Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1185/2002 ta' l-1 ta' Lulju 2002 li jemenda l-lista ta' qrati kompetenti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ miżżewġin
ĠU L 173, 3.7.2002, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 19 Volume 06 P. 25 - 25
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 19 Volume 06 P. 25 - 25
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 19 Volume 06 P. 25 - 25
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 19 Volume 06 P. 25 - 25
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 19 Volume 06 P. 25 - 25
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 19 Volume 06 P. 25 - 25
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 19 Volume 06 P. 25 - 25
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 19 Volume 06 P. 25 - 25
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 19 Volume 06 P. 25 - 25
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1185/2002
ta' l-1 ta' Lulju 2002
li jemenda l-lista ta' qrati kompetenti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ miżżewġin
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ miżżewġin [1], u partikolarment l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
(1) Għandha tintbagħat applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' l-esegwibbilità ta' sentenza dwar l-ezerċizju tar-responsabbilità tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ miżżewġin lill-qrati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000.
(2) L-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 jipprovdi li Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-test li jemendaw il-lista ta' l-awtoritajiet kompetenti preskritti fl-Anness I.
(3) L-Olanda nnotifikat lill-Kummissjoni b'emenda fil-lista tal-qrati provduta fl-Anness I. Għalhekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 għandu jkun emendat kif imiss,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-ħdax-il inċiż ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"— fl-Olanda, il-"voorzieningenrechter van de rechtbank"."
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Lulju 2002.
Għall-Kummissjoni
António Vitorino
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 160, tat-30.6.2000, p. 19.
--------------------------------------------------
| Fuq |