EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0979

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċertu dispożizzjonijiet ta’ ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra.

OJ L 352, 30.12.2002, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 045 P. 122 - 123
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 045 P. 122 - 123
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 045 P. 122 - 123
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 045 P. 122 - 123
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 045 P. 122 - 123
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 045 P. 122 - 123
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 045 P. 122 - 123
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 045 P. 122 - 123
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 045 P. 122 - 123
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 030 P. 248 - 249
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 030 P. 248 - 249
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 020 P. 3 - 4

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/979(2)/oj

Related international agreement

32002D0979



Official Journal L 352 , 30/12/2002 P. 0001 - 0002


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-18 ta’ Novembru 2002

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċertu dispożizzjonijiet ta’ ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra.

(2002/979/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, b’mod partikolari l-Artikolu 310 tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel paragrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza, u l-Artikolu 300(4) tiegħu,

Wara li kkonsidrat il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fit-13 ta’ Settembru 1999 il-Kunsill awtorizza il-kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili min-naħa l-oħra (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ il-"Ftehim ta’ Assoċjazzjoni").

(2) Dawn in-negozjati ġew konklużi u l-Ftehim t’Assoċjazzjoni kien iffirmat fl-10 Ġunju 2002.

(3) Il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili obbligaw rwiehom biex japplikaw proviżorjament ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehim t’ Assoċjazzjoni qabel ma jidħol fis-seħħ.

(4) Il-ftehim t’Assoċjazzjoni għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunità u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. Suġġett għall-konklużjoni sussegwenti, l-iffirmar tal-ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, min-naħa waħda u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, flimkien ma l-annessi u l-Protokolli miegħu mehmuża, huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità.

2. It-testi tal-Ftehim t’Assoċjazzjoni, l-Annessi, il-Protokolli u l-Att Finali huma mehmuża ma din id-deċiżjoni.

3. Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat li jinnomina il-persuna(i) bis-saħħa li jiffirma/w, il-ftehim t’Assoċjazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea,

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim t’Assoċjazzjoni għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja sakemm jidħol fis-seħħ: l-Artikoli 3 sa 11, l-Artikolu 18, l-Artikoli 24 sa 27, l-Artikoli 48 sa 54, l-Artikolu 55(a), (b), (f), (h), (i), l-Artikoli 56 sa 93, l-Artikolu 136a sa 162, and l-Artikoli 172 sa 206.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifikazzjoni prevista fl-Artikolu 198(3) tal-Ftehim t’Assoċjazzjoni f’isem il-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill t’Assoċjazzjoni u fil-Kumitat t’Assoċjazzjoni stabbiliti fil-ftehim t’ assoċjazzjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, skond id-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-Trattat.

2. Il-President tal-Kunsill għandu jippresiedi fuq l-assoċjazzjoni tal-Kunsill u jippreżenta l-pożizzjoni tal-Komunità. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresiedi fuq il-Kumitat t’Assoċjazzjoni u jippreżenta l-pożizzjoni tal-Komunità.

3. Il-Komunità għandha tkun rappreżentata minn rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Kumitati Speċjali stabbiliti fil-ftehim t’Assoċjazzjoni jew stabbiliti mill-Kunsill t’Assoċjazzjoni skond l-Artikolu 7 tiegħu.

Artikolu 5

1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 29(2) ta l-Anness V tal-Ftehim t’Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata, skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, biex tikkonkludi l-istrumenti meħtieġa biex jiġi emendat il-ftehim.

2. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 16(2) ta’ l-Anness VI tal-Ftehim t’Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata, skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89, biex tikkonkludi l-istrumenti meħtieġa biex jiġi emendat il-ftehim.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Novembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

P. S. Møller

--------------------------------------------------

Top