mill-Kummissjoni u mill-qrati tal-Komunità fir-rigward tal-kompatibilità ta' konċentrazzjoni mas-suq komuni.

(27) Barra minn hekk, il-kriterja ta' l-Artikolu 81(1) u (3) tat-Trattat għandhom ikunu applikati għal joint ventures li jeżerċitaw, fuq bażi dejjiema, il-funzjonijiet kollha ta' entitajiet ekonomiċi awtonomi iżda dan sakemm il-ħolqien ta' dawn il-joint ventures iwassal għal restrizzjoni li tagħmel differenza fil-kompetizzjoni bejn impriżi li jibqgħu indipendenti.

(28) Sabiex tkun iċċarata u spjegata l-istima tal-Kummissjoni ta' konċentrazzjonijiet taħt dan ir-Regolament, huwa xieraq li l-Kummissjoni tippubblika gwida li toffri qafas ekonomiku komplut sabiex issir stima ta' konċentrazzjonijiet bil-għan li jkun determinat jekk dawn jistgħux jkunu dikjarati bħala kompatibbli mas-suq komuni.

(29) Sabiex ikun determinat l-impatt ta' konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni fis-suq komuni, huwa xieraq li jkunu kunsidrati l-effiċjenzi sostanzjati u probabbli li jkunu imqajma mill-impriżi konċernati. Jista' jkun li l-effiċjenzi li jirriżultaw mill-konċentrazzjoni jpattu għall-effetti fuq il-kompetizzjoni, u b'mod partikolari, l-ħsara potenzali għall-konsumaturi, li jista' jkollha din il-konċentrazzjoni. Jista' jkun li minħabba f'hekk il-konċentrazzjoni ma tfixkilx b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu, b'mod partikolari b'riżultat tal-ħolqien jew tat-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida dwar il-kundizzjonijiet li fuqhom hi tista' tikkonsidera effiċjenzi meta tkun qiegħda tagħmel stima ta' konċentrazzjoni.

(30) Meta l-impriżi konċernati jagħmlu xi bidliet f'konċentrazzjoni notifikata, b'mod partikolari billi jintrabtu li jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni, l-Kummissjoni għandha tkun tista' tiddikjara li l-konċentrazzjoni, kif mibdula, hija kompatibbli mas-suq komuni. Dawn ir-rabtiet għandhom ikunu proporzjonati mal-problema ta' kompetizzjoni u għandhom ikunu tali li jeliminaw din il-problema għal kollox. Meta l-problema ta' kompetizzjoni tkun tista' tiġi identifikata u tkun tista' tissolva faċilment, huwa wkoll xieraq li jkunu aċċettati rabtiet qabel ma jinbdew proċeduri. Għandu jkun stabbilit b'mod espress li l-Kummissjoni tista' torbot kundizzjonijiet u obbligi mad-deċiżjoni tagħha u dan sabiex tassigura li l-impriżi konċernati jirrispettaw, b'mod opportun u effettiv, ir-rabtiet tagħhom li jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni. Matul il-proċedura kollha għandhom ikunu assigurati t-trasparenza u l-konsultazzjoni effettiva ma' l-Istati Membri u ma' partijiet terzi interessati.

(31) Il-Kummissjoni għandha jkollha għad-dispożizzjoni tagħha strumenti xierqa sabiex tassigura l-infurzar tar-rabtiet u sabiex tkun tista' taġixxi f'sitwazzjonijiet fejn dawn ir-rabtiet ma jkunux rispettati. F'każijiet fejn ma tkunx rispettata kundizzjoni magħmula f'deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni, għandu jitqies li s-sitwazzjoni li kellha tagħmel il-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni ma rriżultatx u għalhekk il-konċentrazzjoni, kif implimentata, għandha titqies bħala li mhix awtorizzata mill-Kummissjoni. Bħala konsegwenza ta' dan, jekk il-konċentrazzjoni tkun fil-fatt implimentata, hija għandha tkun trattata daqs li kieku kienet konċentrazzjoni li mhix notifikata u li kienet implimentata mingħajr awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fejn il-Kummissjoni tkun diġa saret taf li, mingħajr il-kundizzjoni, l-konċentrazzjoni ħa tkun inkompatibbli mas-suq komuni, hija għandu jkollha s-setgħa li tordna direttament ix-xoljiment tal-konċentrazzjoni b'tali mod li treġġa lura s-sitwazzjoni kif kienet qabel l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni. Fejn obbligu stabbilit f'deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni ma jkunx rispettat, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevoka d-deċiżjoni tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tkun tista' timponi sanzjonijiet finanzjarji xierqa meta l-kundizzjonijiet jew l-obbligi ma jkunux rispettati.

(32) Konċentrazzjonijiet illi, minħabba s-sehem limitat tas-suq ta' l-impriżi konċernati, ma humiex f'sitwazzjoni li jfixklu l-kompetizzjoni effettiva jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq komuni. Mingħajr ħsara għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, teżisti indikazzjoni f'dan ir-rigward, b'mod partikolari, meta s-sehem tas-suq ta' l-impriżi konċernati ma jaqbiżx il-25 % tas-suq komuni jew ta' parti sostanzjali minnu.

(33) Il-Kummissjoni għandha jkollha l-kompitu li tieħu d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa sabiex tistabbilixxi jekk il-konċentrazzjonijiet b'dimensjoni Komunitarja humiex kompatibbli jew le mas-suq komuni. Hija għandha tieħu wkoll deċiżjonijiet immirati biex ireġġgħu lura s-sitwazzjoni għal kif kienet qabel l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni li kienet dikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

(34) Sabiex ikun assigurat kontroll effettiv, impriżi ma għandhomx ikunu obbligati li jagħtu notifika minn qabel dwar konċentrazzjonijiet b'dimensjoni Komunitarja wara li jikkonkludu ftehim, wara li jħabbru offerta pubblika għal jew akkwist f'interess li għandu kontroll fl-impriża. Notifika għandha tkun possibbli wkoll fejn l-impriżi konċernati jissodisfaw lill-Kummissjoni li l-intenzjoni tagħhom hi li jaslu għal ftehim dwar konċentrazzjoni proposta u juru lill-Kummissjoni li l-pjan tagħhom għal din il-konċentrazzjoni proposta huwa konkret biżżejjed, iżda dan bil-kundizzjoni li l-ftehim jew offerta proposti jistgħu joħolqu konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja. Dan jistgħu jagħmluh, per eżempju, a bażi ta' ftehim fuq il-prinċipju, memorandum ta' ftehim, jew ittra ta' intenzjoni iffirmata mill-impriżi kollha konċernati, jew, fil-każ ta' offerta pubblika, fejn huma ħabbru b'mod pubbliku l-intenzjoni li jagħmlu offerta. L-implimentazzjoni tal-konċentrazzjonijiet għandha tkun sospiża sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni finali. Madankollu, fejn ikun xieraq u fuq talba ta' l-impriżi konċernati, għandu jkun possibbli li jsiru derogi minn din is-sospensjoni. Meta tkun qed tiddeċiedi jekk tagħtix deroga jew le, l-Kummissjoni għandha tikkonsidra l-fatturi kollha rilevanti, bħan-natura u l-gravità tal-ħsara kaġunata lill-impriżi konċernati jew lil partijiet terzi, u t-theddida lill-kompetizzjoni preżentata mill-konċentrazzjoni. Madankollu, fl-interess taċ-ċarezza legali, il-validità tat-transazzjonijiet għandha tkun protetta kemm ikun meħtieġ.

(35) Għandu jkun stabbilit perjodu li fih il-Kummissjoni tkun marbuta li tibda proċeduri fir-rigward ta' konċentrazzjoni notifikata kif ukoll perjodu li fih il-Kummissjoni għandha tasal għal deċiżjoni finali dwar il-kompatibilità jew l-inkompatibilità tal-konċentrazzjoni konċernata mas-suq komuni. Dawn il-perjodi għandhom ikunu imtawlin meta l-impriżi konċernati joffru li jintrabtu li jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni. Dan sabiex ikun hemm biżżejjed żmien sabiex issir analiżi u eżami fis-suq ta' dawn l-offerti u sabiex ikunu konsultati l-Istati Membri u partijiet terzi interessati. Għandu jkun possibli wkoll li ssir estensjoni limitata tal-perjodu li fih il-Kummissjoni għandha tasal għal deċiżjoni finali sabiex ikun hemm żmien biżżejjed biex issir investigazzjoni tal-każ u verifikazzjoni tal-fatti u ta' l-argumenti mibgħuta lill-Kummissjoni.

(36) Il-Komunità tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta ta' Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea [5]. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jkun interpretat u applikat skond dawk id-drittijiet u prinċipji.

(37) L-impriżi konċernati għandu jkollhom id-dritt li jinstemgħu mill-Kummissjoni meta jinbdew proċeduri; il-membri ta' l-organi ta' ġestjoni u ta' sorveljanza u r-rappreżentanti rikonoxxuti ta' l-impjegati ta' l-impriżi konċernati, u partijiet terzi interessati, għandhom ukoll jingħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(38) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel stima kif jixraq tal-konċentrazzjonijiet, hija għandha jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa u li twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil-Komunità. Għal dan il-għan u wkoll bil-għan li tkun tista' tipproteġi l-kompetizzjoni b'mod effettiv, is-setgħat ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni għandhom ikunu msaħħa. B'mod partikolari, l-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tintervista kull persuna li jista' jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni utli u li żżomm rekord tad-dikjarazzjonijiet magħmula.

(39) Waqt li tkun qed issir spezzjoni, uffiċjali awtorizzati mill-Kummissjoni għandhom ikollhom id-dritt li jistaqsu għal kull informazzjoni rilevanti għas-suġġett u l-iskop ta' l-ispezzjoni; huma għandu jkollhom ukoll id-dritt li jwaħħlu siġilli waqt l-ispezzjonijiet, b'mod partikolari f'ċirkostanzi fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex ikun suspettat li kienet implimentata konċentrazzjoni mingħajr ma kienet notifikata; li l-Kummissjoni ngħatat informazzjoni li mhix korretta, jew li mhix sħiħa jew li tagħti indikazzjonijiet qarrieqa; jew li l-impriżi jew persuni konċernati ma rispettawx kundizzjoni jew obbligu imposti f'deċiżjoni tal-Kummissjoni. F'kull każ, siġilli għandhom jintużaw biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal perjodu meħtieġ biex issir l-ispezzjoni, li normalment ma jkunx ta' aktar minn 48 siegħa.

(40) Mingħajr ħsara għad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa wkoll utli li jkun stabbilit l-ambitu tal-kontroll li l-awtorità ġuridika nazzjonali tista' teżerċita meta tawtorizza, skond kif stabbilit fil-liġi nazzjonali u bħala miżura ta' prekawzjoni, assistenza minn awtoritajiet li jinfurzaw il-liġi sabiex tegħleb l-opposizzjoni li tista' tagħmel l-impriża għal spezzjoni, ikluż it-twaħħil ta' siġilli, li tkun ordnata f'deċiżjoni tal-Kummissjoni. Mid-deċiżjonijiet imsemmija jirriżulta li l-awtorità ġuridika nazzjonali tista', b'mod partikolari, titlob aktar informazzjoni mill-Kummissjoni sabiex tkun tista' teżerċita l-kontroll tagħha u, f'każ li ma jkollhiex din l-informazzjoni, tista' tirrifjuta l-awtorizzazzjoni. Id-deċiżjonijiet imsemmija jikkonfermaw ukoll li l-qrati nazzjonali huma kompetenti biex jikkontrollaw l-applikazzjoni ta' regoli nazzjonali li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' miżuri li jimponu. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikkoperaw b'mod attiv fl-eżerċizzju tas-setgħat investigattivi tal-Kummissjoni.

(41) Meta l-impriżi u l-persuni konċernati jkunu qed jirrispettaw id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, huma ma jistgħux jiġu sfurzati jammettu li wettqu xi ksur tal-liġi. Madankollu, huma obbligati li jwieġbu għal mistoqsijiet fattwali u li jipprovdu dokumenti anki jekk din l-informazzjoni tista' tkun użata biex tkun stabbilita l-eżistenza ta' dan il-ksur fir-rigward tagħhom jew fir-rigward ta' oħrajn.

(42) Għal raġunijiet ta' trasparenza, id-deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni li ma humiex ta' natura purament proċedurali għandhom ikunu reklamati b'mod wiesgha. Filwaqt li jkun assigurat li jkunu mħarsa d-drittijiet għal difiża ta' l-impriżi konċernati, b'mod partikolari, id-dritt għall-aċċess għall-atti tal-proċedura, huwa essenzjali li jkunu protetti sigrieti tan-negozju. Bl-istess mod, għandha tkun protetta l-konfidenzjalità ta' l-informazzjoni skambjata fin-network u ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi.

(43) L-osservanza ta' dan ir-Regolament għandha tkun infurzata, skond kif ikun xieraq, permezz ta' multi u pagamenti perjodiċi ta' penali. F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tingħata ġurisdizzjoni mingħajr limiti skond l-Artikolu 229 tat-Trattat.

(44) Il-kundizzjonijiet li taħthom konċentrazzjonijiet li jinvolvu impriżi li għandhom l-uffiċcju jew l-oqsma prinċipali ta' attività tagħhom fil-Komunità, huma mwettqa f'pajjiżi terzi għandhom ikunu osservati. Għandu jkun possibbli li l-Kunsill jagħti lill-Kummissjoni mandat xieraq sabiex tagħmel negozjati bil-għan li tikseb trattament li ma jiddiskriminax fir-rigward ta' dawn l-impriżi.

(45) Dan ir-Regolament ma jnaqqas bl-ebda mod mid-drittijiet kollettivi ta' l-impjegati kif rikonoxxuti mill-impriżi konċernati, b'mod speċjali fir-rigward ta' kull obbligu li jinfurmaw u jikkonsultaw lir-rappreżentanti rikononxxuti tagħhom skond il-liġi Komunitarja u nazzjonali.

(46) Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skond il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Fl-adozzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni, l-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn Kumitat ta' Konsulenza magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri kif speċifikat fl-Artikolu 23,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 22, dan ir-Regolament għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet kollha li għandhom dimensjoni Komunitarja, kif definiti f'dan l-Artikolu.

2. Konċentrazzjoni jkollha dimensjoni Komunitarja meta:

(a) il-valur tal-bejgħ dinji totali ta' l-impriżi kollha konċernati huwa ta' aktar minn EUR 5,000 miljun, u

(b) il-valur tal-bejgħ totali mill-Komunità kollha ta' mill-anqas tnejn mill-impriżi konċernati huwa ta' aktar minn EUR 250 miljun kull waħda,

sakemm kull waħda mill-impriżi konċernati ma tilħaqx aktar minn żewġ terzi mill-valur tal-bejgħ totali tagħha mill-Komunità fl-istess Stat Membru.

3. Konċentrazzjoni li ma tilħaqx il-livelli stabbiliti fil-paragrafu 2 għandha dimensjoni Komunitarja meta:

(a) il-valur tal-bejgħ dinji totali ta' l-impriżi kollha konċernati huwa ta' aktar minn EUR 2500 miljun;

(b) il-valur tal-bejgħ totali ta' l-impriżi kollha konċernati huwa ta' aktar minn EUR 100 miljun f'kull wieħed minn ta' l-anqas tlett Stati Membri;

(ċ) f'kull wieħed minn ta' l-anqas tlett Stati Membri kunsidrati taħt punt (b), il-valur tal-bejgħ totali ta' kull waħda minn ta' l-anqas tnejn mill-impriżi konċernati huwa ta' aktar minn EUR 25 miljun; u

(d) il-valur tal-bejgħ totali fil-Komunità kollha ta' kull waħda minn ta' l-anqas tnejn mill-impriżi konċernati huwa ta' aktar minn EUR 100 miljun,

sakemm kull waħda mill-impriżi konċernati ma tilħaqx aktar minn żewġ terzi tal-valur tal-bejgħ totali tagħha mill-Komunità fl-istess Stat Membru.

4. Skond il-bazi ta' data statistikali li tista' tkun provduta regolarment mill-Istati Membri, l-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Kunsill dwar kif qed jaħdmu l-limiti u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 sa' l-1 ta' Lulju 2009. Il-Kummissjoni tista' tippreżenta wkoll proposti skond il-paragrafu 5.

5. Wara li jirċievi r-rapport msemi fil-paragrafu 4 u fuq proposta mill-Kummissjoni, l-Kunsill jista' jirrevedi l-limiti u l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3. Il-Kunsill għandu jagħmel dan b'maġġoranza kwalifikata.

Artikolu 2

Stima tal-konċentrazzjonijiet

1. Konċentrazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu stmati skond l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet li ġejjin bil-għan li jkun stabbilit jekk humiex kompatibbli mas-suq komuni jew le.

Meta tkun qiegħda tagħmel din l-istima, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a) il-bżonn li tinżamm u li tkun żviluppata kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni, u dan minħabba, fost l-oħrajn, l-istruttura ta' l-iswieq konċernati u l-kompetizzjoni attwali u potenzjali minn impriżi li qegħdin fil-jew barra mill-Komunità;

(b) il-pożizzjoni ta' l-impriżi konċernati fis-suq u s-saħħa ekonomika u finanzjarja tagħhom, l-alternattivi disponibbli għall-fornituri u għall-konsumaturi, l-aċċess li għandhom għal provisti jew swieq, xi barrieri legali jew barrieri oħra li jfixklu d-dħul fis-suq, tendenzi fil-provista u fit-talba għall-merkanzija u għas-servizzi relevanti, l-interessi tal-konsumaturi - kemm dawk intermedjarji u kif ukoll dawk finali - u l-iżvilupp ta' progress tekniku u ekonomiku sakemm dan ikun fl-interess tal-konsumaturi u ma jkunx ta' tfixkil għall-kompetizzjoni.

2. Konċentrazzjoni li mhix ħa tkun ta' tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu, b'mod partikolari minħabba l-ħolqien ta' jew minħabba t-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti, għandha tkun dikjarata bħala kompatibbli mas-suq komuni.

3. Konċentrazzjoni li ħa tkun ta' tfixkil sinjifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu, b'mod partikolari minħabba l-ħolqien ta' jew minħabba t-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti, għandha tkun dikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

4. Safejn il-ħolqien ta' joint venture li tammonta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 3 jkollu bħala l-għan jew l-effett tiegħu il-kordinazzjoni ta' l-imġieba kompetittiva ta' l-impriżi li jibqgħu indipendenti, din il-kordinazzjoni għandha tkun stmata skond il-kriterji ta' l-Artikolu 81(1) u (3) tat-Trattat bil-għan li jkun stabbilit jekk l-operazzjoni hix kompatibbli mas-suq komuni jew le.

5. Meta tkun qiegħda tagħmel din l-istima, il-Kummissjoni għandha tqis, b'mod partikolari:

- jekk tnejn jew aktar kumpanniji prinċipali żammewx, b'mod sinifikanti, attivitajiet fl-istess suq bħall-joint venture jew f'suq li huwa downstream jew upstream minn dak tal-joint venture jew f'suq fil-qrib li huwa relatat ħafna ma' dan is-suq,

- jekk il-kordinazzjoni li hija l-konsegwenza diretta tal-ħolqien tal-joint venture tħallix lill-impriżi konċernati l-possibbiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta' parti sostanzjali mill-prodotti jew mis-servizzi konċernati.

Artikolu 3

Definizzjoni ta' konċentrazzjoni

1. Għandu jitqies li hemm konċentrazzjoni meta jkun hemm bidla fil-kontroll fuq bażi dewwiema, liema bidla tkun ir-riżultat ta':

(a) l-għaqda ta' tnejn jew aktar impriżi, jew ta' partijiet minn impriżi, li qabel kienu indipendenti, jew

(b) l-akkwist, minn persuna jew minn aktar minn persuna waħda li diġa tikkontrolla jew jikkontrollaw mill-anqas impriża waħda, jew minn impriża jew minn aktar minn impriża waħda, ta' kontroll dirett jew indirett ta' impriża jew ta' aktar minn impriża waħda, jew ta' partijiet minn impriża jew minn aktar minn impriża waħda. Dan l-akkwist jista' jsir kemm permezz tax-xiri ta' titoli jew ta' assi, permezz ta' kuntratt jew permezz ta' kull mezz ieħor.

2. Kontroll għandu jkun permezz ta' drittijiet, kuntratti, jew permezz ta' kull mezz ieħor li, separatament jew flimkien, fil-kuntest tal-fatti u tal-liġijiet involuti, jikkonferixxu l-possibbiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq l-impriża, b'mod partikolari permezz ta':

(a) dritt ta' proprjetà fuq jew dritt ta' użu mill-assi kollha jew minn parti mill-assi ta' impriża

(b) drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu influwenza deċiżiva fuq il-komposizzjoni, l-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet ta' l-organi ta' impriża.

3. Il-kontroll ikun akkwistat minn persuni jew impriżi li:

(a) huma d-detenturi tad-drittijiet jew huma intitolati għal drittijiet taħt il-kuntratti konċernati; jew

(b) minkejja li mhumiex detenturi ta' dawn id-drittijiet u lanqas ma huma intitolati għal drittijiet taħt dawn il-kuntratti, għandhom s-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet li jirriżultaw minn dawn il-kuntratti.

4. Il-ħolqien ta' joint venture li twettaq, fuq bażi dewwiema, il-funzjonijiet kollha ta' entità ekonomika awtonoma għandha tammonta għal konċentrazzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 1(b).

5. Għandu jitqies li ma hemmx konċentrazzjoni meta:

(a) istituzzjonijiet li joffru kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew kumpanniji ta' assigurazzjoni, li l-attivitajiet normali tagħhom jinkludu transazzjonijiet u negozju f'titoli f'isimhom proprju jew f'isem ħaddieħor, ikollhom fil-kontroll tagħhom, iżda fuq bażi temporanja, titoli f'impriża li jkunu akkwistawhom bil-għan li jerġgħu ibigħuhom. Dan sakemm ma jeżerċitawx id-drittijiet tal-vot fir-rigward ta' dawk it-titoli bil-għan li tkun deċiża l-imġieba kompetittiva ta' dik l-impriża jew sakemm jeżerċitaw dawn id-drittijiet tal-vot bil-għan biss li jħejju għall-bejgħ ta' l-impriża kollha jew ta' parti minnha, jew ta' l-assi tagħha jew ta' dawk it-titoli u f'dan il-każ, dakemm il-bejgħ isir fi żmien sena mid-data ta' l-akkwist; dan il-perjodu jista' jkun imtawwal mill-Kummissjoni fuq talba mill-istituzzjoni jew mill-kumpanija konċernata meta din tkun tista' turi li ma kienx raġonevolment possibbli li jsir il-bejgħ f'dan il-perjodu;

(b) il-kontroll ikun akkwistat minn detentur ta' uffiċju skond il-liġi ta' Stat Membru dwar likwidazzjoni, stralċ, insolvenza, waqfien ta' pagamenti, komposizzjonijiet jew proċeduri simili;

(ċ) l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) jkunu mwettqa minn kumpanniji li jżommu l-ishma ta' kumpanija jew ta' kumpanniji oħra msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978, liema Direttiva hija ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat u li hija dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji [6]. Iżda dan sakemm id-drittijiet ta' vot fir-rigward ta' l-ishma miżmuma jkunu eżerċitati biss, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħatra ta' membri ta' l-organi ta' ġestjoni u ta' sorveljanza ta' l-impriżi li l-ishma tagħhom huma miżmuma minnhom, sabiex jinżamm il-valur sħiħ ta' dawk l-investimenti u mhux sabiex jiddeterminaw b'mod dirett jew indirett l-imġieba kompetittiva ta' dawk l-impriżi.

Artikolu 4

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjonijiet u riferenza qabel in-notifika fuq talba tal-partijiet li jagħmlu n-notifika

1. Konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja definiti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni qabel ma jiġu implimentati u wara l-konklużjoni tal-ftehim, id-dikjarazzjoni ta' l-offerta pubblika, jew l-akkwist ta' interess li għandu kontroll.

In-notifika tista' ssir ukoll meta l-impriżi konċernati juru lill-Kummissjoni li għandhom intenzjoni bi ħsieb tajjeb li jikkonkludu ftehim jew, fil-każ ta' offerta pubblika, meta jkunu ħabbru b'mod pubbliku li għandhom l-intenzjoni li jagħmlu din l-offerta, sakemm il-ftehim intenzjonat jew l-offerta intenzjonata jwasslu għal konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja.

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-frażi "konċentrazzjoni notifikata" għandha tkopri wkoll konċentrazzjonijiet li għadhom ma twettqux u li kienu notifikati skond it-tieni subparagrafu. Għall-għanijiet tal-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, it-terminu "konċentrazzjoni" jinkludi konċentrazzjonijiet li għadhom ma twettqux u li jaqgħu taħt it-tieni subparagrafu.

2. Konċentrazzjoni magħmula minn għaqda fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(a) jew magħmula permezz ta' l-akkwist ta' kontroll konġunt fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) għandha tkun notifikata mill-partijiet kollha li huma involuti fl-għaqda jew mill-partijiet kollha li akkwistaw kontroll konġunt, skond il-każ. Fil-każijiet l-oħra kollha, n-notifika għandha tingħata mill-persuna jew mill-impriża li takkwista l-kontroll ta' l-impriża jew ta' aktar minn impriża waħda, jew ta' parti minn impriża jew ta' parti minn aktar minn impriża waħda.

3. Meta l-Kummissjoni tara li konċentrazzjoni notifikata taqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, hija għandha tippubblika avviż dwar in-notifika u fl-istess ħin għandha tindika l-ismijiet ta' l-impriżi konċernati, l-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom, it-tip ta' konċentrazzjoni u s-setturi ekonomiċi involuti. Il-Kummissjoni għandha tqis l-interess leġittimu ta' l-impriżi li s-sigrieti kummerċjali tagħhom ikunu protetti.

4. Qabel ma ssir in-notifika ta' konċentrazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1, il-persuni jew impriżi msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinformaw lill-Kummissjoni, permezz ta' sottomissjoni bl-argumenti u bir-raġunijiet tagħhom, illi l-konċentrazzjoni jista' jkollha effett sinifikattiv fuq il-kompetizzjoni f'suq fi Stat Membru, liema suq għandha l-karatteristiċi kollha ta' suq distint u għalhekk għandha tkun eżaminata, jew kollha kemm hi jew parti minnha, minn dak l-Istat Membru.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat din is-sottomissjoni lill-Istati Membri kollha mingħajr dewmien. L-Istat Membru msemmi fis-sottomissjoni għandu, fi żmien 15-il jum utli minn meta jirċievi s-sottomissjoni, jiddikjara jekk jaqbilx jew le dwar it-talba li l-każ ikun riferut lilu. Jekk l-Istat Membru ma jieħux deċiżjoni fil-perjodu stipulat, huwa jitqies bħal li kieku jaqbel mat-talba.

Sakemm l-Istat Membru ma jaqbilx, il-Kummissjoni, fejn jidhrilha li fil-fatt jeżisti suq distint, u li l-kompetizzjoni f'dak is-suq tista' tkun milquta mill-konċentrazzjoni, tista' tiddeċiedi li tirreferi l-każ kollu jew parti minnu lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru bil-għan li tkun applikata l-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' dak l-Istat.

Id-deċiżjoni dwar jekk il-każ għandux ikun riferut jew le fis-sens tat-tielet subparagrafu għandha tittieħed fi żmien 25 jum utli, liema perjodu jibda mid-data ta' meta tkun riċevuta s-sottomissjoni mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-persuni jew impriżi konċernati dwar id-deċiżjoni tagħha. Jekk il-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni f'dan il-perjodu, hija titqies bħallikieku adottat deċiżjoni biex tirreferi l-każ skond is-sottomissjoni magħmula mill-persuni jew mill-impriżi konċernati.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, jew titqies bħallikieku iddeċidiet, skond it-tielet u r-raba' subparagrafu, li tirreferi l-każ kollu, ma għandhiex issir notifika skond il-paragrafu 1 iżda għandha tapplika l-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni. L-Artikolu 9(6) sa (9) għandu japplika mutatis mutandis.

5. Fil-każ ta' konċentrazzjoni kif definit fl-Artikolu 3 li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja fis-sens ta' l-Artikolu 1 u li tista' tkun eżaminata taħt il-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali ta' mill-anqas tlett Stati Membri, il-persuni jew l-impriżi imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu, qabel ma ssir notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinfurmaw lill-Kummissjoni permezz ta' sottomissjoni bir-raġunijiet u bl-argumenti tagħhom li l-konċentrazzjoni għandha tkun eżaminata mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat din is-sottomissjoni lill-Istati Membri mingħajr dewmien.

Kull Stat Membru li taħt il-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali tiegħu huwa kompetenti biex jeżamina l-konċentrazzjoni jista', fi żmien 15-il jum utli minn meta jirċievi s-sottomissjoni, jiddikjara li ma jaqbilx mat-talba li l-każ ikun riferut.

F'każ li anki Stat Membru wieħed jiddikjara li ma jaqbilx skond it-tielet subparagrafu fi żmien 15-il jum utli, il-każ ma għandux ikun riferut. Il-Kummissjoni għandha tinforma, mingħajr dewmien, lill-Istati Membri kollha u l-persuni jew impriżi konċernati dwar xi dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' qbil.

F'każ l-ebda Stat Membru ma jiddikjara li ma jaqbilx fis-sens tat-tielet subparagrafu fi żmien 15-il jum utli, l-konċentrazzjoni għandha titqies bħala konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja u għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 1 u 2. F'dawn il-każijiet l-ebda Stat Membru ma' għandu japplika l-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali tiegħu fir-rigward tal-konċentrazzjoni.

6. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-operazzjoni tal-paragrafi 4 u 5 sa' l-1 ta' Lulju 2009. Wara li jsir dan ir-rapport u fuq proposta mill-Kummissjoni, l-Kunsill jista' jirrevedi l-paragrafi 4 u 5. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Artikolu 5

Kalkolu tal-valur tal-bejgħ

1. Valur tal-bejgħ totali fis-sens ta' dan ir-Regolament għandu jinkludi l-ammonti li l-impriżi konċernati jkunu akkwistaw fis-sena finanzjarja preċedenti mill-bejgħ ta' prodotti u mill-provvista ta' servizzi li jagħmlu parti mill-attività ordinarja ta' l-impriżi wara li jitnaqqsu l-iskontijiet fuq il-bejgħ, t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxi oħra marbuta b'mod dirett mal-valur tal-bejgħ. Il-valur tal-bejgħ totali ta' impriża konċernata ma għandux jinkludi il-bejgħ ta' prodotti jew il-provvista ta' servizzi bejn uħud mill-impriżi msemmija fil-paragrafu 4.

Valur tal-bejgħ, fil-Komunità jew fi Stat Membru, għandu jinkludi prodotti mibjugħa u servizzi provvduti lil impriżi u konsumaturi, fil-Komunità jew f'dak l-Istat Membru, skond il-każ.

2. B'deroga minn paragrafu 1, meta l-konċentrazzjoni tkun magħmula mill-akkwist ta' partijiet, kemm jekk kostitwiti bħala entitajiet legali u anke jekk le, ta' impriża jew ta' aktar minn impriża waħda,fir-rigward tal-bejjiegħ jew tal-bejjiegħa, għandu jitqies biss il-valur tal-bejgħ relatat mal-partijiet li huma s-suġġett tal-konċentrazzjoni.

Madankollu, meta jkun hemm żewġ transazzjonijiet jew aktar fis-sens ta' l-ewwel subparagrafu li jsiru fi żmien perjodu ta' sentejn bejn l-istess persuni jew impriżi, dawn għandhom jitqiesu bħala konċentrazzjoni waħda li toriġina fid-data ta' l-aħħar transazzjoni.

3. Minflok valur tal-bejgħ għandhom jintużaw dawn li ġejjin:

(a) għal istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, it-total ta' dawn l-oġġetti tad-dħul, kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE [7], wara li jitnaqqsu t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra relatati b'mod dirett ma' dawk l-oġġetti, fejn ikun adattat:

(i) dħul fuq l-interessi u dħul simili;

(ii) dħul minn titoli:

- dħul minn ishma u minn titoli oħra li jrendu dħul li jvarja,

- dħul minn interessi parteċipanti,

- dħul minn ishma f'impriżi affiljati;

(iii) kummissjonijiet li jistgħu jintlaqgħu;

(iv) qligħ nett fuq operazzjonijiet finanzjarji;

(v) dħul ieħor mill-operazzjonijiet.

Il-valur tal-bejgħ ta' istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja fil-Komunità jew fi Stat Membru għandu jinkludi l-oġġetti tad-dħul, kif definiti hawn fuq, li jkunu riċevuti mill-fergħa jew mid-diviżjoni ta' dik l-istituzzjoni stabbilita fil-Komunità jew fl-Istat Membru konċernat, skond kif ikun il-każ.

(b) għal impriżi ta' assigurazzjoni, għandu jitqies il-valur gross tal-premiums miktuba. Dan għandu jinkludi l-ammonti kollha riċevuti u li jistgħu jkunu riċevuti fir-rigward ta' kuntratti ta' assigurazzjoni maħruġa minn jew f'isem l-impriżi ta' assigurazzjoni, inklużi wkoll premiums mħallsa mill-impriżi sabiex jagħmlu ri-assigurazzjoni, u wara li jitnaqqsu t-taxxi u kontribuzzjonijiet parafiskali jew piżijiet imposti skond l-ammonti tal-premiums individwali jew tal-volum totali tal-premiums; f'dak li għandu x'jaqsam ma l-Artikolu 1(2)(b) u (3)(b), (c) u (d) u l-aħħar parti ta' l-Artikolu 1(2) u (3), għandhom jitqiesu l-premji gross li jkunu riċevuti minn residenti tal-Komunità u minn residenti ta' Stat Membru wieħed rispettivament.

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-valur tal-bejgħ totali ta' impriża konċernata fis-sens ta' dan ir-Regolament għandu jkun ikkalkulat billi jintgħaddu flimkien il-valuri tal-bejgħ rispettivi ta' dawn li ġejjin:

(a) l-impriża konċernata;

(b) dawk l-impriżi li fihom l-impriża konċernata, b'mod dirett jew indirett:

(i) għandha aktar minn nofs il-kapital jew l-assi kummerċjali, jew

(ii) għandha l-poter li teżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot, jew

(iii) għandha l-poter li taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord ta' sorveljanza, l-bord amministrattiv jew entitajiet li jirrappreżentaw legalment l-impriżi, jew

(iv) għandha d-dritt li tiġġestixxi l-kummerċ ta' l-impriżi;

(ċ) dawk l-impriżi li għandhom id-drittijiet jew il-poteri msemmija f'(b) fl-impriża konċernata;

(d) dawk l-impriżi li fihom impriża msemmija f'(c) għandha d-drittijiet jew poteri msemmija f'(b);

(e) dawk l-impriżi li fihom żewġ impriżi jew aktar, msemmija f'(a) sa (d) flimkien għandhom d-drittijiet jew poteri msemmija f'(b).

5. Fejn impriżi konċernati mill-konċentrazzjoni flimkien għandhom d-drittijiet u l-poteri msemmija fil-paragrafu 4(b), meta jkun qed jiġi kalkulat il-valur tal-bejgħ totali ta' l-impriżi konċernati għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) ma għandux jitqies il-valur tal-bejgħ mill-bejgħ ta; prodotti jew mill-provvista ta' servizzi bejn l-impriża konġunta u kull waħda mill-impriżi konċernati jew kull impriża oħra li għandha rabtiet ma' xi waħda minnhom, kif stabbilit fil-paragrafu 4(b) sa (e);

(b) għandu jitqies il-valur tal-bejgħ mill-bejgħ ta; prodotti u l-provvista ta' servizzi bejn l-impriża konġunta u kull impriżi terzi. Dan il-valur tal-bejgħ għandu jinqasam b'mod indaqs bejn l-impriżi konċernati.

Artikolu 6

Eżaminazzjoni tan-notifika u l-bidu tal-proċeduri

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina n-notifika malli tirċeviha.

(a) Meta l-Kummissjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni notifikata ma taqgħax fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiddikjara dak li sabet permezz ta' deċiżjoni.

(b) Meta l-Kummissjoni ssib illi l-konċentrazzjoni notifikata, għalkemm taqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, ma toħloqx dubji serji dwar jekk hix kompatibbli mas-suq komuni, hija għandha tiddeċiedi li ma topponihiex u għandha tiddikjaraha bħala kompatibbli mas-suq komuni.

Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli għandha titqies bħala li tkopri restrizzjonijiiet relatati u meħtieġa direttament għall-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni.

(ċ) Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, meta l-Kummissjoni ssib illi l-konċentrazzjoni notifikata taqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament u toħloq dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni, hija għandha tiddeċiedi li tibda proċeduri. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, dawn il-proċeduri għandhom jingħalqu permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 8(1) sa (4), sakemm l-impriżi konċernati ma jikkonvinċux lill-Kummissjoni li huma abbandunaw il-konċentrazzjoni.

2. Meta l-Kummissjoni ssib li, wara bidliet mill-impriżi konċernati, konċentrazzjoni notifikata ma baqgħetx toħloq dubji serji fis-sens tal-paragrafu 1(c), hija għandha tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni skond il-paragrafu 1(b).

Mad-deċiżjoni tagħha taħt il-paragrafu 1(b), il-Kummissjoni tista' żżid kundizzjonijiet u obbligi maħsuba sabiex jassiguraw li l-impriżi konċernati jirrispettaw ir-rabtiet li jkunu daħlu għalihom fir-rigward tal-Kummissjoni bil-għan li l-konċentrazzjoni ssir kompatibbli mas-suq komuni.

3. Il-Kummissjoni tista' tirrevoka id-deċiżjoni li tkun ħadet skond il-paragrafu 1(a) jew (b) meta:

(a) id-deċiżjoni hija bbażata fuq informazzjoni li mhix korretta u li għal dan il-fatt hija responsabbli waħda mill-impriżi jew meta d-deċiżjoni nkisbet permezz ta' ħażen,

jew

(b) l-impriżi konċernati ma jirrispettawx obbligu marbut mad-deċiżjoni.

4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni skond il-paragrafu 1, mingħajr ma tkun marbuta mal-perjodi ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 10(1).

5. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-impriżi konċernati u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

Artikolu 7

Sospensjoni ta' konċentrazzjonijiet

1. Konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja kif definit f‘Artikolu 1, jew konċentrazzjoni li għandha tkun eżaminata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(5), ma għandhiex tkun implimentata qabel tkun notifikata jew qabel ma tkun dikjarata kompatibbli mas-suq komuni permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikoli 6(1)(b), 8 (1) jew 8 (2), jew a bażi ta' preżunzjoni skond l-Artikolu 10(6).

2. Il-paragrafu 1 ma għandux ifixkel l-implimentazzjoni ta' offerta pubblika jew ta' serje ta' transazzjonijiet f'titoli inklużi dawk li jistgħu jinbidlu f'titoli oħra u li tħallew jiġu negozjati f'suq bħal ma huwa borża u li permezz tagħhom kien akkwistat il-kontroll, fis-sens ta' l-Artikolu 3, minn diversi bejjiegħa. Dan sakemm:

(a) il-konċentrazzjoni tkun notifikata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4; u

(b) minn jakkwista ma jeżerċitax id-drittijiet tal-vot marbuta mat-titoli konċernati jew jagħmel hekk biss sabiex iżomm il-valur totali ta' l-investimenti tiegħu u dan a bażi ta' deroga mogħtija mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3.

3. Il-Kummissjoni tista', wara li ssirilha talba, toħroġ deroga mill-obbligi imposti fil-paragrafi 1 jew 2. It-talba biex tingħata deroga għandha tinkludi l-argumenti u r-raġunijiet ta' min jagħmilha. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar din it-talba, l-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, l-effetti tas-sospensjoni fuq waħda jew aktar minn waħda mill-impriżi konċernati fir-rigward tal-konċentrazzjoni jew fuq parti terz u t-theddida lill-kompetizzjoni li tipperżenta l-konċentrazzjoni. Din id-deroga tista ssir b'kundizzjonijiet u obbligi sabiex ikunu assigurati l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni effettiva. L-applikazzjoni għal deroga tista' ssir u d-deroga tista' tingħata f'kull stadju, kemm qabel in-notifika u anki wara t-transazzjoni.

4. Il-validità ta' transazzjoni mwettqa b'kontravenzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiddependi minn deċiżjoni skond l-Artikolu 6(1)(b) jew l-Artikolu 8(1), (2) jew (3) jew minn preżunzjoni skond l-Artikolu 10(6).

Madankollu, dan l-Artikolu ma għandu jkollu l-ebda effett fuq il-validità ta' transazzjonijiet f'titoli inklużi dawk li jistgħu jinbidlu f'titoli oħra u li tħallew jiġu negozjati f'suq bħalma hija borża, sakemm ix-xerrej u l-bejjiegħ kienu jafu jew kellhom ikunu jafu li t-transazzjoni saret b'kontravenzjoni tal-paragrafu 1.

Artikolu 8

Poteri tal-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni

1. Meta l-Kummissjoni ssib li konċentrazzjoni notifikata tissodisfa l-kriterju stabbilit fl-Artikolu 2(2) u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4), il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat, hija għandha toħroġ deċiżjoni li fiha tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni.

Deċiżjoni li tiddikjara li konċentrazzjoni hija kompatibbli għandha titqies bħala li tkopri restrizzjonijiet relatati u meħtieġa direttament għall-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni.

2. Meta l-Kummissjoni ssib li, wara bidliet mill-impriżi konċernati, konċentrazzjoni notifikata tissodisfa l-kriterju stabbilit fl-Artikolu 2(2) u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4), il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat, hija għandha toħroġ deċiżjoni li fiha tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni.

Mad-deċiżjoni tagħha, l-Kummissjoni tista' tinkludi kundizzjonijiet u obbligi maħsuba biex jassiguraw li l-impriżi konċernati jirrispettaw r-rabtiet li jkunu daħlu għalihom fir-rigward tal-Kummissjoni bil-għan li l-konċentrazzjoni tkun kompatibbli mas-suq komuni.

Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni bħala waħda kompatibbli għandha titqies li tkopri restrizzjonijiet relatati u meħtieġa direttament għall-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni.

3. Meta l-Kummissjoni ssib li konċentrazzjoni tissodisfa l-kriterji definiti fl-Artikolu 2(3) jew, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4), ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat, hija għandha toħroġ deċiżjoni li fiha tiddikjara li l-konċentrazzjoni mhix kompatibbli mas-suq komuni.

4. Meta l-Kummissjoni ssib li konċentrazzjoni:

(a) diġà kienet implimentat u dik il-konċentrazzjoni kienet dikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni, jew

(b) kienet implimentata b'kontravenzjoni ta' kundizzjoni marbuta ma' deċiżjoni mogħtija skond il-paragrafu 2, liema deċiżjoni sabet li, fl-assenza tal-kundizzjoni, il-konċentrazzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(3) jew, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4), ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat,

il-Kummissjoni tista':

- titlob lill-impriżi konċernati biex ixolju l-konċentrazzjoni, b'mod partikolari permezz tax-xoljiment ta' l-għaqda jew tad-disponiment ta' l-ishma u l-assi kollha li kienu akkwistati, sabiex treġġa' lura s-sitwazzjoni għal kif kienet qabel l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni; f'ċirkostanzi fejn dan ma jkunx possibbli permezz tax-xoljiment tal-konċentrazzjoni, l-Kummissjoni tista' tieħu kull miżura oħra adattata sabiex, sa fejn ikun possibbli, is-sitwazzjoni titreġġa lura għal kif kienet qabel.

- tordna kull miżura oħra adattata sabiex tassigura li l-impriżi konċernati jxolju l-konċentrazzjoni jew jieħdu miżuri oħra li jreġġgħu lura s-sitwazzjoni, kif mitlub fid-deċiżjoni tagħha.

F'każijiet li jaqgħu taħt il-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu, il-miżuri msemmija f'dak is-subparagrafu jistgħu jkunu imposti jew b'deċiżjoni skond il-paragrafu 3 jew b'deċiżjoni separata.

5. Il-Kummissjoni tista' tieħu miżura interim xierqa sabiex terġa ġġib jew iżżomm kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni effettiva meta konċentrazzjoni:

(a) kienet implimentata b'kontravenzjoni ta' l-Artikolu 7, u deċiżjoni dwar il-kompatibilità tal-konċentrazzjoni mas-suq komuni tkun għadha ma ingħatatx;

(b) kienet implimentata b'kontravenzjoni ta' kundizzjoni marbuta ma' deċiżjoni mogħtija skond l-Artikolu 6(1)(b) jew il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(ċ) kienet diġà ġiet implimentata u hija dikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

6. Il-Kummissjoni tista' tirrevoka id-deċiżjoni li tkun ħadet skond il-paragrafi 1 jew 2 meta:

(a) id-dikjarazzjoni ta' kompatibilità hija ibbażata fuq informazzjoni li mhix korretta li għaliha hija responsabbli waħda mill-impriżi jew meta d-dikjarazzjoni kienet akkwistata b'qerq; jew

(b) l-impriżi konċernati jiksru obbligu marbut mad-deċiżjoni.

7. Il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni skond il-paragrafi 1 sa 3 mingħajr ma tkun marbuta bil-perjodi ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 10(3), każijiet fejn:

(a) issib li konċentrazzjoni kienet implimentata

(i) b'kontravenzjoni ta' kundizzjoni marbuta mad-deċiżjoni skond l-Artikolu 6(1)(b), jew

(ii) b'kontravenzjoni ta' kundizzjoni marbuta ma' deċiżjoni mogħtija skond il-paragrafu 2 u skond l-Artikolu 10(2), liema deċiżjoni tkun iddikjarat li, fl-assenza tal-kundizzjoni, l-konċentrazzjoni toħloq dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni.

(b) deċiżjoni kienet revokata skond il-paragrafu 6.

8. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħarraf lill-impriżi konċernati u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, dwar id-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 9

Referenza lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri

1. Il-Kummissjoni tista', fiċ-ċirkostanzi li ġejjin, tirreferi konċentrazzjoni notifikata lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat permezz ta' deċiżjoni notifikata mingħajr dewmien lill-impriżi konċernati u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra.

2. Fi żmien ta' 15-il jum utli mid-data ta' meta tkun riċevuta kopja tan-notifika, Stat Membru jista', b'inizjattiva tiegħu jew wara stedina mill-Kummissjoni, jinforma lill-Kummissjoni (u li imbagħad għandha tinforma lill-impriżi konċernati), li:

(a) konċentrazzjoni thedded li tolqot b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni f'suq f'dak l-Istat Membru liema suq għandu l-karatteristiċi kollha ta' suq distint, jew

(b) konċentrazzjoni tolqot il-kompetizzjoni f'suq f'dak l-Istat Membru, liema suq għandha l-karatteristiċi kollha ta' suq distint u li mhux parti sostanzjali mis-suq komuni.

3. Jekk il-Kummissjoni, wara li tkun ikkunsidrat is-suq għall-prodotti u s-servizzi konċernati kif ukoll is-suq ta' referenza ġeografika fis-sens tal-paragrafu 7, tqis li jeżistu suq distint u wkoll theddida għal dan is-suq, tista' jew:

(a) tieħu ħsieb tal-każ hija stess skond dan ir-Regolament; jew

(b) tirreferi l-każ kollu jew parti minnu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat bil-għan li tkun applikata l-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali ta' dak l-Istat.

Madankollu, jekk il-Kummissjoni tqis li ma jeżistix suq distint jew li ma teżistix theddida, hija għandha tadotta deċiżjoni fejn tindika dan. Din id-deċiżjoni għandha tkun indirizzata lill-Istati Membri. F'dan il-każ il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb tal-każ hija stess skond dan ir-Regolament.

F'każijiet fejn l-Istat Membru jinforma lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2(b) li konċentrazzjoni tolqot il-kompetizzjoni f'suq distint fit-territorju tiegħu liema suq mhux parti sostanzjali mis-suq komuni, l-Kummissjoni għandha tirreferi l-każ kollu jew il-parti li għandha x'taqsam mas-suq distint konċernat, jekk jidhrilha li dan is-suq distint jintlaqat mill-konċentrazzjoni.

4. Deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir ir-referenza jew le fis-sens tal-paragrafu 3 għandha tittieħed:

(a) bħala regola ġenerali, fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, fejn il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 6(1)(b), ma bdietx proċeduri, jew

(b) l-aktar fi żmien 65 jum utli min-notifika tal-konċentrazzjoni konċernata meta l-Kummissjoni tibda proċeduri skond l-Artikolu 6(1)(c) mingħajr ma tieħu l-passi preparatorji sabiex tadotta l-miżuri neċessarji skond l-Artikolu 8(2), (3) jew (4) biex iżommu jew jerġgħu joħolqu kompetizzjoni effettiva fis-suq konċernat.

5. Jekk fil-65 jum utli msemmija fil-paragrafu 4(b) il-Kummissjoni, minkejja li l-Istat Membru konċernat jkun bagħtilha nota biex ifakkarha, tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni dwar referenza skond il-paragrafu 3 u lanqas ma tkun għadha ħadet xi passi preparatorji msemmija fil-paragrafu 4(b), hija għandha titqies bħallikieku ħadet deċiżjoni biex tirreferi l-każ lill-Istat Membru konċernat skond il-paragrafu 3(b).

6. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat għandha tiddeċiedi dwar il-każ mingħajr dewmien żejjed.

Fi żmien 45 jum utli mir-referenza tal-Kummissjoni, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat għandha tinforma lill-impriżi konċernati dwar ir-riżultat ta' l-istima preliminari dwar il-kompetizzjoni u jekk bi ħsiebha tieħu xi azzjoni addizzjonali, dwar din l-azzjoni. F'każijiet eċċezzjonali l-Istat Membru konċernat jista' jissospendi dan il-perjodu meta ma jingħatax l-informazzjoni meħtieġa skond il-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali mill-impriżi konċernati.

Meta l-liġi nazzjonali titlob notifika, il-perjodu ta' 45 jum utli għandu jibda fl-ewwel jum utli wara l-jum li fih l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tirċievi notifika sħiħa.

7. Is-suq ta' referenza ġeografika għandu jikkonsisti fiż-żona li fiha l-impriżi konċernati huma nvoluti fil-provvista u fit-talba ta' prodotti u servizzi, li fiha l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma omoġeni biżżejjed u li tista' tkun magħżula minn żoni ġirien minħabba li, b'mod partikolari, l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma differenti f'dawk iż-żoni. Din l-istima għandha tqis b'mod partikolari n-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi konċernati, l-eżistenza ta' barrieri għad-dħul u l-preferenzi tal-konsumaturi, id-differenzi apprezzabbli fl-ishma li l-impriżi għandhom fis-suq bejn iż-żona konċernata u żoni ġirien jew id-differenzi sostanzjali fil-prezzijiet.

8. L-Istat Membru konċernat, meta jkun qed japplika d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, jista' jieħu biss dawk il-miżuri li huma strettament meħtieġa sabiex jassiguraw jew jerġgħu joħolqu kompetizzjoni effettivi fis-suq konċernat.

9. Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, kull Stat Membru jista' jagħmel appell fil-Qorti tal-Ġustizzja, u b'mod partikolari, jitlob li jkun applikat l-Artikolu 243 tat-trattat, bil-għan li japplika l-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali tiegħu.

Artikolu 10

Perjodi perentorji għall-bidu ta' proċeduri u għal deċiżjonijiet

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4), id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) għandhom jittieħdu fi żmien massimu ta' 25 jum utli. Dan il-perjodu għandu jibda fil-jum utli ta' wara dak li fih tkun riċevuta notifika jew, f'każ li l-informazzjoni li kellha tingħata man-notifika ma tkunx sħiħa, fil-jum utli ta' wara dak li fih tkun riċevuta l-informazzjoni sħiħa.

Dak il-perjodu għandu jkun miżjud għal 35 jum utli meta l-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru skond l-Artikolu 9(2) jew meta, l-impriżi konċernati joffru li jjintrabtu skond l-Artikolu 6(2) bil-għan li jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni.

2. Deċiżjonijiet skond l-Artikolu 8(1) jew (2) dwar konċentrazzjonijiet notifikati għandhom jittieħdu malli jkun jidher li d-dubju serji msemmija fl-Artikolu 6(1)(ċ) tneħħew, b'mod partikolari minħabba l-modifikazzjonijiet magħmula mill-impriżi konċernati. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu mhux aktar tard mill-perjodu msemmi fil-paragrafu 3.

3. Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 8(7), deċiżjonijiet skond l-Artikolu 8(1) sa (3) dwar konċentrazzjonijiet notifikati għandhom jittieħdu fi żmien massimu ta' 90 jum utli mid-data li fiha nbdew il-proċeduri. Dan il-perjodu għandu jiżdied għal 105 jum utli meta l-impriżi konċernati joffru li jintrabtu skond l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu, bil-għan li jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni, sakemm dawn ir-rabtiet jkunu offruti qabel ma jgħaddu 55 jum utli mill-bidu tal-proċeduri.

Il-perjodi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu estiżi bl-istess mod jekk il-partijiet li jagħmlu n-notifika jitolbu li l-perjodi jkunu estiżi mhux aktar tard minn 15-il jum utli wara l-bidu ta' proċeduri skond l-Artikolu 6(1)(ċ). Il-partijiet li jagħmlu n-notifika jistgħu jagħmlu biss talba waħda ta' dan it-tip. Bl-istess mod, f'kull żmien wara l-bidu ta' proċeduri, il-perjodi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu estiżi mill-Kummissjoni bi qbil mall-partijiet li għamlu n-notifika. It-tul totali ta' xi estensjoni jew estensjonijiet mogħtija skond dan is-subparagrafu ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 20 jum utli.

4. Il-perjodi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx jibdew jgħoddu f'każijiet eċċezzjonali fejn, minħabba ċirkostanzi li għalihom hija responsabbli waħda mill-impriżi involuta fil-konċentrazzjoni, l-Kummissjoni kellha titlob informazzjoni permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 11 jew kellha titlob spezzjoni permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 13.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(4)(b).

5. Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni li fiha tannula deċiżjoni tal-Kummissjoni jew parti minnha liema deċiżjoni hija suġġetta għall-perjodu perentorju stabbilit f'dan l-Artikolu, l-konċentrazzjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid mill-Kummissjoni bil-għan li tadotta deċiżjoni skond l-Artikolu 6(1).

Il-konċentrazzjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid fid-dawl tal-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

Il-partijiet li jagħmlu n-notifika għandhom jissottomettu notifika ġdida jew jissupplimentaw lin-notifika oriġinali, mingħajr dewmien, meta n-notifika oriġinali ma tibqax kompleta minħabba bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq jew fl-informazzjoni provvduta. Meta ma jkunx hemm dawn it-tipi ta' bidliet, il-partijiet għandhom jiċċertifikaw dan mingħajr dewmien.

Il-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jibdew jgħoddu mill-ewwel jum utli wara dak li fih tkun riċevuta l-informazzjoni kompluta f'notifika ġdida, notifika supplimentata, jew ċertifikazzjoni fis-sens tat-tielet subparagrafu.

It-tieni u t-tielet subparagrafu għandhom japplikaw ukoll fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 8(7).

6. Meta l-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni skond l-Artikoli 6(1)(b), (c), 8(1), (2) jew (3) fiż-żmien stipulat fil-paragrafi 1 u 3 rispettivament, il-konċentrazzjoni għandha titqies bħallikieku kienet dikjarata inkompatibbli mas-suq komuni, u dan bla ħsara għall-Artikolu 9.

Artikolu 11

Talbiet għal informazzjoni

1. Sabiex taqdi d-dmirijiet mogħtija lilha f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista', permezz ta' talba sempliċi jew permezz ta' deċiżjoni, titlob lill-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), kif ukoll impriżi u assoċċjazzjonijiet ta' impriżi, sabiex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa.

2. Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni lil persuna, lil impriża jew lil assoċjazzjoni ta' impriżi, l-Kummissjoni għandha tindika l-bażi legali u l-iskop tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi perjodu ta' żmien li fih għandha tkun mogħtija l-informazzjoni, kif ukoll il-penali stabbiliti fl-Artikolu 14 għall-ogħti ta' informazzjoni li mhix korretta jew qarrieqa.

3. Meta l-Kummissjoni, permezz ta' deċiżjoni titlob persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi biex jagħtu informazzjoni, hija għandha tindika l-bażi legali u l-iskop tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi perjodu ta' żmien li fih għandha tkun mogħtija l-informazzjoni. Hija għandha wkoll tindika l-penali stabbiliti fl-Artikolu 14 u tindika jrew timponi l-penali stabbiliti fl-Artikolu 15. Barra minn hekk, hija għandha tindika wkoll d-dritt li l-Qorti tal-Ġustizzja tintalab tirrevedi d-deċiżjoni.

4. Il-proprjetarji ta' l-impriżi jew ir-rappreżentanti tagħhom, u fil-każ ta' persuni legali, kumpanniji jew ditti, jew assoċjazzjonijiet li ma għandhom personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati mil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom biex jirrappreżentawhom, għandhom jagħtu l-informazzjoni mitluba f'isem l-impriża konċernata. Persuni li huma awtorizzati kif suppost sabiex jaġixxu f'isem il-klijenti tagħhom, jistgħu jagħtu din l-informazzjoni f'isem il-klijenti tagħhom. Il-klijenti jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni mogħtija ma tkunx kompleta, ma tkunx korretta jew tkun qarrieqa.

5. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat kopja ta' kull deċiżjoni meħuda skond il-paragrafu 3 lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandu r-residenza l-persuna jew li fit-territorju tiegħu għandha l-uffiċju l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta' impriżi. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ukoll mingħajr dewmien kopja lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li t-territorju tiegħu huwa milqut. Fuq talba speċifika mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, l-Kummissjoni għandha tibgħat ukoll lil dik l-awtorità kopji ta' talbiet sempliċi għal informazzjoni dwar konċentrazzjoni notifikata.

6. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-gvernijiet u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq id-dmirijiet mogħtija lilha f'dan ir-Regolament.

7. Sabiex tkun tista' twettaq id-dmirijiet mogħtija lilha f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tintervista kull persuna naturali jew legali li tagħti l-kunsens tagħha biex tkun intervistata bil-għan li tinġabar informazzjoni dwar is-suġġett ta' l-investigazzjoni. Fil-bidu ta' l-intervista, li tista' ssir permezz tat-telefon jew permezz ta' mezzi elettroniċi oħra, il-Kummissjoni għandha tindika l-bażi legali u l-iskop ta' l-intervista.

Meta intervista ma ssirx fuq proprjetà tal-Kummissjoni jew permezz tat-telefon jew mezzi elettroniċi oħra, l-Kummissjoni għandha tinforma minn qabel lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ħa ssir l-intervista. Jekk ikun mitlub mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru, uffiċjali ta' dik l-awtorità jistgħu jassistu l-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni sabiex jagħmlu l-intervista.

Artikolu 12

Spezzjonijiet mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri

1. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ispezzjonijiet li l-Kummissjoni tqis bħala neċessarji skond l-Artikolu 13(1), jew li l-Kummissjoni tkun ordnat permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 13(4). L-uffiċjali ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li huma responsabbli għal dawn l-ispezzjonijiet, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnhom, għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skond il-liġi nazzjonali tagħhom.

2. Jekk issir talba mill-Kummissjoni jew mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ħa ssir l-ispezzjoni, uffiċjali, u persuni oħra li jakkompanjawhom, li kienu awtorizzati mill-Kummissjoni, jistgħu jassistu l-uffiċjali ta' l-awtorità konċernata.

Artikolu 13

Setgħat ta' spezzjoni tal-Kummissjoni

1. Sabiex taqdi d-dmirijiet mogħtija lilha f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa ta' impriżi u ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi.

2. L-uffiċjali, u persuni oħra li jakkompanjawhom, awtorizzati mill-Kummissjoni sabiex iwettqu spezzjoni għandu jkollhom is-setgħa:

(a) li jidħlu fi proprjetà, f'art u f'mezzi ta' trasport ta' l-impriżi u ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi;

(b) li jeżaminaw il-kotba u reġistri oħra marbuta man-negozju, irrispettivament mill-mezz li fih kienu maħżuna;

(ċ) li jieħdu jew jiksbu f'kull forma, kopji ta' jew partijiet minn dawn il-kotba jew reġistri;

(d) li jissiġillaw kull proprjetà fejn isir in-negozju u kotba jew reġistri għall-perjodu u sal-limitu meħtieġ għall-ispezzjoni;

(e) li jistaqsu kull rappreżentant jew membru tal-persunal ta' l-impriża jew ta' l-assoċjazzjoni ta' impriżi dwar spjegazzjoni ta' fatti jew dokumenti marbuta mas-suġġett u l-iskop ta' l-ispezzjoni u li jżommu rekord tat-tweġibiet.

3. Uffiċjali, u persuni oħra li jakkumpanjawhom, awtorizzati mill-Kummissjoni sabiex iwettqu spezzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom wara li jippreżentaw awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop ta' l-ispezzjoni u l-penali stabbiliti fl-Artikolu 14 fil-każ li l-kotba meħtieġa jew reġistri oħra marbuta man-negozju li jingħataw lill-uffiċjali ma jkunux kompluti jew fil-każ li t-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet magħmula skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jkunu inkorreti jew qarrieqa. Il-Kummissjoni għandha, minn żmien adattat qabel l-ispezzjoni, tavża lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ħa ssir l-ispezzjoni, dwar l-ispezzjoni.

4. Impriżi u assoċjazzjonijiet ta' impriżi huma meħtieġa li jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet ordnati mill-Kummissjoni permezz ta' deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop ta' l-ispezzjoni, tiffissa l-ġurnata li fiha ħa tibda l-ispezzjoni u tindika l-penali stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15, kif ukoll d-dritt li d-deċiżjoni tkun eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni għandha tieħu dawn it-tip ta' deċiżjonijiet wara li tkun ikkonsultat ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ħa ssir l-ispezzjoni.

5. Uffiċjali ta' l-awtorita kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ħa ssir l-ispezzjoni, kif ukoll dawk l-uffiċjali awtorizzati jew maħtura minn din l-awtorità, għandhom, fuq talba ta' l-istess awtorità jew tal-Kummissjoni, ifittxu li jassistu l-uffiċjali, u l-persuni li jakkumpanjawhom, awtorizzati mill-Kummissjoni. Għal dan l-iskop, huma għandhom ikollhom is-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2.

6. Meta l-uffiċjali, u persuni oħra li jakkumpanjawhom, awtorizzati mill-Kummissjoni, jaraw li impriża qiegħda topponi għal spezzjoni ordnata skond dan l-Artikolu, inkluż l-issiġillar tal-proprjetà fejn isir in-negozju, tal-kotba jew tar-reġistri, l-Istat Membru konċernat għandu joffrilhom l-għajnuna meħtieġa u għandu jitlob, fejn ikun xieraq, l-għajnuna tal-pulizija jew ta' awtorita ta' infurzar ekwivalenti, sabiex l-uffiċjali jkunu jistgħu iwettqu l-ispezzjoni.

7. Jekk skond ir-regoli nazzjonali, l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 6, teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġuridika, għandha ssir applikazzjoni għal din l-awtorizzazzjoni. Tista' ssir ukoll applikazzjoni għal din l-awtorizzazzjoni bħala miżura ta' prekawzjoni.

8. Meta ssir applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, l-awtorità ġuridika nazzjonali għandha tassigura li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija awtentika u li l-miżuri ta' sfurzar ikkunsidrati fid-deċiżjoni mhumiex la arbitrarji u lanqas eċċessivi meta meqjusa fid-dawl tas-suġġett ta' l-ispezzjoni. Meta tkun qed teżamina l-proporzjonalità tal-miżuri ta' sfurzar, l-awtorità ġuridika nazzjonali tista' tistaqsi lill-Kummissjoni, direttament jew permezz ta' l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru għal spjegazzjonijiet dettaljati dwar is-suġġett ta' l-ispezzjoni. Madankollu, l-awtorità ġuridika nazzjonali ma tistax tidħol fil-mertu tal-ħtieġa li ssir spezzjoni u lanqas ma tista' titlob li tingħata l-informazzjoni fil-fajl tal-Kummissjoni. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun suġġetta għal reviżjoni biss mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 14

Multi

1. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), fuq impriżi fuq jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi, multi ta' mhux aktar minn 1 % mill-valur tal-bejgħ totali ta' l-impriża jew ta' l-assoċjazzjoni ta' impriżi konċernata fis-sens ta' l-Artikolu 5 meta, b'intenzjoni jew b'negliġenza:

(a) jipprovdu informazzjoni li mhix korretta jew li hi qarrieqa f'sottomissjoni, f'ċertifikazzjoni, f'notifika jew f'suppliment għal notifika, skond l-Artikolu 4, l-Artikolu 10(5) jew l-Artikolu 22(3);

(b) jipprovdu informazzjoni żbaljata jew qarrieqa fi tweġiba għal talba magħmula skond l-Artikolu 11(2);

(ċ) jipprovdu informazzjoni żbaljata, inkompleta jew qarrieqa jew ma jipprovdux l-informazzjoni fiż-żmien stabbilit, fi tweġiba għal talba magħmula f'deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 11(3);

(d) jipprovdu l-kotba meħtieġa jew reġistri oħra marbuta man-negozju f'forma inkompleta matul spezzjonijiet skond l-Artikolu 13, jew jirrifjutaw li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni ordnata b'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 13(4);

(e) bi tweġiba għal mistoqsija magħmula skond l-Artikolu 13(2)(e),

- jagħtu tweġiba żbaljata jew qarrieqa,

- jonqsu milli jirranġaw tweġiba żbaljata, inkompleta jew qarrieqa mogħtija minn membru tal-persunal fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni, jew

- jonqsu milli jew jirrifjutaw li jipprovdu tweġiba kompleta dwar fatti marbuta mas-suġġett u l-iskop ta' spezzjoni ordnata b'deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 13(4);

(f) jitkissru siġilli magħmula minn uffiċjali, jew persuni oħra li jakkompanjawhom, awtorizzati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 13(2)(d).

2. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi multi ta' mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-bejgħ totali ta' l-impriża konċernata fis-sens ta' l-Artikolu 5 fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) jew l-impriżi konċernati meta, b'intenzjoni jew b'negliġenza, huma

(a) jonqsu milli jinnotifikaw konċentrazzjoni skond l-Artikoli 4 jew 22(3) qabel ma tkun implimentata, sakemm m'humiex awtorizzati espressament biex jagħmlu hekk fl-Artikolu 7(2) jew f'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 7(3);

(b) jimplimentaw konċentrazzjoni bi ksur ta' l-Artikolu 7;

(ċ) jimplimentaw konċentrazzjoni li kienet dikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni f'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 8(3) jew ma jħarsux xi miżura ordnata f'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 8(4) jew (5);

(d) jonqsu milli jħarsu kundizzjoni jew obbligu imposti b'deċiżjoni meħuda skond l-Artikoli 6(1)(b), l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu.

3. Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit l-ammont tal-multa, għandhom ikunu kunsidrati n-natura, l-gravità u t-tul tal-ksur.

4. Deċiżjoni meħuda skond il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx ikunu ta' natura kriminali.

Artikolu 15

Pagamenti perjodiċi ta' penali

1. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), fuq impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi, pagamenti perjodiċi ta' penali ta' mhux aktar minn 5 % tal-valur tal-bejgħ totali medju ta' kuljum ta' l-impriża jew ta' l-assoċjazzjoni ta' impriżi konċernata fis-sens ta' l-Artikolu 5 għal kull jum utli ta' dewmien, kalkulati mid-data stabbilita fid-deċiżjoni, u dan sabiex tikkostrinġihom:

(a) jipprovdu informazzjoni kompleta u korretta kif mitluba minnha f'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 11(3);

(b) jissottomettu għal spezzjoni ordnata minnha f'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 13(4);

(ċ) iħarsu obbligu impost b'deċiżjoni skond l-Artikolu 6(1)(b), l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu; jew

(d) iħarsu xi miżura ordnata b'deċiżjoni skond l-Artikolu 8(4) jew (5).

2. Meta l-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi jissodisfaw l-obbligu li minħabba l-infurzar tiegħu kienu ordnati pagamenti perjodiċi ta' penali, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi l-ammont definittiv ta' pagamenti perjodiċi ta' penali bħala figura iżgħar minn dik li kienet tirriżulta fid-deċiżjoni oriġinali.

Artikolu 16

Reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qrati tal-Ġustizzja għandu jkollhom ġurisdizzjoni mingħajr limiti fis-sens ta' l-Artikolu 229 tat-Trattat sabiex jirrevedu deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni iffissat multa jew pagamenti perjodiċi ta' penali; hija tista' tikkanċella, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagamenti perjodiċi ta' penali imposti.

Artikolu 17

Segretezza professjonali

1. Informazzjoni miksuba b'riżultat ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-iskopijiet tat-talba, investigazzjoni jew seduta relevanti.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(3), l-Artikoli 18 u 20, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati membri, l-uffiċjali tagħhom u impjegati oħra u persuni oħra li jaħdmu taħt is-sorveljanza ta' dawn l-awtoritajiet, kif ukoll uffiċjali u impjegati ta' awtoritajiet oħra ta' l-Istati Membri ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni ta' kwalità koperta mill-obbligu ta' segretezza professjonali li jkunu kisbu permezz ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx ifixklu l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni ġenerali jew ta' stħarriġ li ma fihomx informazzjoni marbuta ma' impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi partikolari.

Artikolu 18

Smigħ tal-partijiet u ta' persuni terzi

1. Qabel ma tieħu deċiżjoni skond l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(2) sa (6), u l-Artikoli 14 u 15, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-persuni, lill-impriżi u lill-assoċjazzjonijiet ta' impriżi konċernati l-opportunità, li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet miġjuba kontrihom. Dan japplika f'kull stadju tal-proċedura sakemm issir konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Konsulenza.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, deċiżjoni skond l-Artikoli 7(3) u 8(5) tista' tittieħed proviżorjament mingħajr ma l-persuni, l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi konċernati jingħataw l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom minn qabel. Madankollu, l-Kummissjoni għandha tagħtihom din l-opportunità malli jkun possibbli wara li tieħu d-deċiżjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjoni tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet setgħu jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom. Id-drittijiet tad-difiża għandhom ikunu rispettati totalment waqt il-proċeduri. Ta' l-anqas il-partijiet involuti b'mod dirett għandu jkollhom aċċess għall-fajl. Dan, iżda, bla ħsara għall-interess leġittimu ta' l-impriżi li s-sigrieti tan-negozju tagħhom ikunu protetti.

4. Jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jħossu li huwa meħtieġ, huma jistgħu jisimgħu wkoll persuni oħra, kemm persuni naturali u kemm persuni ġuridiċi. Persuni naturali u persuni ġuridiċi li juru interess suffiċjenti u, b'mod speċjali, membri ta' l-organi amministrattivi u ta' ġestjoni ta' l-impriżi konċernati jew ir-rappreżentanti rikonoxxuti ta' l-impjegati tagħhom għandhom, wara li jagħmlu applikazzjoni, ikunu intitolati li jinstemgħu.

Artikolu 19

Koperazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kopji ta' notifiki fi żmien tlett ijiem u, malajr kemm jista' jkun, kopji tad-dokument l-aktar importanti li jkunu tħallew mal-Kumissjoni jew li jkunu nħarġu mill-Kummissjoni skond dan ir-Regolament. Dawn id-dokumenti għandhom jinkludi r-rabtiet offruti mill-impriżi konċernati fir-rigward tal-Kummissjoni bil-għan li jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu.

2. Il-Kummissjoni għandha twettaq il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament b'koperazzjoni fil-qrib u kostanti ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, li min-naħa tagħhom jistgħu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom fuq dawn il-proċeduri. Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tikseb informazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu u tagħtiha l-opportunità li tesprimi l-opinjonijiet tagħha f'kull stadju tal-proċeduri sakemm tkun adottata deċiżjoni skond il-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu; għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tagħtiha aċċess għall-fajl.

3. Kumitat ta' Konsulenza dwar konċentrazzjonijiet għandu jkun konsultat qabel ma tittieħed deċiżjoni skond l-Artikolu 8(1) sa (6), l-Artikoli 14 jew 15 minbarra fil-każ ta' deċiżjonijiet proviżorji meħuda skond l-Artikolu 18(2).

4. Il-Kumitat ta' Konsulenza għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant jew żewġ rappreżentanti; dawn jistgħu jinbidlu b'rappreżentanti oħra jekk ma jkunux jistgħu jattendu. Ta' l-anqas wieħed mir-rappreżentanti ta' Stat Membru għandu jkun kompetenti f'materji li għandhom x'jaqsmu ma' prattiċi restrittivi u posizzjonijiet dominanti.

5. Il-konsultazzjoni għandha ssir f'laqgħa konġunta msejħa u preseduta mill-Kummissjoni. Flimkien mas-sejħa għal-laqgħa, għandhom jintbagħtu deskrizzjoni qasira tal-każ, indikazzjoni ta' l-aktar dokumenti importanti u abbozz preliminari tad-deċiżjoni li ħa tittieħed fir-rigward ta' kull każ kunsidrat. Il-laqgħa għandha ssir f'mhux anqas minn għaxart ijiem utli minn meta tintbagħat is-sejħa. Il-Kummissjoni tista', f'każijiet eċċezzjonali, tqassar dan il-perjodu skond kif ikun xieraq sabiex tevita li ssir ħsara serja lil impriża jew impriżi milquta minn konċentrazzjoni.

6. Il-Kumitat ta' Konsulenza għandu jagħti opinjoni dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk ikun hemm bżonn tista' ssir votazzjoni. Il-Kumitat ta' Konsulenza jista' jagħti opinjoni anki jekk xi membri ma jkunux preżenti u ma jkunux rappreżentati. L-opinjoni għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun annessa ma' l-abbozz tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis serjament l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat dwar kif ikkunsidrat l-opinjoni tiegħu.

7. Flimkien mad-deċiżjoni tagħha, l-Kummissjoni għandha tikkomunika l-opinjoni tal-Kumitat ta' Konsulenza lil min tkun indirizzata d-deċiżjoni. Hija għandha tagħmel l-opinjoni aċċessibbli għall-pubbliku flimkien mad-deċiżjoni u dan wara li tkun ikkunsidrat l-interess leġittimu ta' l-impriżi li s-sigrieti tan-negozju tagħhom ikunu protetti.

Artikolu 20

Pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet

1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjonijiet li tieħu skond l-Artikoli 8(1) sa (6), l-Artikoli 14 u 15, minbarra deċiżjonijiet proviżorji meħuda skond l-Artikolu 18(2), flimkien ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Konsulenza fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Il-pubblikazzjoni għandha tindika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni; il-pubblikazzjoni għandha tirrispetta l-interess leġittimu ta' l-impriżi li s-sigriet tan-negozju tagħhom ikunu protetti.

Artikolu 21

Applikazzjoni tar-Regolament u ġurisdizzjoni

1. Dan ir-Regolament biss għandu japplika għal konċentrazzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 3, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1/2003 [8], (KEE) Nru. 1017/68 [9], (KEE) Nru. 4056/86 [10] u (KEE) Nru. 3975/87 [11] ma għandhomx japplikaw, minbarra fir-rigward ta' joint ventures li ma għandhomx dimensjoni Komunitarja u li għandhom bħala skop jew effett il-kordinazzjoni ta' l-imġieba kompetittiva li baqgħa indipendenti.

2. Il-Kummissjoni biss għandha jkollha ġurisdizzjoni biex tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan ir-Regolament. Dan iżda bla ħsara għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

3. L-ebda Stat Membru ma għandu japplika l-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni fir-rigward ta' konċentrazzjoni li għandha dimensjoni Komunitarja.

L-ewwel subparagrafu ma jippreġudikax is-setgħa ta' kull Stat Membru li jwettaq kull inkjesta meħtieġa biex ikunu applikati l-Artikoli 4(4), 9(2) jew wara referenza, skond l-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, inċiż (b), jew l-Artikolu 9(5), biex jieħu l-miżuri meħtieġa strettament għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 9(8).

4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, Stati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa sabiex jipproteġu interessi leġittimi, għajr dawk ikkunsidrati f'dan ir-Regolament u li jkunu jaqblu mal-prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja.

Sigurtà pubblika, pluralità tal-media u regoli prudenti għandhom ikunu meqjusa bħala interessi leġittimi fis-sens ta' l-ewwel subparagrafu.

Kull interess pubbliku ieħor għandu jkun mgħarraf lill-Kummissjoni mill-Istat Membru konċernat u għandhu jkun rikonoxxut mill-Kummissjoni wara li ssir stima ta' jekk huwiex kompatibbli mal-prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja qabel il-miżuri msemmija hawn fuq ikunu jistgħu jittieħdu. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar id-deċiżjoni tagħha fi żmien 25 jum utli minn meta tkun mgħarrfa dwar l-interess pubbliku.

Artikolu 22

Referenza lill-Kummissjoni

1. Stat Membru, jew aktar minn Stat Membru wieħed, jista' jitlob jew jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex teżamina xi konċentrazzjoni kif definita fl-Artikolu 3 li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja fis-sens ta' l-Artikolu 1 iżda taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u thedded li tolqot b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni fit-territorju ta' l-Istat Membru jew l-Istati Membri li għamel jew li għamlu t-talba.

Talba bħal din għandha ssir mhux aktar tard minn 15-il jum utli mill-jum li fih l-konċentrazzjoni kienet notifikata, jew f'każ li notifika mhix meħtieġa, mill-jum li fih il-konċentrazzjoni kienet mgħarrfa lill-Istat Membru konċernat.

2. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u lill-impriżi konċernati dwar kull talba li tirċievi skond il-paragrafu 1.

Kull Stat Membru ieħor għandu jkollu d-dritt li jingħaqad mat-talba oriġinali fi żmien 15-il jum utli minn meta l-Kummissjoni tinfurmah dwar it-talba.

It-termini perentorji nazzjonali kollha relatati mal-konċentrazzjoni għandhom ikunu sospiżi sakemm, skond il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu, ikun deċiż fejn ħa tkun eżaminata l-konċentrazzjoni. Is-sospensjoni tat-termini perentorji nazzjonali tieqaf malli l-Istat Membru jinforma lill-Kummissjoni u lill-impriżi konċernati li ma jixtieqx jingħaqad mat-talba.

3. Il-Kummissjoni tista', mhux aktar tard minn għaxart ijiem utli minn tmiem il-perjodu stabbilit fil-paragrafu 2, tiddeċiedi li teżamina l-konċentrazzjoni meta jidhrilha li din tolqot il-kummerċ bejn Stati Membru u thedded li tolqot b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni fit-territorju ta' l-Istat Membru jew l-Istati Membri li għamel jew għamlu t-talba. Jekk il-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni f'dan il-perjodu, hija għandha titqies bħallikieku adottat deċiżjoni biex teżamina l-konċentrazzjoni skond it-talba.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kollha u lill-impriżi konċernati dwar id-deċiżjoni tagħha. Hija tista' titlob is-sottomissjoni ta' notifika skond l-Artikou 4.

L-Istat Membru jew Stati Membri li għamel jew għamlu t-talba ma għandhomx jibqgħu japplikaw l-liġi nazzjonali tagħhom dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni.

4. L-Artikolu 2, l-Artikolu 4(2) sa (3), l-Artikolli 5,6, u 8 sa 21 għandhom japplikaw meta l-Kummissjoni teżamina konċentrazzjoni skond il-paragrafu 3. L-Artikolu 7 għandu japplika sakemm il-konċentrazzjoni ma kinetx implimentata sal-ġurnata li fiha l-Kummissjoni tinforma lill-impriżi konċernati li saret talba.

Meta ma tkunx meħtieġa notifika skond l-Artikolu 4, il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 10(1) li fih jistgħu jinbdew proċeduri għandu jibda fil-jum utli ta' wara dak li fih il-Kummissjoni tinforma lill-impriżi konċernati li hi iddeċidiet li teżamina l-konċentrazzjoni skond il-paragrafu 3.

5. Il-Kummissjoni tista' tinforma lil Stat Membru jew lil diversi Stati Membri li hija tqis konċentrazzjoni bħala li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1. F'dawn il-każijiet il-Kummissjoni tista' tistieden lil dak l-Istat Membru jew lil dawk l-Istati Membri biex jagħmel jew jagħmlu talba skond il-paragrafu 1.

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li, skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, tistabbilixxi:

(a) dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni dwar il-forma, l-kontenut u dettalji oħra ta' notifiki u sottomissjonijiet skond l-Artikolu 4;

(b) dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni dwar il-perjodi perentorji skond l-Artikolu 4(4), (5), l-Artikoli 7, 9, 10 u 22;

(ċ) il-proċedura u l-perjodi perentorji applikabbli għas-sottomissjoni u l-implimentazzjoni ta' rabtiet skond l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 8(2);

(d) dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni dwar seduti skond l-Artikolu 18.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn Kumitat ta' Konsulenza, magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri.

(a) Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat ta' Konsulenza qabel tippubblika abbozz tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni u qabel tadotta dawn id-dispożizzjonijiet.

(b) Il-konsultazzjoni għandha ssir f'laqgħa imsejħa u preseduta mill-Kummissjoni. Flimkien mas-sejħa, għandu jintbagħat abbozz tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li huwa maħsub li jittieħdu. Il-laqgħa għandha ssir mhux anqas minn għaxart ijiem utli wara li tintbagħat is-sejħa.

(ċ) Il-Kumitat ta' Konsulenza għandu jagħti opinjoni dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk ikun hemm bżonn tista' ssir votazzjoni Il-Kummissjoni għandha tqis serjament l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat.

Artikolu 24

Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi

1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar xi diffikultajiet ġenerali li ltaqgħu magħhom impriżi tagħhom fir-rigward ta' konċentrazzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 3 f'pajjiż terz.

2. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport li jeżamina t-trattament mogħti lil impriżi li għandhom l-uffiċcju tagħhom jew l-oqsma ta' attività prinċipali tagħhom fil-Komunità, skond kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4, fir-rigward ta' konċentrazzjonijiet f'pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tipprepara dan ir-rapport mhux aktar minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Wara l-ewwel rapport hija għandha tibqa' tipprepara rapporti perjodikament. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn ir-rapporti lill-Kunsill, flimkien ma xi rakkomandazzjonijiet.

3. Meta l-Kummissjoni jidhrilha, a bażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 jew a bażi ta' informazzjoni oħra, li pajjiż terz ma jittrattax lil impriżi li għandhom l-uffiċju tagħhom jew l-oqsma ta' attività prinċipali tagħhom fil-Komunità' b'mod komparabbli ma kif il-Komunità titratta impriżi minn dak il-pajjiż, il-Kummissjoni tista' tibgħat proposti lill-Kunsill biex tingħata mandat xieraq biex tinnegozja bil-għan li tikseb trattament komparabbli għall-impriżi li għandhom l-ufficċju tagħhom jew l-oqsma ta' attività prinċipali tagħhom fil-Komunità.

4. Miżuri meħuda skond dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw ma' l-obbligi tal-Komunità jew ta' l-Istat Membru, mingħajr ħsara għall-Artikolu 307 tat-Trattat, taħt ftehim internazzjonali, kemm ftehim bilaterali u kif ukoll ftehim multilaterali.

Artikolu 25

Revoki

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26(2), ir-Regolamenti (KEE) Nru 4064/89 u (KE) Nru 1310/97 għandhom ikunu revokati b'effett mill-1 ta' Mejju 2004.

2. Referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ u dispożizzjonijiet transitorji

1. Dan ir-Regolament għandhom jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu jkun applikat mill-1 ta' Mejju 2004.

2. Ir-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jibqa' japplika fir-rigward ta' kull konċentrazzjoni li kienet is-suġġett ta' ftehim jew ta' avviż jew fejn il-kontroll kien miksub fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament qabel il-jum li minnu jibda japplika dan ir-Regolament. Dan huwa suġġett, b'mod partikolari, għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-applikabilità stabbiliti fl-Artikolu 25(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1310/97.

3. Fil-każ ta' konċentrazzjonijiet li fir-rigward tagħhom japplika dan ir-Regolament minħabba l-adeżjoni, d-data ta' l-adeżjoni għandha tieħu post d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Jannar 2004.

F'isem il-Kunsill

Il-President

C. McCreevy

[1] ĠU C 20, 28.01.03, p. 4.

[2] Opinjoni mogħtija fid- tad- 9.10.2003 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni mogħtija fl- 24.10.2003 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 1. Verżjoni ikkoreġuta tinsab f'ĠU L 257, tal-21.9.1990, p. 13. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1310/97 (ĠU L 180, tad-9.7.1997, p. 1). Korriġendum fil-ĠU L 40, tat-13.2.1998, p. 17.

[5] ĠU C 364, 18.12.00, p. 1.

[6] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 11. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16).

[7] ĠU L 372, tal-31.12.1986, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

[8] ĠU L 1, 04.01.03, p. 1.

[9] ĠU L 175, tat-23.7.1968, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, ta' l-4.1.2003, p. 1).

[10] ĠU L 378, tal-31.12.1986, p. 4. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1/2003.

[11] ĠU L 374. tal-31.12.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1/2003.

--------------------------------------------------

ANNESS

Tabella tal-korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 4064/89 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1(1), (2) u (3) | Artikolu 1(1), (2) u (3) |

Artikolu 1(4) | Artikolu 1(4) |

Artikolu 1(5) | Artikolu 1(5) |

Artikolu 2(1) | Artikolu 2(1) |

— | Artikolu 2(2) |

Artikolu 2(2) | Artikolu 2(3) |

Artikolu 2(3) | Artikolu 2(4) |

Artikolu 2(4) | Artikolu 2(5) |

Artikolu 3(1) | Artikolu 3(1) |

Artikolu 3(2) | Artikolu 3(4) |

Artikolu 3(3) | Artikolu 3(2) |

Artikolu 3(4) | Artikolu 3(3) |

— | Artikolu 3(4) |

Artikolu 3(5) | Artikolue 3(5) |

Artikolu 4(1) l-ewwel sentenza | Article 4(1) l-ewwel subparagrafu |

Article 4(1) it-tieni sentenza | — |

— | Artikolu 4(1) it-tieni u t-tielet subparagrafi |

Artikolu 4(2) u (3) | Artikolu 4(2) u (3) |

— | Artikolu 4(4) sa (6) |

Artikolu 5(1) sa (3) | Artikolu 5(1) sa (3) |

Artikolu 5(4), kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 5(4), kliem ta’ introduzzjoni |

Artikolu 5(4) punt (a) | Artikolu 5(4) punt (a) |

Artikolu 5(4) point (b), kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 5(4) point (b), kliem ta’ introduzzjoni |

Artikolu 5(4) point (b), l-ewwel inċiż | Artikolu 5(4) punt (b)(i) |

Artikolu 5(4) punt (b), it-tieni inċiż | Article 5(4) punt (b)(ii) |

Article 5(4) point (b), it-tielet inċiż | Article 5(4) punt (b)(iii) |

Article 5(4) point (b), ir-raba’ inċiż | Article 5(4) point (b)(iv) |

Artikolu 5(4) punti (c), (d) u (e) | Artikolu 5(4) punti (c), (d) u (e) |

Artikolu 5 (5) | Artikolu 5 (5) |

Artikolu 6(1), kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 6(1), kliem ta’ introduzzjoni |

Artikolu 6(1) punti (a) u (b) | Artikolu 6(1) punti (a) u (b) |

Artikolu 6(1) punt (c) | Artikolu 6(1) punt (c), l-ewwel sentenza |

Artikolu 6(2) sa (5) | Artikolu 6(2) sa (5) |

Artikolu 7 (1) | Artikolu 7 (1) |

Artikolu 7(3) | Artikolu 7(2) |

Artikolu 7(4) | Artikolu 7(3) |

Artikolu 7(5) | Artikolu 7(4) |

Artikolu 8(1) | Artikolu 6(1) punt (c), it-tieni sentenza |

Artikolu 8(2) | Artikolu 8(1) u(2) |

Artikolu 8(3) | Artikolu 8(3) |

Artikolu 8(4) | Artikolu 8(4) |

— | Artikolu 8(5) |

Artikolu 8(5) | Artikolu 8(6) |

Artikolu 8(6) | Artikolu 8(7) |

— | Artikolu 8(8) |

Artikolu 9(1) sa(9) | Artikolu 9(1) sa (9) |

Artikolu 9(10) | — |

Artikolu 10(1) u (2) | Artikolu 10(1) u (2) |

Artikolu 10(3) | Artikolu 10(3) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza |

— | Artikolu 10(3) l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza |

— | Artikolu 10(3) it-tieni subparagrafu |

Artikolu 10 (4) | Artikolu 10(4) l-ewwel subparagrafu |

— | Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 10 (5) | Artikolu 10(5), l-ewwel u r-raba’ subparagrafi |

— | Artikolu 10(5), it-tieni, it-tielet u l-ħames subparagrafi |

Artikolu 10 (6) | Artikolu 10 (6) |

Artikolu 11(1) | Artikolu 11(1) |

Artikolu 11(2) | — |

Artikolu 11(3) | Artikolu 11(2) |

Artikolu 11(4) | Artikolu 11(4) l-ewwel sentenza |

— | Artikolu 11(4) it-tieni u t-tielet sentenza |

Artikolu 11(5) l-ewwel sentenza | — |

Artikolu 11(5) it-tieni sentenza | Artikolu 11(3) |

Artikolu 11(6) | Artikolu 11(5) |

— | Artikolu 11(6) u (7) |

Artikolu 12 | Artikolu 12 |

Artikolu 13(1) first | Artikolu 13 (1) |

Artikolu 13(1) second, introductory words | Artikolu 13(2) introductory words |

Artikolu 13(1) second, point (a) | Artikolu 13(2) point (b) |

Artikolu 13(1) second, point (b) | Artikolu 13(2) point (c) |

Artikolu 13(1) second, point (c) | Artikolu 13(2) point (e) |

Artikolu 13(1) second, point (d) | Artikolu 13(2) point (a) |

— | Artikolu 13(2) point (d) |

Artikolu 13(2) | Artikolu 13(3) |

Artikolu 13(3) | Artikolu 13(4) first and second sentences |

Artikolu 13(4) | Artikolu 13(4) third sentence |

Artikolu 13 (5) | Artikolu 13(5), first sentence |

— | Artikolu 13(5), second sentence |

Artikolu 13(6) first sentence | Artikolu 13(6) |

Artikolu 13(6) it-tieni sentenza | — |

— | Artikolu 13(7) u (8) |

Artikolu 14(1) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 14(1) kliem ta’ introduzzjoni |

Artikolu 14(1) punt (a) | Artikolu 14(2) punt (a) |

Artikolu 14(1) punt (b) | Artikolu 14(1) punt (a) |

Artikolu 14(1) punt (c) | Artikolu 14(1) punti (b) u (c) |

Artikolu 14(1) punt (d) | Artikolu 14(1) punt (d) |

— | Artikolu 14(1) punti (e) u (f) |

Artikolu 14(2) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 14(2) kliem ta’ introduzzjoni |

Artikolu 14(2) punt (a) | Artikolu 14(2) punt (d) |

Artikolu 14(2) punti (b) u (c) | Artikolu 14(2) punti (b) u (c) |

Artikolu 14 (3) | Artikolu 14(3) |

Artikolu 14(4) | Artikolu 14(4) |

Artikolu 15(1) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 15(1) kliem ta’ introduzzjoni |

Artikolu 15(1) punti (a) u (b) | Artikolu 15(1) punti (a) u (b) |

Artikolu 15(2) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 15(1) kliem ta’ introduzzjoni |

Artikolu 15(2) punt (a) | Artikolu 15(1) punt (ċ) |

Artikolu 15(2) punt (b) | Artikolu 15(1) punt (d) |

Artikolu 15 (3) | Artikolu 15 (2) |

Artikolu 16 sa 20 | Artikolu 16 sa 20 |

Artikolu 21(1) | Artikolu 21(2) |

Artikolu 21(2) | Artikolu 21(3) |

Artikolu 21(3) | Artikolu 21(4) |

Artikolu 22(1) | Artikolu 21(1) |

Artikolu 22(3) | — |

— | Artikolu 22(1) sa (3) |

Artikolu 22(4) | Artikolu 22(4) |

Artikolu 22(5) | — |

— | Artikolu 22(5) |

Artikolu 23 | Artikolu 23(1) |

— | Artikolu 23(2) |

Artikolu 24 | Artikolu 24 |

— | Artikolu 25 |

Artikolu 25(1) | Article 26(1), first subparagraph |

— | Artikolu 26(1), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 25 (2) | Artikolu 26 (2) |

Artikolu 25 (3) | Artikolu 26 (3) |

— | Anness |

--------------------------------------------------

Top