32004D0416



Official Journal L 151 , 30/04/2004 P. 0079 - 0083


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' April 2004

dwar il-miżuri temporanji ta' l-emerġenza fir-rigward ta' ċertu frott taċ-ċitru li joriġina mill-Arġentina jew mill-Brażil

(notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1584)

(2004/416/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introdużżjoni fil-Komunità ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew tal-prodotti tal-pjanti u kontra it-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1) Spanja informat lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni li l-verifiki tas-saħħa tal-pjanti imwetta matul il-2003, li kienu nstabu infestazzjonijiet numerużi tal-frott taċ-ċitru li joriġina mill-Arġentina jew mill-Brażil b'organiżmi ta' ħsara, u partikolarment bil-Guignardia citricarpa Kiely (is-siltiet patoġeniċi kollha taċ-ċitru), u il-Xanthomonas campestris (is-siltiet patoġeniċi kollha taċ-ċitru). Aktar minn hekk, infestazzjonijiet tal-frott tċ-ċitru li joriġinaw mill-Brażil bil-Guignardia citricarpa Kiely (is-siltiet patoġeniċi kollha taċ-ċitru), kienu wkoll irraportati fil-2003 mill-Olanda u mir-Renju Unit.

(2) Spanja ħadet il-miżuri uffiċjali ta' l-emerġenza li jipprojbixxu l-importazzjoni tal-frott taċ-ċitru, li joriġina mill-Arġentina jew mill-Brażil, fit-territorju tagħha sa mit-12 ta' Novembru 2003.

(3) Id-direttiva 2000/29/KE teħtieġ li sabiex tkun imħarsa l-Komunità mill-introduzzjoni ta' l-organiżmi ta' ħsara ikkonċernati, il-frott taċ-ċitru li joriġina minn pajjiżi terzi għandu jkun konformi ma ċerti ħtiġiet tekniċi, partikolarment dawk stabbiliti fil-punti 16.2 u 16.4 tas-Sezzjoni I tal-Parti A ta' l-Anness IV ta' dik id-Direttiva. L-informazzjoni akkwistata minn Spanja, l-Olanda u r-Renju Unit turi li dawk il-ħtiġiet ma kienx hemm komformità magħhom f'dak li jirrigwardja l-frott taċ-ċitru importat mill-Arġentina u l-Brażil.

(4) Għalhekk, miżuri temporanji ta' l-emerġenza għandhom jittieħdu li jkunu japplikaw għall-importazzjoni tal-frott taċ-ċitru, li joriġinaw mill-Arġentina jew mill-Brażil, fil-Komunità.

(5) Jidher ċar li dawk il-miżuri ta' l-emerġenza ma humiex suffiċjenti sabiex jipprevjenu d-dħul ta' l-organiżmi ta' ħsara ikkonċernati, jew li ma kienx hemm konformità magħhom, miżuri aktar iebsa jew alternattivi għandhom ikunu ntiżi.

(6) L-effett tal-miżuri ta' emerġenza għandhom ikunu studjati kontinwament sat-30 ta' Novembru 2004, partikolarment fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-Istati Membri. Miżuri possibbli sussegwenti għandhom ikunu meqjusa fid-dawl tar-riżultati ta' dak l-istudju.

(7) il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bħala deroga mill-punti 16.2 u 16.4 tas-Sezzjoni I tal-Parti A ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, mill-1 ta' Mejju 2004, il-frott taċ-ċitru L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom (minn hawn il-quddiem referuti bħala l-frott taċ-ċitru), li joriġinaw mill-Arġentina jew mill-Brażil, jistgħu ikunu ntrodotti biss fit-territorju tal-Komunità jekk dawn ikunu konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE [2], kull Stat Membru li jimporta l-frott taċ-ċitru li joriġina mill-Arġentina jew mill-Brażil għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membru l-oħrajn, sal-31 ta' Diċembru 2004 l-aktar tard, b'rapport tekniku dettaljat dwar ir-riżultati tal-verifiki tas-saħħa tal-pjanti imwettqa fuq dak il-frott, bi qbil ma l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, bejn l-1 ta' Mejju u t-30 ta' Novembru 2004.

Artikolu 3

Bejn l-1 ta' Mejju u t-30 ta' Novembru 2004, il-Kummissjoni għandha kontinwament issegwi l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Jekk ikun jidher ċar li dawk il-miżuri ta' l-emerġenza ma jkunux suffiċjenti sabiex jipprevjenu d-dħul ta' Guignardia citricarpa Kiely (is-siltiet patoġeniċi kollha taċ-ċitru), jew Xanthomonas campestris (is-siltiet patoġeniċi kollha taċ-ċitru), li li ma kienx hemm konformità magħhom, il-Kummissjoni għandha timponi miżuri aktar strinġenti jew alternattivi, permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 4

Spanja għandha taġġusta, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2004, il-miżuri li hija tkun adottat bil-għand li tipprotieġi lilha innifisha kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ta' Guignardia citricarpa Kiely (is-siltiet patoġeniċi kollha taċ-ċitru), jew Xanthomonas campestris (is-siltiet patoġeniċi kollha taċ-ċitru), b'tali mod hekk li l-miżuri jkunu konformi ma l-Artikoli 1 u 2, u għandha minnufih tinforma lil-Kummissjoni b'dawk il-miżuri aġġustati.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2005.

Artikolu 6

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/31/KE (ĠU L 85, tat-23.3.2004, p. 18)

[2] ĠU L 32, tal-5.2.1994, p. 37; Corrigendum: ĠU L 59, tat-3.3.1995, p. 30.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Mingħajr preġudizju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fil-punti 16.1, 16.3 u 16.5 tas-Sezzjoni I tal-Parti A ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, il-ħtiġiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli:

1. Il-frott taċ-ċitru li joriġina mill-Arġentina jew mill-Brażil għandu jkun akkumpanjat biċ-ċertifikat referut fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/29/KE, li uffiċjalment jistqarr li:

(a) il-frott li joriġina minn żona rikonoxxuta bħala li tkun ħielsa mill-Xanthomonas campestris (is-siltiet patoġenċi kollha taċ-ċitru), bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/29/KE, u msemmi fuq iċ-ċertifikat;

jew

(b) - bi qbil mal-kontroll uffiċjali u l-impenn ta' l-eżami, l-ebda sintomi ta' Xanthomonas campestris (is-siltiet patoġenċi kollha taċ-ċitru), ma jkunu ġew osservati fil-lokalità tal-produzzjoni sa mil-bidu ta' l-aħħar ċiklu tal-veġitazzjoni,

u

- bi qbil mal-kontroll uffiċjali u l-impenn ta' l-eżami, inkluż l-impenn xieraq tat-testijiet, il-frott miġbur fil-lokalità tal-ħsad fil-post tal-produzzjoni ikun ħieles mill-Xanthomonas campestris (is-siltiet patoġenċi kollha taċ-ċitru),

u

- il-frott ikun ġie suġġett għat-trattament bħal ma hu is-sodju orthophenylphenate u li jkun imsemmi fiċ-ċertifikat,

u

- il-lokalità tal-produzzjoni, il-faċilitajiet tal-ippakkjar, l-esportaturi u xi operatur ieħor involut fit-tqandil tal-frott huma uffiċjalment irreġistrati għal dak l-iskop.

2. Il-frott taċ-ċitru, apparti milli Citrus aurantium L., li joriġina mill-Arġentina jew mill-Brażil għandu jkun akkumpanjat biċ-ċertifikat referut fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/29/KE, li uffiċjalment jistqarr li:

(a) il-frott li joriġina minn żona rikonoxxuta bħala li tkun ħielsa mill-Guignardia citricarpa Kiely (is-siltiet patoġenċi kollha taċ-ċitru), bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/29/KE, u msemmi fuq iċ-ċertifikat;

jew

(b) - l-beda sintomi ta' Guignardia citricarpa Kiely (is-siltiet patoġenċi kollha taċ-ċitru), ma jkunu ġew osservati fil-lokalità tal-prodizzjoni sa mill-bidu ta' l-aħħar ċiklu tal-vċġitazzjoni, u li l-ebda mill-frott ma kien ġie miġbur fil-lokalità tal-prodizzjoni ma jkun wera, wat l-eżaminazzjoni uffiċjali, sintomi ta' dan l-organiżmu,

u

- il-lokalità tal-produzzjoni, il-faċilitajiet tal-ippakkjar, l-esportaturi u xi operatur ieħor involut fit-tqandil tal-frott huma uffiċjalment irreġistrati għal dak l-iskop.

3. Il-frott kopert b'din id-Deċiżjoni jista biss jidħol fil-Komunità jekk il-moviment tiegħu, mil-lokalità tal-produzzjoni sal-punt ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità, jkun akkumpanjat bid-dokumenti kollha maħruġa permezz ta' l-awtorità ta', u taħt is-superviżjoni ta', l-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Protezzjoni tal-Pjanti ta' l-Arġentina jew tal-Brażil rispettivament, bħala parti mis-sistema li permezz tagħha l-informazzjoni issir disponibbli għall-Kummissjoni.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet