Official Journal L 089 , 26/03/2004 P. 0035 - 0035
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/34/KE tat-23 ta' Marzu 2004 li temenda, bl-iskop ta' adattament għal progress tekniku, l-Annessi I u II tad-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ismijiet ta' tessuti (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru dwar ismijiet ta' tessuti [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva 96/74/KE tippreskrivi regoli dwar it-tikkettjar jew markar ta' prodotti fir-rigward tal-kontenut tagħhom ta' fibra li tintiseġ, biex ikun żgurat li l-interessi tal-konsumatur ikunu b'hekk imħarsa. Prodotti minsuġa jistgħu biss jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità jekk ikunu jaqblu mad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva. (2) Mħabba sejbiet reċenti minn grupp ta' xogħol tekniku, hu meħtieġ, ġħall-finijiet ta' adattament tad-Direttiva 96/74/KE għal progress tekniku, li l-fibra polylactide tiżdied mal-lista ta' fibri preskritti fl-Annessi I u II ta' dik id-Direttiva. (3) Id-Direttiva 96/74/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. (4) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar Direttivi li jirrigwardaw Ismijiet u Tikkettjar ta' Tessuti, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 96/74/KE hi emendata kif ġej: 1. Fl-Anness I tidħol il-filliera 33a li ġejja: "33a | Fibra | ta' polylactide magħmula minn makro-molekuli lineari- li jkollhom fil-katina mill-inqas 85 % (f'massa) ta' unitajiet ta' esteri ta' aċidu lattiku derivati minn zokkor naturali, u li jkollhom temperatura li fiha jinħallu ta' 135 °C" | 2. Fl-Anness II tidħol l-annotazzjoni 33a li ġejja: "33a | Polylactide | 1,50" | Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' Marzu 2005 l-aktar tard. Għandhom minnufih jgħaddu lill-Kummissjoni it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew jinkludu din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tkun magħmula din ir-referenza. 2. Stati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Marzu 2004. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 32, tat-3.2.1997, p. 38. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/37/KE (ĠU L 169, tas-27.6.1997, p. 74). --------------------------------------------------