32004D0061



Official Journal L 012 , 17/01/2004 P. 0053 - 0053


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/61/CFSP

tas-26 Mejju 2003

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Slovakka dwar il-parteċipazzjoni tal-forzi armati tar-Repubblika Slovakka fil-Forzi mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUF) fir-Repubblika tal-Maċedonja li qabel kienet il-Jugoslavja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tieghu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

Billi:

(1) Fis-27 ta' Jannar 2003, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/92/CFSP dwar l-Operazzjoni Militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tal-Maċedonja li qabel kienet il-Jugoslavja (FYROM) [1].

(2) L-Artikolu 8 ta' din l-Azzjoni Konġunta jipprovdi li l-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim skond l-Artikolu 24 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.

(3) Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2003 li tawtorizza lis-Segretarju Ġenerali/l-Ogħla Rappreżentant (SG/HR) li jibda negozjati, is-SG/HR innegozja ftehim mar-Repubblika Slovakka dwar il-parteċipazzjoni tal-forzi armati tar-Repubblika Slovakka fil-Forzi mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUF) fir-Repubblika tal-Maċedonja li qabel kienet il-Jugoslavja.

(4) Dan il-ftehim għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Slovakka dwar il-parteċipazzjoni tal-Forzi Armati tar-Repubblika Slovakka fil-Forzi mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUF) fir-Repubblika tal-Maċedonja li qabel kienet il-Jugoslavja huwa hawnhekk approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim biex b'hekk torbot l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Mejju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU L 34, tat-12.2.2003, p. 26.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet