Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2004 dwar il-gruppi ta' konsulenza li jittrattaw mal-kwistjonijiet koperti bil-politika agrikola komuni
ĠU L 120, 24.4.2004, p. 50–60 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 03 Volume 43 P. 467 - 477
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 03 Volume 43 P. 467 - 477
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 03 Volume 43 P. 467 - 477
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 03 Volume 43 P. 467 - 477
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 03 Volume 43 P. 467 - 477
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 03 Volume 43 P. 467 - 477
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 03 Volume 43 P. 467 - 477
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 03 Volume 43 P. 467 - 477
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 03 Volume 43 P. 467 - 477
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 03 Volume 55 P. 268 - 278
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 03 Volume 55 P. 268 - 278
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-23 ta' April 2004
dwar il-gruppi ta' konsulenza li jittrattaw mal-kwistjonijiet koperti bil-politika agrikola komuni
(2004/391/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
(1) Billi l-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjonijiet tas-setturi soċjo-ekonomiċi u tal-kunsumaturi dwar kwistjonijiet li jirriżultaw b'konnessjoni mal-operazzjoni tal-organizzazzjonijiet varji komuni tas-suq u oqsma oħra koperti bil-politika agrikola komuni u bil-politika dwar l-iżvilupp rurali.
(2) Is-setturi ekonomiċi kollha direttament involuti fl-operazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-suq u affettwati b'deċiżjonijiet tal-politika agrikola, kif ukoll il-konsumaturi, għandu jkollhom l-opportunita li jipparteċipaw fl-abbozzar ta' l-opinjonijiet mitluba mill-Kummissjoni.
(3) Il-federazzjonijiet relevanti soċjo-ekonomiċi u l-gruppi tal-konsumaturi fl-Istati Membri stabbilixxew organizzazzjonijiet fil-livell tal-Komunità, li huma għalhekk f'pożizzjoni li jirrappresentaw lill-dawk konċernati fl-Istati Membri kollha.
(4) Struttura ta' konsulenza li tittratta mal-kwistjonijiet agrikoli ilha teżisti sa mill-1962. Wara r-riforma tal-politika agrikola komuni fl-1999 u fl-2003, u fid-dawl tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004, huwa meħtieġ li tiġi riveduta dik l-istruttura. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/235/KE tal-11 ta' Marzu 1998 dwar il-gruppi ta' konsulenza li jittrattaw mal-kwistjonijiet koperti bil-politika agrikola komuni [1] should għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b'Deċiżjoni ġdida.
(5) Sabiex tiġi evitata konfużjoni mal-kliem użt fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [2] għall-kumitati ta' konsulenza, huwa xieraq li ma tintużax l-espressjoni "kumitati" għall-ħatra tal-korpi li għandhom jiġu stabbiliti b'din id-Deċiżjoni,
IDDEĊIDIET
Artikolu 1
1. Il-gruppi li ġejjin huma stabbiliti taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni:
(a) il-gruppi ta' konsulenza elenkati fl-Anness I;
(b) il-gruppi ta' ħidma kif hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4(1).
2. Il-gruppi ta' konsulenza jistgħu jiġu konsultati mill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha li jirrelataw mal-politika agrikola komuni u mal-politika ta' żvilupp rurali u l-implimentazzjoni tiegħu, u b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq u l-miżuri li l-Kummissjoni hija mitluba li tieħu f'dak il-kuntest.
Artikolu 2
1. Il-gruppi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 1 għandhom jirrappresentaw il-gruppi li ġejjin ta' interess soċjo-ekonomiku taħt il-kondizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 3:
- produtturi agrikoli u kooperattivi agrikoli,
- indurtriji agrikoli u dawk tal-manifattura ta' ikel,
- kummerċ fi prodotti agrikoli u fi prodotti ta' ikel,
- ħaddiema fl-irziezet u ħaddiema fl-industrija ta' l-ikel, konsumaturi u ambjentalisti.
F'każi speċifiċi, gruppi oħra ta' interess jistgħu jiunu rappresentati.
2. Il-komposizzjoni tal-gruppi ta' konsulenza skond in-numru ta' siġġijiet allokati lill-kull grupp ta' interess soċjo-ekonomika hija stipulata fl-Anness II.
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-organizzazzjonijiet soċjo-ekonomiċi stabbiliti fil-livell tal-Komunità u elenkati fir-reġistru tal-Kummissjoni ta' gruppi ta' interess (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjħa "l-organizzazzjonijiet soċjo-ekonomiċi" biex jinnonimaw esperti. L-organizzazzjonijiet soċjo-ekonomiċi għandhom ikunu dawk li huma l-aktar rappresentattivi ta' l-interessi speċifikati fl-Artikolu 2(1), inklużi l-imsieħba soċjali, u l-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu konnessi mal-politika agrikola komuni u l-iżvilupp rurali.
2. Fil-ħatra ta' esperti, l-organizzazzjonijiet soċjo-ekonomiċi għandhom jagħmlu minn kollox biex jiżguraw li l-interessi varji fis-settur tagħhom ikunu rappresentati.
3. Il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-espert nominat mill-organizzazzjoni soċjo-ekonomika fejn din in-nomina ma tkunx adattata, notevolment fil-każ ta' konflitt ta' interessi. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-organizzazzjoni soċjo-ekonomika, li minħabba f'hekk għandha tinnomina espert ieħor.
Artikolu 4
1. Fuq it-talba ta' grupp ta' konsulenza u bi ftehim mal-Kummissjoni, grupp wieħed jew aktar ta' ħidma jista' jiġi stabbilit biex jeżamina kwistjonijiet speċifiċi. Dawk il-gruppi għandhom jikkonsistu minn esperti fil-qasam nominat mill-organizzazzjonijiet soċjo-ekonomiċi. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(3) għandhom jgħoddu.
2. Il-Kummissjoni tista' tinnomina u tistieden esperti biex jattendu għall-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma msemmija fil-paragrafu 1 fejn xieraq.
3. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 5
1. Wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, kull grupp ta' ħidma fl-ewwel laqgħa tiegħu, wara d-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u fl-ewwel laqgħa tiegħu wara t-terminu ta' sentejn li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 3, jeleġġi president minn fost l-esperti tiegħu kif ġej:
(a) fil-każ ta' l-ewwel votazzjoni, permezz ta' maġġoranza ta' żewġ terzi ta' l-esperti presenti;
(b) fil-każ ta' votazzjonijiet sussegwenti, b'maġġoranza sempliċi ta' l-esperti presenti; fil-każ ta' parità, il-Kummissjoni għandha tipprovdi president fuq bażi temporanju.
2. Kull grupp ta' konsulenza għandu fl-ewwel laqgħa tiegħu jeleġġi żewġ viċi-presidenti, skond il-proċedura preskritta fil-paragrafu 1. Il-viċi-presidenti għandhom ikunu magħżula minn fost ir-rappresentanti ta' setturi oħra soċjo-ekonomiċi li ma jkunx dak li għalih ikun jappartjeni l-president, bla ħsara għad-derogi li l-Kummissjoni tista' tagħmel provvediment dwarhom.
3. Il-president u ż-żewġ viċi-presidenti għandhom iservu għal terminu ta' sentejn li jkun jista' jiġġedded. Il-president ma għandux iservi għal aktar minn żewġ termini konsekuttivi.
4. Meta jagħżel president ġdid, il-grupp għandu jassigura li hu/hi ma jkunx joriġina mill-istess grupp soċjo-ekonomiku bħal dak tal-redeċessur tiegħu/tagħha.
5. Il-president għandu jkun responsabbli għall-kompilazzjoni f'rapport ta' rekord sommarju preċiż tal-laqgħat.
Il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz tar-rapport tal-president qabel it-tqassim tiegħu u l-approvazzjoni sussegwenti mill-grupp.
Artikolu 6
1. Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-gruppi elenkati fl-Anness I għandha tkun limitata għall-esperti nominati mill-organizzazzjonijiet soċjo-ekonomiċi skond l-Artikolu 3, fil-limitu tas-siġġijiet allokati lil kull organizzazzjoni kif stipulat fl-Anness II. Ir-rappresentanti tal-Kummissjoni u l-persuni mistiedna skond il-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu jistgħu wkoll jattendu. Il-president u ż-żewġ viċi-presidenti għandhom jattendu għall-laqgħat bi dritt.
2. L-organizzazzjonijiet soċjo-ekonomiċi għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar in-nomina tagħhom ta' l-esperti minn ta' l-anqas tlett ijie utli qabel il-laqgħa.
3. Fuq it-talba ta' organizzazzjoni li lilha jiġu allokati siġġu wieħed jew aktar fil-grupp, il-president tal-ġrupp jista', bi ftehim mal-Kummissjoni, jistieden lis-segretarju ġenerali ta' dik l-organizzazzjoni biex jattendi għall-laqgħa bħala osservatur.
Iżda, jekk is-segretarju ġenerali ma jkunx jista' jattendi, huwa jista' jassenja l-post tiegħu ta' osservatur lil persuna oħra nominata minnu.
4. L-osservaturi fil-laqgħat ma għandux ikollhom id-dritt li jitkellmu. Huma jistgħu, iżda, jiġu mistiedna li jagħmlu dan mill-president bi ftehim mal-Kummissjoni.
5. Fuq it-talba ta' organizzazzjoni li lilha jkun ġie allokat siġġu wieħed jew aktar, u fejn il-kwistjonijiet fuq l-aġenda jkunu ta' natura tekinika ħafna, il-president ta' grupp jista', bi ftehim mal-Kummissjoni, jistieden esperti oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 biex jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-grupp.
Il-Kummissjoni tista', fuq l-inizjattiva tagħha proprja, tistieden persuna kwalifikata kif imiss f'wieħed mis-suġġetti fuq l-aġenda li tieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-grupp fuq dak is-suġġett bħala espert.
L-esperti mistiedna skond dan il-paragrafu għandhom jipparteċipaw biss fid-diskussjoni u d-deliberazzjonijiet dwar il-kwistjoni li għaliha jkunu mistiedna.
6. L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar magħmula mill-esperti fil-kuntest tal-laqgħat tal-grupp huma rifondibbli mill-Kummissjoni skond ir-regolamenti fis-seħħ. Il-Kummissjoni tirriserva d-dritti li tidderoga minn din ir-regola. L-esperti u l-osservaturi ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.
Artikolu 7
1. Il-laqgħat tal-grupp għandhom jitlaqqgħu mill-Kummissjoni u għandhom ġeneralment iseħħu fl-uffiċji prinċipali tal-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovi s-servizzi ta' segretarji għall-gruppi.
Artikolu 8
Il-president b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, u b'konsultazzjoni ma' l-interessi l-oħra rappresentati fuq il-grupp, għandu jistabbilixxi l-partiti li għandhom ikunu nklużi fl-aġendagħall-gruppi ta' konsulenza ta' l-anqas 25 jum utli qabel ma jiltaqa' l-grupp. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-aġenda lill-organizzazzjonijiet soċjo-ekonomiċi bħala regola ġenerali 20 jum utli qabel il-laqa', preferibbilment b'mezzi elettroniċi.
Il-president ta' kull grupp jista' jipproponi, fuq l-inizjattiva tiegħu proprja jEw fuq it-talba ta' xi wieħed mill-gruppi ta' interess rappresentati, li l-Kummissjoni tikkonsulta mal-grupp tagħha dwar kull kwistjoni fil-kompetenza tagħha.
Artikolu 9
Il-gruppi ta' konsulenza għandhom jiddiskutu l-kwistjonijiet li fuqhom il-Kummissjoni tkun talbet opinjoni. Meta tfittex l-opinjoni ta' grupp, il-Kummissjoni tista' tiffissa limitu ta' żmien li fih l-opinjoni għandha tingħata.
Ma għandu jittieħed ebda vot fit-tmiem tad-diskussjoni tal-gruppi ta' konsulenza. Jekk grupp jasal għal ftehim unanimu dwar l-opinjoni li għandha tingħata, huwa għandu jifformola konklużjonijiet konġunti u jehmiżhom mar-rapport sommarju.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultat tad-diskussjonijiet tal-grupp lill-Kunsill jekk dan ikun propost mill-grupp.
Artikolu 10
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 287 tat-Trattat, fejn il-Kummissjoni tindika li l-opinjoni mitluba jew il-kwistjoni mqajjma tkun tinvolvi kwistjoni ta' natura kunfidenzali, il-parteċipanti fil-laqgħat għandhom ikunu meħtieġa li ma jikxfux l-informazzjoni li tkun ġiet a konjizzjoni tagħhom permezz tax-xogħol fil-grupp in kwistjoni.
Artikolu 11
Id-Deċiżjoni 98/235/EC hija mħassra.
Artikolu 12
Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Mejju 2004.
Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' April 2004.
Ghall-Kummissjoni
Franz Fischler
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 88, ta’ l-24.3.1998, p. 59.
[2] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
--------------------------------------------------
L-ANNESS I
1. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-POLITIKA AGRIKOLA KOMUNI
2. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IĊ-ĊEREALI, ŻRIERAGĦ LI MINNHIM JINGĦASAR IŻ-ŻEJT U L-PROTEINI
3. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR GĦALF NIEXEF
4. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-LAMTU
5. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IŻ-ŻERRIEGĦA
6. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IZ-ZOKKOR
7. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IR-ROSS
8. GRUPP TA' KONSULENZA DWARL-ENERĠIJA U WĊUH TAR-ARAB MHUX TAJBIN GĦALL-IKEL
9. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-QOTON
10. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-KITTIEN U L-QANNEB
11. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-ĦALIB
12. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-LAĦAM TA¬-¬ANGA
13. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-LAĦAM TAN-NGĦAĠ U L-LAĦAM TAL-MOGĦOŻ
14. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-LAĦAM TAL-MAJJAL
15. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-LAĦAM TAT-TJUR U L-BAJD
16. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IT-TROBBIJA TAN-NAĦAL
17. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-FROTT U L-ĦXEJJEX
18. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-FJURI U L-PAJNTI ORNAMENTALI
19. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-TBABBIR TA' L-INBID
20. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR XORB SPIRITUŻ
21. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IŻ-ŻEEBUĠ U PRODOTTI MIKSUBA MINNU
22. IT-TABAKK
23. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-ĦOPS
24. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-FORESTRIJA U S-SUFRA
25. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-KWALITà TA' PRODOTTI AGRIKOLI
26. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-BIEDJA ORGANIKA
27. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI AGRIKOLI
28. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR L-IŻVILUPP RURALI
29. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IN-NISA F'ŻONI RURALI
30. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR L-AGRIKOLTURA U L-AMBJENT
--------------------------------------------------
ANNESS II
1. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-POLITIKA AGRIKOLA KOMUNI
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 30 |
Negozjanti | 8 |
Industrija | 8 |
Ħaddiema | 5 |
Konsumaturi | 5 |
Ambjentalisti | 3 |
Oħrajn | 2 |
2. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR UĊUH TAR-RABA TAĊ-ĊEREALI, ŻRIERAGĦ LI MINNHOM JINGĦASAR IŻ-ŻEJT U PROTEINI
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 25 |
Negozjanti | 8 |
Industrija | 8 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 1 |
Ambjentalisti | 2 |
3. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR DWAR GĦALF NIEXEF
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 8 |
Negozjanti | 2 |
Industrija | 5 |
4. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-LAMTU
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 6 |
Negozjanti | 3 |
Industrija | 6 |
5. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IŻ-ŻERRIEGĦA
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 11 |
Negozjanti | 4 |
Industrija | 4 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 1 |
6. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IZ-ZOKKOR
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 20 |
Negozjanti | 5 |
Industrija | 8 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 2 |
Ambjentalisti | 1 |
7. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IR-ROSS
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 8 |
Negozjanti | 5 |
Industrija | 4 |
Ambjentalisti | 1 |
8. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR U UĊUH TAR-RABA MHUX TAJBIN GĦALL-IKEL
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 17 |
Negozjanti | 5 |
Industrija | 6 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 1 |
Ambjentalisti | 2 |
9. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-QOTON
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 8 |
Negozjanti | 3 |
Industrija | 4 |
10. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-KITTIEN U L-QANNEB
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 8 |
Negozjanti | 3 |
Industrija | 4 |
11. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-ĦALIB
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 22 |
Negozjanti | 6 |
Industrija | 8 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 1 |
Ambjentalisti | 1 |
12. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-LAĦAM TAĊ-ĊANGA
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 23 |
Negozjanti | 6 |
Industrija | 6 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 1 |
Ambjentalisti | 1 |
13. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-LAĦAM TAN-NGĦAĠ U L-LAĦAM TAL-MOGĦOŻ
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 22 |
Negozjanti | 5 |
Industrija | 4 |
Ħaddiema | 1 |
Ambjentalisti | 1 |
14. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-MAJJAL
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 23 |
Negozjanti | 6 |
Industrija | 8 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 1 |
Ambjentalisti | 1 |
15. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-LAĦAM TAT-TJUR U L-BAJD
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 25 |
Negozjanti | 6 |
Industrija | 6 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 1 |
16. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IT-TROBBIJA TAN-NAĦAL
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 8 |
Negozjanti | 3 |
Industrija | 2 |
17. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-FROTT U L-ĦXEJJEX
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 27 |
Negozjanti | 8 |
Industrija | 6 |
Ħaddiema | 2 |
Konsumaturi | 2 |
Ambjentalisti | 2 |
Oħrajn | 1 |
18. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-FJURI U L-PAJNTI ORNAMENTALI
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 14 |
Negozjanti | 9 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 1 |
Oħrajn | 1 |
19. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-TBABBIR TA' L-INBID
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 20 |
Negozjanti | 7 |
Industrija | 6 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 1 |
Oħrajn | 1 |
20. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR XORB SPIRITUŻ
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 6 |
Negozjanti | 3 |
Industrija | 8 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 1 |
21. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IŻ-ŻEEBUĠ U PRODOTTI MIKSUBA MINNU
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 16 |
Negozjanti | 6 |
Industrija | 6 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 1 |
Ambjentalisti | 1 |
22. IT-TABAKK
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 14 |
Negozjanti | 6 |
Industrija | 6 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 1 |
23. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-ĦOPS
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 12 |
Negozjanti | 7 |
Industrija | 5 |
Ħaddiema | 1 |
24. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-FORESTRIJA U S-SUFRA
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Produtturi | 28 |
Negozjanti | 2 |
Industrija | 11 |
Ħaddiema | 3 |
Konsumaturi | 1 |
Ambjentalisti | 4 |
25. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-KWALITà TA' PRODOTTI AGRIKOLI
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 14 |
Negozjanti | 4 |
Industrija | 4 |
Ħaddiema | 2 |
Konsumaturi | 4 |
Ambjentalisti | 1 |
Oħrajn | 4 |
26. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-BIEDJA ORGANIKA
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 9 |
Negozjanti | 3 |
Industrija | 3 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 3 |
Ambjentalisti | 1 |
Oħrajn | 7 |
27. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI AGRIKOLI
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 15 |
Negozjanti | 7 |
Industrija | 5 |
Konsumaturi | 2 |
Oħrajn | 1 |
28. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR L-IŻVILUPP RURALI
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 27 |
Negozjanti | 5 |
Industrija | 5 |
Ħaddiema | 4 |
Konsumaturi | 3 |
Ambjentalisti | 6 |
Oħrajn | 10 |
29. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR IN-NISA F'ŻONI RURALI
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 7 |
Negozjanti | 1 |
Industrija | 1 |
Ħaddiema | 1 |
Konsumaturi | 2 |
Oħrajn | 2 |
30. GRUPP TA' KONSULENZA DWAR L-AGRIKOLTURA U L-AMBJENT
INTERESSI RAPPRESENTATI (Artikolu 2 (1)) | Siġġijiet (Artikolu 2 (2)) |
Bdiewa u Kooperattivi Agrikoli | 21 |
Negozjanti | 4 |
Industrija | 4 |
Ħaddiema | 2 |
Konsumaturi | 2 |
Ambjentalisti | 8 |
--------------------------------------------------
| Fuq |