32004F0757


Titolu u referenza

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal- 25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi

 ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
 ĠU L 153M , 7.6.2006, p. 94–97 (MT)
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 19 Volume 07 P. 66 - 69
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 19 Volume 07 P. 66 - 69

 CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  NL  PL  PT  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI

tal- 25 ta' Ottubru 2004

li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(e) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) It-traffikar illeċitu ta' drogi joħloq theddida għas-saħħa, għas-sigurtà u għall-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea, u għall-ekonomija legali, għall-istabbiltà u għas-sigurtà ta' l-Istati Membri.

(2) Il-ħtieġa għal azzjoni leġislattiva fis-settur tat-traffikar illeċitu ta' drogi ġie rikonoxxut b'mod partikolari fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, dwar kif l-aħjar jiġu implimentati d-disposizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam dwar żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja [3], adottat mill-Kunsill tal-Ġustizzja u ta' l-Affarijiet Interni fi Vjenna fit- 3 ta' Diċembru 1998, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal- 15 u s- 16 ta' Ottubru 1999, b'mod partikolari l-punt 48 tagħhom, l-Istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (2000-2004) approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Helsinki mill- 10 sat- 12 ta' Diċembru 1999 u l-Pjan ta' Azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (2000-2004) approvat mill-Kunsill Ewropew f'Santa Maria da Feira fid- 19 u l- 20 ta' Ġunju 2000.

(3) Jeħtieġ li jiġu adottati regoli minimi relatati ma' l-elementi kostitwenti tar-reati ta' traffikar illeċitu ta' drogi u prekursuri li jippermettu approċċ komuni fuq il-livell ta' l-Unjoni għall-ġlieda kontra tali traffikar.

(4) Bis-saħħa tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, l-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għandha tiffoka fuq l-iktar għamliet serji ta' reati marbuta mad-drogi. L-esklużjoni ta' ċerti għamliet ta' mġieba fir-rigward ta' konsum personali mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru ma tikkostitwix linja gwida tal-Kunsill dwar kif l-Istati Membri għandhom jittrattaw ma' dawn il-każijiet l-oħra fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.

(5) Pieni previsti mill-Istati Membri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom jinkludu sentenzi ta' ħabs. Biex jiġi determinat il-livell tal-pieni, għandhom jitqiesu l-elementi bbażati fuq il-fatti bħal ma huma l-kwantitajiet u t-tip ta' drogi traffikati, u jekk ir-reat sarx fil-kuntest ta' organizzazzjoni kriminali.

(6) Stati Membri għandhom jitħallew jagħmlu disposizzjonijiet biex jitnaqqsu l-pieni meta l-ħati jkun forna lill-awtoritajiet kompetenti b'informazzjoni prezzjuża.

(7) Jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex issir possibli l-konfiska tal-qligħ mir-reati msemmija f'din id-Deċiżjoni Kwadru.

(8) Għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għar-reati kriminali, msemmija f'din id-Deċiżjoni Kwadru, li jitwettqu għall-benefiċċju tagħhom.

(9) L-effettività ta' l-isforzi magħmula biex jiġi miġġieled it-traffikar illeċitu ta' drogi tiddependi essenzjalment fuq l-armonizzazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw din id-Deċiżjoni Kwadru,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru:

1. "drogi" għandha tfisser kwalunkwe mis-sustanzi koperti mill-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti li ġejjin:

(a) il-Konvenzjoni Waħdanija ta' l-1961 dwar Drogi Narkotiċi (kif emendata mill-Protokoll ta' l-1972);

(b) il-Konvenzjoni ta' Vjenna ta' l-1971 dwar Sustanzi Psikotropiċi. Għandha tinkludi wkoll is-sustanzi suġġetti għal kontrolli skond l-Azzjoni Konġunta 97/396/ĠAI tas- 16 ta' Ġunju 1997 [4]; rigward l-iskambju ta' informazzjoni, l-istima ta' riskju u l-kontroll ta' drogi sintetiċi ġodda

2. "prekursuri" għandha tfisser kwalunkwe sustanza mdaħħla fil-leġislazzjoni Komunitarja li tagħti effett lill-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l- 20 ta' Diċembru 1988 kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u f'Sustanzi Psikotropiċi;

3. "persuna ġuridika" għandha tfisser kwalunkwe entita ġuridika li għandha tali status skond il-liġi nazzjonali applikabbli, għajr Stati jew korpi pubbliċi oħra li jaġixxu fl-eżerċizzju tad-drittijiet sovrani tagħhom u organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.

Artikolu 2

Reati marbuta mat-traffikar ta' drogi u ta' prekursuri

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li meta mġieba minn dawn li ġejjin issir bil-ħsieb u tkun infondata fid-dritt din għandha tkun punibbli:

(a) il-produzzjoni, il-manifattura, l-estrazzjoni, il-preparazzjoni, l-offerta, l-offerta għall-bejgħ, id-distribuzzjoni, il-bejgħ, il-kunsinna fuq kwalunkwe kondizzjoni hi x'inhi, is-senserija, id-dispaċċ, id-dispaċċ fi transitu, it-trasport, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' drogi;

(b) il-kultivazzjoni tal-peprin ta' l-oppju, il-pjanta tal-koka u l-pjanta tal-kannabis;

(ċ) il-pussess jew ix-xiri ta' drogi bil-ħsieb li tiġi mwettqa waħda mill-attivitajiet mniżżla f'(a);

(d) il-manifattura, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta' prekursuri, meta wieħed ikun jaf li dawn ser jintużaw fi jew għall-produzzjoni jew manifattura illeċita ta' drogi.

2. L-imġieba deskritta fil-paragrafu 1 m' għandiex tiġi inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru meta din tiġi mwettqa mill-awturi tagħha esklussivament għall-konsum personali tagħhom kif definit mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 3

Tħajjir, għajnuna u assistenza u tentattiv

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jitqiesu bħala reat kriminali, t-tħajjir biex wieħed iwettaq, l-għajnuna u l-assistenza jew it-tentattiv ta' wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2.

2. Stat Membru jista' jeżenta minn responsabbiltà kriminali t-tentattiv ta' offerta jew preparazzjoni ta' drogi msemmi fl-Artikolu 2(1)(a) u t-tentattiv ta' pussess ta' drogi msemmi fl-Artikolu 2(1)(ċ).

Artikolu 4

Pieni

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li r-reati definiti fl-Artikoli 2 u 3 jkunu punibbli b'pieni kriminali li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 2 huma punibbli b'pieni kriminali ta' massimu ta' minn ta' l-inqas bejn sena u 3 snin ħabs.

2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ) huma punibbli b'pieni kriminali ta' massimu ta' minn ta' l-inqas bejn 5 u 10 snin ħabs f'kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) ir-reat jinvolvi kwantitajiet kbar ta' drogi;

(b) ir-reat jew jinvolvi dawk id-drogi li jikkawżaw l-ikbar dannu għas-saħħa, jew jirriżulta f'dannu sinifikattiv għas-saħħa ta' għadd ta' persuni.

3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li r-reati msemmija fil-paragrafu 2 huma punibbli b'pieni kriminali ta' massimu ta' minn ta' l-inqas 10 snin ta' privazzjoni tal-liberta', fejn ir-reat kien twettqet fil-kuntest ta' organizzazzjoni kriminali kif definit fl-Azzjoni Konġunta 98/733/ĠAI tal- 21 ta' Diċembru 1998 dwar li tkun magħmula reat kriminali l-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [5].

4. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) huma punibbli b'pieni kriminali ta' massimu ta' minn ta' l-inqas bejn 5 u 10 snin ta' privazzjoni tal-libertà, fejn ir-reat twettaq fil-kuntest ta' organizzazzjoni kriminali kif definit fl-Azzjoni Konġunta 98/733/ĠAI, u l-prekursuri jkunu maħsuba li jiġu wżati fi jew għall-produzzjoni jew manifattura ta' drogi skond iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 2(a) jew (b).

5. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' vittmi u ta' partijiet terzi oħra in bona fide, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex tkun tista' ssir il-konfiska ta' sustanzi li jiffurmaw l-oġġett materjali ta' reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3, l-għodda użati jew maħsuba biex jiġu użati għal dawn ir-reati u qligħ minn dawn ir-reati jew il-konfiska ta' proprjetà li l-valur tagħha jikkorrispondi ma' dak ta' tali qligħ, sustanzi jew għodda.

It-termini "konfiska", "għodda", "qligħ" u "proprjetà" għandhom ikollhom l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1990 dwar il-Laundering, it-Tfittxija, il-Qbid u l-Konfiska tal-Qligħ minn Kriminalità.

Artikolu 5

Ċirkostanzi partikolari

Minkejja l-Artikolu 4, kull Stat Membru jista' jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-pieni msemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jiġu mnaqqsa jekk il-ħati:

(a) jirrinunzja l-attività kriminali relatata mat-traffikar ta' drogi u ta' prekursuri u

(b) jipprovdi lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji informazzjoni li huma kieku ma kienux xort' oħra jkunu jistgħu jakkwistaw, filwaqt li jgħinhom biex:

(i) jiġu prevenuti jew imnaqqsa l-effetti tar-reat,

(ii) jiġu identifikati jew imressqa quddiem il-ġustizzja l-ħatja l-oħra,

(iii) jinstabu provi jew

(iv) jiġu prevenuti reati ulterjuri msemmija fl-Artikoli 2 u 3.

Artikolu 6

Responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe mir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 2 u 3 mwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li jaġixxi jew waħdu jew bħala membru ta' organu tal-persuna ġuridika in kwistjoni, li għandu pożizzjoni ta' tmexxija fil-persuna ġuridika, ibbażata fuq waħda minn dawn li ġejjin:

(a) setgħa ta' rappreżentazzjoni tal-persuna ġuridika;

(b) awtorità li jieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika;

(ċ) awtorità li jeżerċita kontroll fil-persuna ġuridika.

2. Minbarra l-każijiet previsti fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta' superviżjoni jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 għamlet possibbli l-għemil ta' kwalunkwe mir-reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3 għall-benefiċċju ta' dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

3. Ir-responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi skond il-paragrafi 1 u 2 m' għandhiex teskludi proċeduri kriminali kontra persuni fiżiċi li huma awturi, istigaturi jew kompliċi fi kwalunkwe waħda mir-reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3.

Artikolu 7

Sanzjonijiet għal persuni ġuridiċi

1. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skond l-Artikolu 6(1) hija punibbli b'sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra, bħal:

(a) esklużjoni minn dritt għal eżenzjoni mit-taxxa jew benefiċċji oħra jew għajnuna pubblika;

(b) skwalifika temporanja jew permanenti mit-twettiq ta' attivitajiet kummerċjali;

(ċ) tqegħid taħt superviżjoni ġudizzjarja;

(d) ordni ġudizzjarja ta' stralċ;

(e) għeluq temporanju jew permanenti ta' l-istabbilimenti użati biex jiġi mwettaq ir-reat;

(f) skond l-Artikolu 4(5), il-konfiska ta' sustanzi li jiffurmaw l-oġġett materjali ta' reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3, għodda wżati jew maħsuba biex jiġu wżati għal dawn ir-reati u qligħ minn dawn ir-reati jew il-konfiska ta' proprjetà li l-valur tagħha jikkorrispondi ma' dak ta' tali qligħ, sustanzi jew għodda.

2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skond l-Artikolu 6(2) tkun punibbli b'sanzjonijiet jew miżuri li huma effettivi, proporzjonali u dissważivi.

Artikolu 8

Ġurisdizzjoni u prosekuzzjoni

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3 fejn:

(a) parti mir-reat jew ir-reat kollu kemm hu jsir fit-territorju tiegħu;

(b) il-ħati huwa wieħed miċ-ċittadini tiegħu; jew

(ċ) ir-reat isir għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

2. Fejn ir-reat isir ‘il barra mit-territorju tiegħu, Stat Membru jista' jiddeċiedi li mhux ser japplika r-regoli ta' ġurisdizzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1(b) u 1(ċ), jew li ser japplikahom biss f'każijiet jew ċirkostanzi speċifiċi.

3. Stat Membru li, taħt il-liġijiet tiegħu, ma jagħmilx estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi, fejn xieraq, il-ġurisdizzjoni tiegħu fuq reat imsemmi fl-Artikoli 2 u 3, u biex jieħu azzjoni kriminali, meta dan ir-reat isir minn wieħed miċ-ċittadini tiegħu ‘l barra mit-territorju tiegħu.

4. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 2 dawn għandhom jinfurmaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni, fejn xieraq b'indikazzjoni tal-każijiet jew taċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom tapplika d-deċiżjoni.

Artikolu 9

Implimentazzjoni u rapporti

1. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru sa mhux aktar tard mit- 12 ta' Mejju 2006.

2. Sat-terminu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ta' traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tagħhom ta' l-obbligi imposti fuqhom taħt din id-Deċiżjoni Kwadru. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mit- 12 ta' Mejju 2009, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-twettiq ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, inkluż l-effetti tagħha fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ta' l-ittraffikar illeċitu tad-drogi. Wara dan ir-rapport, il-Kunsill għandu jistma, sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport, jekk l-Istati Membri ħadux il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni Kwadru.

Artikolu 10

Applikazzjoni territorjali

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika għal Ġibiltà.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, nhar l- 24 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Verdonk

[1] ĠU C 304 E, 30.10.2001, p. 172.

[2] Opinjoni tad- 9 ta' Marzu 2004 (għadha mhijiex pubblikata fil-ĠU).

[3] ĠU C 19, 23.1.1999, p. 1.

[4] ĠU L 167, 25.6.1997, p. 1.

[5] ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet