32002R2208


Titolu u referenza

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 dwar miżuri ta’ informazzjoni in konnessjoni mal-politika agrikola komuni

 ĠU L 337, 13.12.2002, p. 21–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 03 Volume 37 P. 476 - 478
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 03 Volume 37 P. 476 - 478
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 03 Volume 37 P. 476 - 478
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 03 Volume 37 P. 476 - 478
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 03 Volume 37 P. 476 - 478
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 03 Volume 37 P. 476 - 478
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 03 Volume 37 P. 476 - 478
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 03 Volume 37 P. 476 - 478
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 03 Volume 37 P. 476 - 478
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 03 Volume 45 P. 233 - 235
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 03 Volume 45 P. 233 - 235

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002

tat-12 ta’ Diċembru 2002

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 dwar miżuri ta’ informazzjoni in konnessjoni mal-politika agrikola komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 tas-17 ta’ April 2000 dwar miżuri ta’ informazzjoni relatati mal-politika agrikola komuni [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Meta tiġi kkunsidrata l-esperjenza miksuba matul is-snin 2000, 2001 u 2002 hemm lok li jiġu emendati r-regoli dettaljati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 814/2000 elenkati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1557/2001 [2] kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1366/2002 [3], għandu jiġi emendat bil-għan li titjieb l-iskema. Meħud kont tal-firxa ta’ l-emendi meħtieġa, u sabiex kollox ikun trasparenti għall-partijiet kollha nteressati, ir-Regolament (KE) Nru 1557/2001 għandu jiġi sostitwit.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 814/2000 jiddefinixxi t-tip u l-kontenut tal-miżuri ta’ informazzjoni relatati mal-politka agrikola komuni.

(3) Sejħa għal proposti hija l-mezz l-aktar effikaċi u trasparenti sabiex jiġi żgurat li l-għotjiet ipprovduti bir-Regolament (KE) Nru 814/2000 jirċievu r-reklamar l-aktar wiesa’ possibbli u li jintagħżlu l-aħjar miżuri.

(4) Ir-rekwiżiti ta’ l-eliġibita’ għall-applikanti, il-kriterji li jwasslu għall-iskwalifika, il-kriterji ġenerali għall-miżuri tas-selezzjoni u l-kriterji għall-għoti ta’ għajnuniet li jissemmew fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 814/2000 għandhom jitniżżlu fid-dettal.

(5) Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità, meta jkun ser isir ħlas bil-quddiem ta’ l-għotja, għandha tiġi prodotta garanzija bankarja ekwivalenti għall-ammont li jkun ser jitħallas.

(6) Sabiex l-akbar numru ta’ nies interessati jkunu jistgħu jibbenefikaw mir-riżorsi finanzjarji disponibbli, ir-rata ta’ finanzjament in parte li taqbeż il-50 % għandha tkun l-eċċezzjoni.

(7) Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista ta’ benefiċjarji u ta’ miżuri ta’ informazzjoni ffinanzjati. Sabiex issolvi kwistjonijiet li jqumu dwar id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jinqalgħu mid-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ sussidju, il-Kummissjoni għandha tilħaq ftehim mal-benefiċjarju. Kull ftehim għandu jinkludi d-disposizzjonijiet espliċiti rigward il-poter tal-Kummissjoni li tagħmel verifiki.

(8) In-notifika lill-Kumitat tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [4], dwar miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament jiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ miżuri implimentati mill-Istati Membri ma’ dawk sostnuti mill-Komunità.

(9) Ikkunsidrat iż-żmien meħtieġ għall-pubblikazzjoni għas-sejħa għal proposti, jaqbel li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament.

(10) Il-miżuri elenkati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-kumitat tal-FAEGG,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ informazzjoni relatati mal-politika agrikola komuni taħt il-forma ta’ programmi ta’ xogħol u miżuri speċifiċi eliġibbli għal għajnuna mill-Komunità, kif jissemmew fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 814/2000.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

(a) "miżuri speċifiċi ta’ informazzjoni" li tissemma fl-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 814/2000, tfisser avveniment ta’ informazzjoni limitat fiż-żmien u fl-ispazju li jkun implimentat a bażi ta’ budget uniku;

(b) "programm annwali ta’ xogħol" kif jissemma fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 814/2000, tfisser minn tnejn sa ħames settijiet ta’ miżuri ta’ informazzjoni;

(ċ) "miżuri ta’ informazzjoni" tfisser miżuri speċifiċi ta’ informazzjoni kif ukoll programmi annwali ta’ xogħol.

L-Artikolu 3

Sejħa għall-proposti

Il-Kummissjoni tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, sejħa għal proposti għal miżuri ta’ informazzjoni li jindikaw b’mod partikolari t-temi li għandhom prijorità, it-tipi ta’ miżuri u għal min huma maħsuba, il-mezzi sabiex jitwettqu, l-iskadenzi sabiex jitressqu l-proposti, il-perjodu mogħti għat-twettiq tax-xogħol involut f’dawn il-miżuri, il-kondizzjonijiet ta’ għażla u ta’ l-għoti, l-ispejjeż eliġibbli u l-metodu għall-valutazzjoni tat-talbiet bil-ħsieb li jingħataw l-għotjiet.

Għas-sena 2002, is-sejħa għal proposti għandha tkun ippublikata mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2002.

L-Artikolu 4

Kondizzjonijiet għall-eliġibilità ta’ l-applikanti

1. L-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 814/2000 għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu privati; f’każ ta’ organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li jgħaqqdu flimkien assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet oħra, dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu privati ukoll; fil-każ fejn il-programm ta’ xogħol annwali hu magħmul bi sħab, l-imsieħba għandhom ukoll ikunu privati;

(b) ma jkollhomx għan ta’ profitt;

(ċ) ikunu ilhom stabbiliti fi Stat Membru għal mill-anqas sentejn.

2. Il-partijiet li jissemmew fl-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 814/2000 għandhom ikunu ilhom ikkostitwiti legalment fi Stat Membru għal mill-anqas sentejn.

3. F’każ fejn isir ħlas bil-quddiem ta’ għotja skond il-kuntratt li jissemma fl-Artikolu 8, l-applikant għandu jagħti garanzija bankarja f’ammont ekwivalenti, skond il-mudell mogħti mill-Kummissjoni.

Din il-garanzija m’għandhiex tintalab fil-każ fejn l-applikant hu korp pubbliku.

L-Artikolu 5

Raġunijiet li għalihom applikant ikun skwalifikat

Huma esklużi mill-benefiċċju ta’ għotjiet l-applikanti, li waqt il-proċedura ta’ l-għoti ta’ l-għotja, jkunu jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) jinsabu fi stat jew jiffurmaw parti minn proċedura ta’ falliment, ta’ likwidazzjoni, li jkollhom ħwejjiġhom amministrati mill-qrati, jew li jkunu għamlu xi arranġament mal-kredituri, waqqfu l-attivitajiet tan-negozju jew ikunu suġġetti għal proċeduri li jirrigwardaw dawk il-materji, jew li jkunu jinsabu f’xi sitwazzjoni analoga li tkun ikkawżata minn proċedura simili li taħseb għaliha l-leġislazzjoni jew ir-regolamenti nazzjonali;

(b) ikunu kundannati għal reat li jirrigwarda l-kondotta professjonali tagħhom b’sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata;

(ċ) li jkunu nstabu ħatja ta’ ksur gravi fil-kondotta professjonali tagħhom, li jista’ jiġi ppruvat bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista’ tiġġustifika;

(d) li ma jkunux qdew id-dmirijiet tagħhom relattivi għall-ħlas ta’ pagamenti tal-kontibuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew l-obbligazzjonijiet relattivi għall-ħlas tat-taxxi skond id-disposizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih ikunu stabbiliti jew ma’ dawk tal-pajjiż ta’ l-awtorità kontraenti fejn il-kuntratt għandu jitwettaq;

(e) li jkunu nstabu ħatja minn sentenza li għaddiet in ġudikat ta’ frodi, ta’ korruzzjoni, li jkunu ħadu sehem f’organizzazzjoni kriminali jew xi attività oħra illegali li tolqot ħażin l-interessi finanzjarji tal-Komunità;

(f) wara li jkunu diġà ħadu sehem fi proċedura għall-akkwist ta’ finanzjament jew ħadu sehem fi proċedura għall-finanzjamnet ta’ għotja ffinanzjata mill-budget komunitarju, jkunu nstabu ħatja ta’ nuqqas gravi ta’ ksur tal-kuntratt billi ma jkunux onoraw l-obbligazzjonijiet kontrattwali tagħhom;

(g) ikunu ssottomettew dikjarazzjonijiet foloz waqt l-għoti ta’ l-informazzjoni mitluba.

L-Artikolu 6

Kriterji għall-għażla u għall-għoti għal miżuri

1. Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament komunitarju, l-applikanti għandhom jagħtu prova tal-kapaċità teknika kif ukoll dik finanzjarja tagħhom.

2. L-għotjiet għandhom jingħataw a bażi tal-kriterji relatati mal-kwalità u mal-valur tal-flus minfuqa kif definiti fis-sejħa għal proposti.

L-Artikolu 7

Rati ta’ finanzjament

1. Ir-rata massima tal-finanzjament komunitarju għal miżuri magħżula għall-finanzjament għandha tkun ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.

2. Għal kull miżura speċifika ta’ informazzjoni, ir-rata massima ta’ finanzjament komunitarju tista’, fuq talba ta’ l-applikant, tittella’ għal 75 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli jekk tkun ta’ natura eċċezzjonali, kif definit fis-sejħa għal proposti.

L-Artikolu 8

Ftehim

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, a bażi tal-kriterji msemmija f’dan ir-Regolament kif ukoll a bażi tas-sejħa għal proposti, lista ta’ benefiċjarji ta’ finanzjament komunitarju u ta’ l-ammonti li għandhom jingħataw.

2. Id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet marbuta mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tingħata għotja għandha tkun suġġetta għal ftehim bejn il-Komunità u l-benefiċjarji.

L-Artikolu 9

Natura annwali ta’ l-għotjiet

L-għotjiet jingħataw fuq bażi strettament annwali u ma jagħtu l-ebda dritt għas-snin ta’ wara, anke jekk il-miżura titniżżel f’qafas ta’ strateġija pluriannwali.

L-Artikolu 10

Informazzjoni tal-Kumitat FAEGG

Il-Kumitat FAEGG għandu jiġi nfurmat:

(a) bil-kontenut tas-sejħa għal proposti qabel il-pubblikazzjoni tagħha;

(b) bl-azzjonijiet puntwali ta’ informazzjoni ta’ programmi ta’ miżuri annwali li jkunu bbenefikaw minn sussidju;

(ċ) bl-attivitajiet imwettqa b’inizjattiva tal-Kummissjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 814/2000.

L-Artikolu 11

Pubbliċità

Lista tal-benefiċjarji u tal-miżuri ta’ informazzjoni ffinanzjati fil-qafas ta’ dan ir-regolament bl-indikazzjoni ta’ l-ammont u r-rati ta’ għajnuna finanzjarja hi ppublikata kull sena fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 12

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1557/2001 hu rrevokat. Għandu jibqa’ applikabbli għall-miżuri ta’ informazzjoni approvati mill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dak in-nhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 100 ta’ l-20.4.2000, p. 7.

[2] ĠU L 205 tal-31.7.2001, p. 25.

[3] ĠU L 198 tas-27.7.2002, p. 29.

[4] ĠU L 160 tas-26.6.1999, p. 103.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet