Official Journal L 100 , 06/04/2004 P. 0033 - 0034
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2004 li tagħti lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, l-Latvja, l-Litwanja, s-Slovakkja u s-Slovenja ċerti derogi temporanji mid-Direttiva 2002/96/KE fuq skart ta’ apparat ta’ elettriku u apparat elettroniku (2004/312/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidra t-Trattat li jikkonċerna l-adezjoni tar-Repubblika Ċeka, r-Repubblika ta’ l-Estonja, r-Repubblika ta’ Ċipru, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubblika tal-Litwanja, r-Repubblika ta’ l-Ungerija, r-Repubblika ta’ Malta, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari Artikolu 2(3) tiegħu, Wara li kunsidra l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adezjoni tar-Repubblika Ċeka, r-Repubblika ta’ l-Estonja, r-Repubblika ta’ Ċipru, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubblika tal-Litwanja, r-Repubblika ta’ l-Ungerija, r-Repubblika ta’ Malta, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hi stabbilita, hawnhekk iżjed "il quddiem irreferit bħala" L-Att ta’ Adezjoni 2003, "u b’mod partikolari Artikolu 55 tiegħu," Wara li kunsidra t-talbiet tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ l-Ungerija, tal-Latvja, tal-Litwanja, tas-Slovakkja u tas-Slovenja, Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Skond l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart elettriku u apparat elettroniku (WEEE) [1], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006 rata ta’ ġbir separat ta’ mill-anqas erba’ kilogrammi ras għal ras kull abitant kull sena ta’ skart elettriku u apparat elettroniku mid-djar tintlaħaq. (2) Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE jistabbilixxi ċifri minimi għall-irkuprar ta’ skart elettriku u apparat elettroniku u għal użu mill-gdid u riċiklaġġ ta’ komponenti, materjal u sostanzi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jilħqu dawn iċ-ċifri sal- 31 ta’ Diċembru 2006. (3) Skond Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2002/96/KE, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jottemperaw ruħhom ma’ dik id-Direttiva sat-13 ta’ Awissu 2004. Madankollu, Artiklolu 17(4)(a) tad-Direttiva 2002/96/KE jaħseb biex il-Greċja u l-Irlanda, li minħabba d-defiċit fl-infrastruttura ta’ riċiklaġġ, u ċirkostanzi ġeografiċi bħalma huma n-numru kbir ta’ gżejjer żgħar u l-preżenza ta’ żoni rurali u muntanjużi, densita’ żgħira ta’ popolazzjoni u livell baxx ta’ konsum ta’ apparatt ta’ elettriku u elettroniku, ma jistgħux jilħqu jew il-mira ta’ ġbir imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2002/96 KE jew il-miri ta’ rkuprar imsemmija f’Artikolu 7(2) tagħha u li, taħt it-tielet subparagrafu ta’ Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar il-landfill ta’ skart [2] jistgħu japplikaw għal estensjoni tad-data stabbilita f’dak l-Artikolu, u jistgħu jestendu l-perjodi msemmija f’Artikoli 5(5) u 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE sa 24 xahar. (4) Fuq il-bazi ta "Artikolu 55 ta’ l-Att ta’ Adezjoni ta’ l-2003 ir-Repubblika Ceka, l-Estonja, l-Ungerija, l-Latvja, l-Litwanja, s-Slovakkja u s-Slovenja talbu derogazzjoni temporanja mil-limiti taz-zmien stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta" Artikolu 5(5) u Artikolu 7(2) ta "Direttiva 2002/96/KE, fejn bhala ragunijiet taghhom jistqarru kazi ta" deficit rigward infrastruttura ghal riciklagg, densita baxxa ta "popolazzjoni u livell baxx ta" konsum relattat ghal taghmir elettriku u elettroniku, flimkien ma cirkostanzi geografici, bhall-prezenza ta "zoni rurali." (5) Dawk ir-raġunijiet jiġġustifikaw l-estensjoni ta’ l-imsemmija termini stabbiliti għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, l-Latvja, l-Litwanja u s-Slovakkja b’ 24 xahar u ghas-Slovenja bi 12-il xahar, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, l-Latvja, l-Litwanja u s-Slovakkja jistgħu jestendu l-limiti stabbiliti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 5(5) u Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE b’ 24 xahar. Is-Slovenja tista’ testendi ż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 5(5) u Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE bi 12-il xahar. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lir-Repubblika Ċeka, r-Repubblika ta’ l-Estonja, r-Repubblika ta’ l-Ungerija, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubbika tal-Litwanja, r-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja. Magħmula fi Brussel, fit-30 ta’ Marzu 2004. F’isem il-Kunsill Il-President M. McDowell [1] GU L 37, 13.2.2003, p. 24. Direttiva kif emendata minn Direttiva 2003/108/KE (GU L 345, 31.12.2003, p. 106). [2] GU L 182, 16.7.1999, p. 1. Direttiva kif emendata minnn Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (GU L 284, 31.10.2003, p. 1). --------------------------------------------------