Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra bis-saħħa tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 130)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Official Journal L 059 , 26/02/2004 P. 0001 - 0074
CS.ES Chapter 15 Volume 08 P. 100 - 173
ET.ES Chapter 15 Volume 08 P. 100 - 173
HU.ES Chapter 15 Volume 08 P. 100 - 173
LT.ES Chapter 15 Volume 08 P. 100 - 173
LV.ES Chapter 15 Volume 08 P. 100 - 173
MT.ES Chapter 15 Volume 08 P. 100 - 173
PL.ES Chapter 15 Volume 08 P. 100 - 173
SK.ES Chapter 15 Volume 08 P. 100 - 173
SL.ES Chapter 15 Volume 08 P. 100 - 173
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra bis-saħħa tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 130) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2004/156/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tagħha, Billi: (1) Il-monitoraġġ sħiħ, konsistenti, trasparenti u eżatt u r-raportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett tas-serra b'konformità ma dawn il-linji ta' gwida huwa fundamentali għall-operat ta' l-iskema ta' l-allokazzjoni tal-kummerċ għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra li kienet ġiet stabbilita fid-Direttiva 2003/87/KE. (2) Il-linji ta' gwida li jinstabu f'din id-Direttiva jistabbilixxu kriterja dettaljata għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett tas-serra li jirriżultaw mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-gassijiet serra b'relazzjoni ma dawk l-attivitajiet, ibbażati fuq il-prinċipji tal-monitoraġġ u r-rapportaġġ kif stabbiliti fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva. (3) L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE jeħtieġ li l-Istati Membri jassiguraw li r-rapporti ippreżentati mill-operaturi jkunu vverifikati bi qbil mal-kriterja stabbilita fl-Anness V ta' dik id-Direttiva. (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill 93/389/KEE [2], ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, referuti fl-Artikolu 14 tiegħu, huma stabbiliti fl-Annessi ta' din id-Deċiżjoni. Dawn il-linji ta' gwida huma ibbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Jannar 2004. Ghall-Kummissjoni Margot Wallström Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 275, tal-25.10.2003, p. 32. [2] ĠU L 167, tad-9.7.1993, p. 31. Id-Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1). -------------------------------------------------- Tabella ta' l-Annessi | Paġni | L-Anness I:Linji ta' gwida ġenerali … | 102 | L-Anness II:Linji ta' gwida għall-emmissjoni mill-kombustjoni mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva … | 136 | L-Anness III:Linji ta' gwida speċifiċi ma l-attività għar-raffinieri taż-żjut minerali kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva … | 142 | L-Anness IV:Linji ta' gwida speċifiċi ma l-attività għall-ifran tal-faħam tal-gass kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva … | 146 | L-Anness V:Linji ta' gwida speċifiċi ma l-attività għall-istallazzjonijiet tax-xiwi tal-materja minerali u tas-sinterizzazzjoni kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva … | 150 | L-Anness VI:Linji ta' gwida speċifiċi ma l-attività għall-istallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid u l-azzar mill-funderija mingħajr ma huwa maħdum inkluż dak fondut kontinwament kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva … | 153 | L-Anness VII:Linji ta' gwida speċifiċi ma l-attività għall-istallazzjonijiet tal-produzzjoni tas-siment iebes kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva … | 157 | L-Anness VIII:Linji ta' gwida speċifiċi ma l-attività għall-istallazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ġir kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva … | 161 | L-Anness IX:Linji ta' gwida speċifiċi ma l-attività għall-istallazzjonijiet tal-manifattura tal-ħġieġ kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva … | 164 | L-Anness X:Linji ta' gwida speċifiċi ma l-attività għall-istallazzjonijiet tal-manifattura tal-prodotti taċ-ċermanika kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva … | 168 | L-Anness XI:Linji ta' gwida speċifiċi ma l-attività għall-istallazzjonijiet tal-produzzjoni tal-karta kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva … | 172 | --------------------------------------------------