32002L0062



Official Journal L 183 , 12/07/2002 P. 0058 - 0059


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/62/KE

tad-9 ta' Lulju 2002

li tadatta għall-progress tekniku għad-disa' darba l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri relatati ma' restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (komposti organostanniċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw għal restrizzjonijiet dwar il-marketingu l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/91/KE [2],u b'mod partikolari Artikolu 2a tagħha, introdotta mid-Direttiva tal-Kunsill 89/678/KEE [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/51/KE [4] li taddatta għall-progress tekniku għall-ħames darba Anness I għad- Direttiva 76/769/KEE, tipprojbixxi l-użu ta' komposti organostanniċi f'applikazzjonijiet anti-fouling fil-bwieq ta' dgħajjes ta' anqas minn ħamsa u għoxrin metru u bastimenti ta' kwalunkwe tul użati primarjament f'ilmijiet interni. Din id-Directive titlob għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward ta' komposti organostanniċi użati f'prodotti anti-fouling b'kont komplet meħud ta' żviluppi fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u b'mod partikolari, is-sejħa tal-Kumitat tagħhom tal-Protezzjoni Ambjenatli Tal-Baħar għal projbizzjoni globali ta' l-applikazzjoni ta' komposti organostanniċi li jaġixxu bħala bioċidi f'sistemi anti-fouling fuq vapuri sa l-1 ta' Jannar 2003.

(2) Studji xjentifiċi urew li ċerti sistemi anti-fouling użati fuq vapuri jimponu riskju sostanzjali għall-ambjent akwuatiku. Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-IMO dwar il-Kontroll ta' Sistemi Anti-fouling ta' Ħsara, miftehma f'Konfereza Diplomatika ta' l-IMO f'Ottubru 2001, tinkludi projbizzjoni mill-1 ta' Jannar 2003, dwar l-applikazzjoni jew ir-riapplikazzjoni lil bastimenti ta' komposti organotini li jaġixxu bħala bioċidi f' sistemi anti-fouling.

(3) Il-projbizzjoni ta' applikazzjoni jew riapplikazzjoni ta' komposti organostanniċi taffettwa direttament il-funzjonament tas-suq intern f'komposti organostanniċi u għalhekk huwa neċessarju li l-liġijiet ta' l-Istati Membri jiġu approssimati f'dan il-qasam u konsegwentment li jiġi emendat Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE u b'mod partikolari, d-Direttiva 1999/51/KE.

(4) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jindirizza miżuri f'dak li għandu x' jaqsam mal-bastimenti trattati b'komposti organostanniċi.

(5) Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5] tirregola bastimenti ta' rikreazzjoni u dawn il-bastimenti għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess restrizzjonijiet bħal dgħajjess oħra.

(6) Din id-Direttiva ma taffetwax il-leġislazzjoni Komunitarja li tistabilixxi ħtiġiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema kontenuti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE [6] u f' direttivi individwali bbażati fuqha, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/38/KE [8], u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE [9] dwar il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema minn aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol.

(7) Din id-Direttiva ma taffetwax il-leġislazzjoni Komunitarja li tkopri l-użu ta' komposti organostanniċi f'plastiċi li jkunu f'kuntatt ma' l-ikel kontenuti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/128/KEE tat-23 ta' Frar 1990 li tirrelata għal materjali u artikoli tal-plastika maħsuba sabiex jiġu f'kuntatt ma' affarijiet ta' l-ikel [10], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/17/KE [11]

(8) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-adatament għall-progress tekniku tad-direttivi dwar it-tneħħija ta' barrieri tekniċi għall-kummerċ f'sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE huwa hawnhekk addattat għall-progress tekniku kif stabbilit fl-Anness ma' hawnhekk.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2002. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet fl-1 ta' Jannar 2003.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjioni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri ghandhom jiddeterminaw kif ghandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Lulju 2002.

Għall-Kumissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201.

[2] ĠU L 286, tat-30.10.2001, p. 27.

[3] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 24.

[4] ĠU L 142, tal-5.6.1999, p. 22.

[5] ĠU L 164, tat-30.6.1994, p. 15.

[6] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

[7] ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1.

[8] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 66.

[9] ĠU L 131, tal-5.5.1998, p. 11.

[10] ĠU L 349, tat-13.12.1990, p. 26.

[11] ĠU L 58, tat-28.2.2002, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

F'Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE, il-punt 21 għandu jiġi sostitwit bil-punt li ġej:

"Komposti Organostanniċi | 1.Ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għal użu bħala sustanzi u kostitwenti ta' preparazzjonijiet meta jaġixxu bħala bioċidi f'żebgħa ta' assoċjazzjoni libera.2.Ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti ta' preparazzjonijiet li jaġixxu bħala bioċidi sabiex jipprevjenu tniġġiż minn mikro-organiżmi, pjanti jew annimali ta':(a)bastimenti kollha minkejja t-tul tagħhom intiżi għal użu f'passaġgi interni ta' l-ilma u lagi marini, kostali, ilmijiet marini, kostali, estwari;(b)gaġeġ, bagi, xbieki u kwalunkwe tagħmir jew apparat ieħor użat fis-sajd għall-ħut jew għall-molluski;(ċ)kwalunkwe tagħmir jew apparat kompletament jew parzjalment sommers.3.Ma jistgħux jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti ta' preparazzjonijiet maħsuba għall-użu fit-trattament ta' ilmijiet industrijali." |

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet