32004L0045



Official Journal L 113 , 20/04/2004 P. 0019 - 0023


Id-Direttiva tal-kummissjoni 2004/45/ke

tas-16 ta' April 2004

li temenda Direttiva 96/77/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità fl-addittivi ta' l-ikel minbarra kuluri u ħlewwiet

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE datata 21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-addittivi fl-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel li jkunu għall-konsum uman [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3)(a) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel,

Billi:

(1) Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE [2] datata 2 ta' Diċembru 1996 tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità fl-addittivi ta' l-ikel minbarra kuluri u ħlewwiet, issuġġeriet kriterji ta' purità għall-addittivi msemmija fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi fl-ikel, minbarra kuluri u ħlewwiet [3].

(2) Il-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel ikkonkluda fl-opinjoni tiegħu tal-5 ta' Marzu 2003, li l-preżenza ta' ħaxixa tal-baħar ħamra li tittiekel, u li tkun ta' piż molekulari baxx, għandha tinżamm mill-anqas. Għaldaqstant, il-kriterju relevanti mill-kriterji eżistenti dwar il-purità għal ħaxixa tal-baħar ħamra E 407, u E 407a (Alka tal-baħar ipproċessata) kif imsemmi fid-Direttiva 96/77/KE għandu jiġi adattat.

(3) Hu neċessarju li jiġu adottati speċifiċi għall-addittivi l-ġodda awtoriżżati mid-Direttiva 2003/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2003 li temenda Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi ta' l-ikel minbarra kuluri u ħlewwiet: E 907 Hydrogenated poly-1-decene, E 1517 Glyceryl diacetate u E 1519 Benzyl alcohol.

(4) Hu neċessarju li l-ispeċifikazzjonijiet u t-teknikalijiet analitiċi jittieħdu in- konsiderazzjoni għall-addittivi kif imsemmija fil-Codex Alimentarius kif imfassal mill-Kumitat Konġunt ta' l-Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi ta' l-Ikel (JECFA).

(5) Għalhekk d-Direttiva 96/77/KE għandha tiġi emendata.

(6) Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 96/77/KE qed jiġi emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jinforzaw il-liġijiet, regolamenti u l-kondizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-1 ta' April 2005 minn ta' l-anqas.. Huma għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni mill-ewwel fir-rigward tat-test ta' dawk il-kondizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn il-kondizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-kondizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn referenza simili fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom.. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kif trid issir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-kondizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Prodotti li jkun hemm fis-suq jew immarkati qabel l-1 ta' April 2005, li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva jistgħu jiġu mibjugħa fis-suq sakemm jispiċċa l-istokk.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' April 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[2] ĠU L 339, tat-30.12.1996, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2003/95/KE (ĠU L 283, tal-31.10.2003, p. 71).

[3] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2003/114/KE (ĠU L 24, tad-29.1.2003, p. 58).

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness tad-Direttiva 96/77/KE hi emendata kif ġej:

1. It-Testijiet dwar il-ħaxixa tal-baħar ħamraE 407 u l-Alka tal-baħar ipproċessata E 407a qed jiġu sostitwiti bis-segwenti:

"E 407 ĦAXIXA TAL-BAĦAR ĦAMRA

Sinonimi | Prodotti tal-kummerċ ikunu mibjugħa taħt ismijiet differenti bħal: Haxix Irlandiż Eucheuman (minn Eucheuma spp.) Iridophycan (minn Iridaea spp.) Hypnean (minn Hypnea spp.) Furċellaran jew sustanza ġelatinuża Daniża li tittieħed minn alga ħamra użata fl-ikel (minn Furcellaria fastigiata) Haxixa tal-Bahar Hamra (minn Chondrus u Gigartina spp.) |

Definizzjoni | Ħaxixa tal-baħar ħamra tinġieb minn estrazzjoni akwatika ta' għarbiel naturali ta' alka tal-bahar Ġigartinaceae, Solieriaceae, Hypneaeceae u Furcellariaceae, familji ta' l-istess speċi Rhodophyceae (alka tal-baħar ħamra). L-ebda preċipitant organiku ma jista' jiġi użat minbarra methanol, ethanol u propan-2-ol. Il-Ħaxixa tal-Baħar Hamra tikkonsisti prinċipalment mill-potassju, sodju, manjesju, u melħ tal-kalċju ta' sulfite ester polisakkarid liema, fuq l-idrolisi, jipproduċi galactose u, 3,6-anhydrogalactose. Carrageenan m'ghandux ikun idrolizzat inkella degradat b'systema kimika simili. |

EINECS | 232-524-2 |

Deskrizzjoni | Safrani u jispiċċa bla kulur, trab mhux fin li jagħti għal fin, li hu prattikament mingħajr riħa. |

Identifikazzjoni

A.Testijiet poizittivi għall-galactose, għall anhydrogalactose u għas-sulfat | |

Purità

Metanol, alkoħol, propàn-2-ol fih | Mhux iktar minn 0,1 % waħdu jew flimkien ma' xi ħaġa oħra. |

Viskożità ta' 1,5 % likwidu b'75 °C | Mhux anqas minn 5 mPa.s |

Jonqos meta jinxef | Mhux iktar minn 12 % (105 °C, erba' sigħat) |

Sulfit | Mhux anqas minn 15 % jew aktar minn 40 % fuq bazi xotta (bhal SO4) |

Irmied | Mhux anqas minn 15 % u mhux iktar minn 40 % determinati fuq bażi xotta ta' 550 °C |

Irmied aċituż insolubbli | Mhux iktar minn 1 % fuq bażi xotta (insolubbli b' 10 % aċidu idrokloriku) |

Sustanza aċiduża insolubbli | Mhux iktar minn 2 % fuq bażi xotta (insolubbli f'1 % v/v aċidu sulfuriku) |

Piż molkulari baxx Haxixa ħamra tal-baħar (ta' piż molekulari ta' frazzjoni anqas minn 50 kDa) | Mhux iktar minn 5 % |

Arseniku | Mhux iktar minn 3 mg/kg |

Ċomb | Mhux iktar minn 5 mg/kg |

Merkurju | Mhux iktar minn 1 mg/kg |

Kadmju | Mhux iktar minn 1 mg/kg |

Ghadd total tal-platt | Mhux iktar minn 5000 kolonja kull gramm |

Ħmira u moffa | Mhux iktar minn 300 kolonja kull gramm |

E. coli | Negattiv f'5 g |

Salmonella spp. | Negattiv f'10 g |

E 407a ALKA TAL-BAĦAR IPPROĊESSATA

Sinonimi | PES (akronimu ta' l-alka tal-baħar ipproċessata) |

Definizzjoni | Alka tal-baħar iproċessata li tinkiseb mill-alkalina ta' l-ilma (KOH) trattament ta' hjut naturali ta' l-alka tal-baħar Eucheuma cottonii u Eucheuma spinosum tal-klassi Rhodophyceae (alka tal-baħar ħamra) sabiex jitneħħew l-impuritajiet u b'ħasil bl-ilma frisk u tnixxif sabiex jinkiseb il-prodott. Aktar purifikazzjoni tista' ssir bil-ħasil bil-methanol u bl-alkohol jew propàn-2-ol u tnixxif.. Il-prodott jikkonsisti prinċipalment fil-melħ tal-potassju u sulfite polisakkaride ester li fuq l-idrolisi ikabbru l-galactose u 3,6-anhydrogalactose. Sodju, kalċju u melħ tal-menjesju tas-sulfit polisakkarid ester huma preżenti f'ammonti anqas. Sa 15 % ċellulosa ta' l-alka hi preżenti fil-prodott. Il-ħaxixa hamra tal-baħar hi proċessata f'alka tal-baħar, li ma tkunx idrolizzata jew kimikament degradata b'mod ieħor. |

Deskrizzjoni | Kulur kannella jagħti fl-isfar, trab mhux fin, li jagħti għal fin u li ma fihx riħa. |

Identifikazzjoni

A.Testijiet pozittivi għall-galactose u għall-anhydrogalactose u għas-sulfit. | |

B.Solubilità | Jifforma likwidu mdardar b'partiċelli żgħar ħafna ta' materjal solidu jgħumu fih fl-ilma. Insolubbli fl-alkaħol |

Purità

Metanol, alkoħol, propane-2-ol content | Mhux iktar minn 0,1 % waħdu jew flimkien ma' xi ħaġa oħra. |

Viskożità ta' likwidu ta' 1.5 %, b'75 °C | Mhux anqas minn 5 mPa.s |

Nuqqas meta jinxef | Mhux iktar minn 12 % (105 °C, erba' siegħat) |

Sulfit | Mhux anqas minn 15 % jew iktar minn 40 % fuq bażi xotta (tip SO4) |

Irmied | Mhux anqas minn15 % u mhux iktar minn 40 % determinati fuq bażi xotta ta' 550 °C |

Irmied insolubbli aċiduż | Mhux iktar minn 1 % fuq bażi xotta (insolubbli f'10 % aċidu idrokloriku) |

Sostanza insolubbli aċiduża | Mhux anqas minn 8 % u mhux iktar minn 15 % fuq bażi xotta (insolubbli f'1 % v/v aċidu sulfuriku) |

Piż molekulari baxx Ħaxixa tal-Baħar Hamra (Piż Moleculari ta' frazzjoni anqas minn 50 kDa) | Mhux iktar minn 5 % |

Arseniku | Mhux iktar minn 3 mg/kg |

Ċomb | Mhux iktar minn 5 mg/kg |

Merkurju | Mhux iktar minn 1 mg/kg |

Kadmju | Mhux iktar minn 1 mg/kg |

Għadd total ital-platt | Mhux iktar minn 5000 kolonja kull gram |

Ħmira u moffa | Mhux iktar minn 300 kolonja kull gram |

E. coli | Negattiv f'5 g |

Salmonella spp. | Negattiv f'10 g" |

2. It-test segwenti li jikkonċerna E 907 poli-1- decene idroġenat ikun inserit f'E 905 xama' mikrokristallina:

"E 907 POLI-1-DECENE IDROĠINATA

Sinonimi | Polidec-1-ene Idroġenat Hydrogenated poly-alpha-olefin |

Definizzjoni

Formula kimika | C10nH20n+2 billi n = 3 — 6 |

Piż Molekulari | 560 (medja) |

Analiżi | Mhux anqas minn 98,5 % ta' poli-1-decene idroġenat, li jkollu s-segwenti distribuzzjoni oligomer: C30: 13 — 37 % C40: 35 — 70 % C50: 9 — 25 % C60: 1 — 7 % |

Deskrizzjoni | Likwidu bla kulur u bla riħa. |

Identifikazzjoni

A.Solubilità | Insolubbli fl-ilma, solubbli kemmxejn fl-alkoħol; u solubbli f'likwidu bla kulur li jieħu n-nar malajr u velenuż |

B.Ħruq | Ħruq bi fjamma kbira u b'riħa li qisha tal-pitrolju |

Purità

Viskożità | Bejn 5,7 × 10-6 u 6,1 × 10-6 m2s-1 f'100 °C |

Komposizzjoni b'numru tal-karbonju anqas minn 30 | Mhux iktar minn 1,5 % |

Sostanzi li jiġu karboniżżati | Wara 10 minuti ta' taħwid f'banju ta' ilma jagħli, tubu ta' aċidu sulfuriku b' 5 g kampjun ta' poli-1-decene idroġenat u ma jkunx iktar skur minn kulur tat-tiben ċar |

Nikil | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg" |

3. it-test segwenti li jikkonċerna E 1517 Glyceryl diacetate u E 1519 Benzyl alkoħol hu miżjud:

"E 1517 GLYCERYL DIACETATE

Sinonimi | Diacetin |

Definizzjoni | Il-Glyceryl diacetate jikkonsisti prinċipalment f'taħlita ta' 1,2- u 1,3-diacetates ta' glycerol, u ammonti iżgħar ta' mono-u tri-esters |

Ismijiet kimiċi | Glyceryl diacetate 1,2,3-propanetriol diacetate |

Formula Kimika | C7H12O5 |

Piż molekulari | 176,17 |

Analiżi | Mhux anqas minn 94,0 % |

Deskrizzjoni | Ċar, bla kulur, igroskopiku likwidu żejtni b'riħa kemmxejn xaħmija. |

Identifikazzjoni

A.Solubilità | Solubbli fl-ilma. Jitħallat ma' l-alkoħol |

B.Testijiet pożittivi għall-glycerol u aċetat | |

C.Gravità Speċifika | d2020: 1,175 — 1,195 |

D.Limitu kemm jista' jagħli | Bejn 259 u 261 °C |

Purità

Irmied Totali | Mhux aktar minn 0,02 % |

Aċidità | Mhux aktar minn 0,4 % (bħala aċidu aċetiku) |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg |

Comb | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

E 1519 BENZYL ALCOHOL

Sinonimi | Phenylcarbinol Phenylmethyl alcohol Benzenemethanol Alpha-hydroxytoluene |

Definizzjoni

Ismijiet kimiċi | Benzyl alcohol Phenylmethanol |

Formula Kimika | C7H8O |

Piż molekulari | 108,14 |

Analiżi | Mhux anqas minn 98,0 % |

Deskrizzjoni | Bla kulur, likwidu ċar, b'riħa kemm kemm aromatika |

Identifikazzjoni

A.Solubilità | Solubbli fl-ilma, fl-alkoħol u fl-etere |

B.Indiċi rifrattiva | (n)D20: 1,538 — 1,541 |

C.Gravità Speċifika | d2525: 1,042 — 1,047 |

D.Test pożittiv għall-perossidu | |

Purità

Limitu ta' distillazzjoni | Mhux anqas minn 95 % v/v distill bejn 202 u 208 °C |

Valur aċidiku | Mhux aktar minn 0,5 |

Aldehydes | Mhux aktar minn 0,2 % v/v (bħala benzaldehyde) |

Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg" |

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet