Official Journal L 028 , 30/01/2002 P. 0003 - 0003
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2002 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’ Isfel dwar il-kummerċ fl-inbid (2002/51/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Kunsill iddeċieda permezz tad-Deċiżjoni Nru 1999/753/KE [1], li l-Ftehim dwar il-kummerċ, żvilupp u koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel minn naħa l-oħra [2], għandhom jidħlu fis-seħħ b’mod proviżorju fl-ewwel ta’ Jannar 2000. (2) Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel dwar il-kummerċ fl-inbid, minn hawn ‘il quddiem msejjaħ "Ftehim" ġie negozjat. Dan il-Ftehim ġie inizjalat fit-30 ta’ Novembru 2001 u għandu jkun approvat. (3) Biex tiffacilita l-implimentazzjoni ta’ certu dispożizzjonijiet tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha titħalla tagħmel l-aġġustamenti tekniċi neċessarji skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1493/1999 tas-17 ta’Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq ta’ l-inbid [3], IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel dwar il-kummerċ fl-inbid flimkien ma’ l-annessi, Protokoll u dikjarazzjonijiet mehmuża, huma għalhekk approvati minn naħa tal-Komunità. It-testi li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu huma mehmuża hawnhekk. Artikolu 2 Il-president tal-Kunsill huwa ghalhekk awtorizzat li jaħtar il-persuni li għandhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim biex ikunu jistgħu jorbtu l-Komunità. Artikolu 3 Bil-għan li jiġi applikat l-Artikolu 7(8) u 18(2) tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) No 1493/1999, biex tikkonkludi l-istrumenti neċessarji biex jiġi emendat dan il-Ftehim. Artikolu 4 Il-Kummissjoni għandha tirrapprensenta l-Komunità fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 19 tal-Ftehim. Magħmul fi Brussel, 21 Jannar 2002. F’isem il-Kunsill Il-President M. Arias Cañete [1] ĠU L 311, 04.12.99, p. 1. [2] ĠU L 311, 04.12.99, p. 3. [3] ĠU L 179, 14.07.99, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, 23.12.00, p. 2). --------------------------------------------------