32001R1049


Titolu u referenza

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

 ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 01 Volume 03 P. 331 - 336
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 01 Volume 03 P. 331 - 336
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 01 Volume 03 P. 331 - 336
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 01 Volume 03 P. 331 - 336
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 01 Volume 03 P. 331 - 336
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 01 Volume 03 P. 331 - 336
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 01 Volume 03 P. 331 - 336
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 01 Volume 03 P. 331 - 336
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 01 Volume 03 P. 331 - 336
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 01 Volume 03 P. 76 - 81
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 01 Volume 03 P. 76 - 81

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-30 ta' Mejju 2001

dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 255(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) It-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jħaddan fih il-kunċett ta' trasparenza, billi jgħid li t-Trattat huwa stadju ġdid fil-proċess tal-ħluq ta' għaqda dejjem eqreb fost il-popli ta' l-Ewropa, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu bl-aktar mod miftuħ, u l-eqreb liċ-ċittadin, possibbli.

(2) It-trasparenza tgħin liċ-ċittadin jieħu sehem fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod aktar mill-qrib, u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tgawdi aktar leġittimità u tkun aktar effettiva u kontabbli liċ-ċittadin f'sistema demokratika. It-trasparenza ssaħħaħ il-prinċipji tad-demokrazija u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-Trattat ta' l-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(3) Il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew li saru f'Birmingam, f'Edinburgu u f'Kopenħagen emfasiżżaw il-bżonn li tiddaħħal aktar trasparenza fix-xogħol ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni. Dan ir-Regolament jikkonsolida l-inizjattivi li diġà ttieħdu mill-istituzzjonijiet bi skop li jsaħħu t-trasparenza tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

(4) L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jagħti l-akbar effett possibbli lid-dritt ta' l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u li jistipula l-pinċipji ġenerali u l-limiti fuq dan l-aċċess skond l-Artikolu 255(2) tat-Trattat tal-KE.

(5) Peress li l-kwistjoni ta' l-aċċess għad-dokumenti m'hijiex koperta mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom, skond id-Dikjarazzjoni Nru 41, mehmuża ma' l-Att Finali tat-Trattat ta' Amsterdam, jqisu dan ir-Regolament bħala gwida fir-rigward ta' dokumenti dwar l-attivitajiet koperti minn dawk iż-żewġ Trattati.

(6) Għandu jingħata aktar aċċess għad-dokumenti f'każijiet fejn l-istituzzjonijiet jaġixxu fil-kapaċitajiet leġislattivi tagħhom, inklużi dawk taħt setgħat delegati, filwaqt li fl-istess ħin tinżamm l-effettivita' tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-istituzzjonijiet. Dawn id-dokumenti għandhom jsiru direttament aċċessibbli bl-aktar mod possibbli.

(7) Skond l-Artikoli 28(1) u 41(1) tat-Trattat ta' l-UE, id-dritt ta' l-aċċess japplika wkoll għad-dokumenti dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni u dwar il-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. Kull istituzzjoni għandha tirrispetta r-regoli tas-sigurta' tagħha.

(8) L-aġenziji kollha mwaqqfa mill-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament fl-attivitajiet kollha ta' l-Unjoni.

(9) Xi dokumenti għandhom jingħataw trattament speċjali, minħabba l-kontenut sensittiv ħafna tagħhom. Arranġamenti sabiex il-Parlament Ewropew jiġi avżat dwar il-kontenut ta' dawn id-dokumenti għandhom isiru permezz ta' ftehim bejn l-instituzzjonijiet.

(10) Aċċess għal dokmenti għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni mhux biss għad-dokumenti miktuba mill-istituzzjonijiet, iżda wkoll għad-dokumenti li dawn jirċievu sabiex ikun hemm aktar trasparenza fix-xogħol ta' l-istituzzjonijiet. F'dan il-kuntest, għandu jitfakkar li d-Dikjarazzjoni Nru 35, mehmuża ma' l-Att Finali tat-Trattat ta' Amsterdam jipprovdi li Stat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill li ma jikkommunikawx lil partijiet terzi dokument li ġej minn dak l-Istat mingħajr il-kunsens tiegħu minn qabel.

(11) Bħala prinċipju, kull dokumenti ta' l-istituzzjonijiet għandhom jkunu aċċessibbli għall-pubbliku. Madankollu, bħala eċċezzjonijiet, xi interessi pubbliċi u privati għandhom jitħarsu. L-istituzzjonijiet għandhom ikollhom id-dritt li jħarsu l-konsultazzjonijiet u deliberazzjonijiet interni tagħhom fejn meħtieġ sabiex jissalvagwardjaw is-setgħa tagħhom li jwettqu l-kompiti tagħhom. Meta jagħmlu stima ta' l-eċċeżżjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-prinċipji tal-liġi Komunitarja dwar il-protezzjoni ta' data personali, f'kull qasam ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni.

(12) Kull regola dwar l-aċċess għal dokumenti ta' l-istituzzjonijiet għandhom tkun skond dan ir-Regolament.

(13) Sabiex il-ħarsien tad-dritt ta' l-aċċess jiġi żgurat, għandha tiġi applikata proċedura amministrattiva b'żewġ stadji, flimkien mal-possibbilta' ta' proċedimenti fil-qrati jew ta' lmenti lill-Ombudsman.

(14) Kull istituzzjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tinfurma lill-pubbliku dwar id-dispożizzjonijiet ġodda fis-seħħ u sabiex tħarreġ l-impjegati tagħha biex jgħinu liċ-ċittadini jeserċitaw id-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament. Kull istituzzjoni għandha tagħti aċċess għal reġistru ta' dokumenti sabiex tgħin liċ-ċittadin jeżerċita dawn id-drittijiet.

(15) Għalkemm l-emenda ta' liġijiet nazzjonali dwar aċċess għal dokumenti m'hijiex l-iskop jew l-effett ta' dan ir-Regolament, permezz tal-prinċipju ta' koperazzjoni leali li tirregola r-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jaraw li ma jfixklux l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament u għandhom iħarsu r-regoli ta' sigurtà ta' l-istituzzjonijiet.

(16) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal drittijiet ta' aċċess għal dokumenti fis-seħħ għall-Istati Membri, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew il-korpi investigattivi.

(17) Skond l-Artikolu 255(3) tat-Trattat tal-KE, kull istituzzjoni għandha tistpula dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-aċċess għad-dokumenti tagħha fir-regoli tal-proċedura tagħha. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/731/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kunsill [3], id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/90/KEFA, KE, Euratom tat-8 ta' Frar 1994 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kummissjoni [4], id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew Decision 97/632/KE, KEFA, Euratom ta' l-10 ta' Lulju 1997 dwar l-aċċess pubblika għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew [5], u r-regoli tal-kunfidnezjalità tad-dokumenti ta' Schengen, għandhom jiġi emendati jew imħassra,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa:

(a) li jfisser il-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew privat, li jirregolaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "l-istituzzjonijiet") previsti fl-Artikolu 255 tat-Trattat tal-KE sabiex jiġi żgurat l-akbar aċċess għal dokumenti,

(b) li jistabbilixxi regoli li jiżguraw l-aktar faċilità fl-eżerċizzju ta' dan id-dritt, u

(ċ) li jimmpromwovi prattika amministrattiv tajba fl-aċċess għad-dokumenti.

Artikolu 2

Benefiċjarji u skop

1. Kull ċittadin ta' l-Unjoni, u kull persuna naturali jew legali residenti jew bl-uffiċċju reġistrat f'Stat Membru, għandu dritt ta' aċċess għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f'dan ir-Regolament.

2. L-istituzzjonijiet jistgħu, soġġetti għall-istess prinċipji, kondizzjonijiet u limiti, jagħtu aċċess għad-dokumenti lil kull persuna naturali jew legali li m'hijiex residenti jew li m'għandhiex l-uffiċċju reġistrat f'Stat Membru.

3. Dan ir-Regolament għandhu jgħodd lil kull dokument miżmum minn istituzzjoni, jiġifieri, dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha, f'kull qasam ta' attività ta' l-Unjoni Ewropea.

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 9, dokumenti għandhom isiru aċċessibbli għall-pubbliku jew wara applikazzjoni bil-miktub jew direttament f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru. B'mod partikolari, dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċedura legislattiva għandhom isiru direttament aċċessibbli skond l-Artikolu 12.

5. Dokumenti sensittivi mfissra fl-Artikolu 9(1) għandhom ikunu soġġetti għal trattament speċjali skond dak l-Artikolu.

6. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet forsi minħabba strumenti ta' liġi internazzjonali jew atti ta' l-istituzzjonijiet li qed jimplementawhom.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' dan ir-Regolament:

(a) "dokument" tfisser kull kontenut, ikun liema jkun il-medju tiegħu (miktub fuq karta jew reġistrat f'forma elettronika jew bħala reġistrazzjoni, ta' ħoss, viżiv jew awdjoviż) dwar kwistjoni dwar il-politiki, l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' responsabbiltà ta' l-istituzzjoni;

(b) "parti terza" tfisser kull persuna naturali jew legali, jew kull entità barra mill-istituzzjoni involuta, inklużi l-Istati Membri, korpi Komunitarji oħrajn, istituzzjonijiet oħra mhux Komunitarji u korpi u pajjiżi terzi.

Artikolu 4

Eċċezzjonijiet

1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista' jdgħajjef il-ħarsien ta':

(a) l-interess pubbliku fir-rigward ta':

- is-sigurtà pubblika,

- kwistjonijiet militari u ta' difiża,

- relazzjonijiet internazzjonali,

- il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Komunità jew ta' Stat Membru;

(b) il-privatezza u l-integrità ta' l-individwu, b'mod partikolari skond il-legislazzjoni Komunitarja dwar il-ħarsien ta' data personali.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista' jdgħajjef il-ħarsien ta':

- interessi kummerċjali ta' persuna naturali jew legali, inkluża l-proprjetà intellettwali,

- proċedimenti fil-qrati u pariri legali,

- l-iskop ta' ispezzjonijiet, invesitgazzjoni u verifiki,

jekk ma' jkunx hemm interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu.

3. Aċċess għad-dokument, miktub minn instituzzjoni għall-użu intern jew irċevut minn instituzzjoni, dwar kwistjoni fejn id-deċiżjoni ma ttiħditx mill-istituzzjoni, għandu jiġi rifjutat jekk l-iżvelar tad-dokument serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-istituzzjoni, jekk m'hemmx interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu.

Aċċess għad-dokument li fih opinjonijiet għall-użu intern bħala parti minn deliberazzjoni u konsultazzjonijiet preliminarji fl-istituzzjoni kkoncernat għandu jiġi rifjutat anke wara li tittieħed id-deċiżjoni jekk l-iżvelar tad-dokument serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-istituzzjoni, jekk m'hemmx interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu.

4. Fir-rigward ta' dokumenti ta' partijiet terzi, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-parti terza bl-iskop li tagħmel stima dwar jekk tapplika eċċezzjoni fil-paragrafu 1 jew 2, jekk ikun ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi żvelat.

5. Stat Membru jista' jitlob lill-istituzzjoni sabiex ma tiżvelax dokument li ġej minn dak l-Istat Membru jekk ma' jkunx ġie miftiehem hekk minn qabel.

6. Jekk partijiet biss tad-dokument mitlub huma koperti minn xi eċċezzjoni, il-biċċiet l-oħra tad-dokument għandhom jiġu żvelati.

7. L-eċċezzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa' 3 għandhom japplikaw biss għaż-żmien li fih il-ħarsien huwa ġustifikat fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. Fil-każ ta' dokumenti koperti mill-eċċeżżjonijiet dwar privatezza jew interessi kummerċjali u fil-każ ta' dokumenti sensittivi, l-eċċeżżjonijiet jistgħu, jekk meħtieġ, jibqgħu japplikaw wara dan il-perjodu.

Artikolu 5

Dokumenti fl-Istati Membri

Meta Stat Membru jirċievi talba għal dokument fil-pussess tiegħu, li l-origini tiegħu ġejja minn istituzzjoni, jekk m'hiex ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi żvelat, l-Istat Membru għandu jikkonsulta ma' l-istituzzjoni involuta sabiex jieħu deċiżjoni li ma jipperikolax il-kisba ta' l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

L-Istat Membru jista' minflok jirreferi t-talba lill-istituzzjoni.

Artikolu 6

Applikazzjonijiet

1. Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokument għandhom isiru f'xi forma miktuba, inkluża l-forma elettronika, f'waħda mill-ilsna msemmija fl-Artikolu 314 tat-Trattat tal-KE u b'mod preċiż biżżejjed sabiex tgħin lill-istituzzjoni issib id-dokument. L-applikant mhux obbligat li jagħti r-raġunijiet għall-applikazzjoni.

2. Jekk applikazzjoni m'hijiex preċiża biżżejjed, l-istituzzjoni għandha titlob lill-applikant sabiex jiċċara l-applikazzjoni u għandha tgħin l-applikant f'dan il-proċess billi, per eżempju, tagħti tagħrif dwar l-użu tar-reġistri pubbliċi ta' dokumenti.

3. Fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, l-istituzzjoni involuta tista' tkellem lill-applikant b'mod informali, sabiex isibu soluzzjoni imparzjali.

4. L-istituzzjoni għandha tagħti tagħrif u għajnuna lil ċittadini dwar kif u fejn l-applikazzjonijiet għal aċċess għad-dokumenti jistgħu jsiru.

Artikolu 7

Proċessar ta' applikazzjonijiet fil-bidu

1. Applikazzjoni għall-aċċess għal dokument għandha tiġi proċessata mill-ewwel. Rikonoxximent ta' l-irċevuta għandha tintbagħat lill-applikant. Sa' 15-il jum utli mir-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skond l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, f'tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali u tavża l-applikant dwar id-dritt tiegħu jew tagħha li jagħmel jew tagħmel applikazzjoni konfermatorja skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-applikant jista', sa 15-il jum utli minn meta jirċievi r-risposta mill-istituzzjoni, jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni li terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha.

3. F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż bi 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati.

4. Nuqqas mill-istituzzjoni li tagħti twieġeb fit-terminu preskritt jagħti d-dritt lill-applikant li jagħmel applikazzjoni konfermatorja.

Artikolu 8

Proċessar ta' applikazzjonijiet konfermatorji

1. Applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi proċessata mal-ewwel. Sa żmien 15-il jum utli mir-reġistrazzjoni ta' din l-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti l-aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skond l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, fi tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-istituzzjoni għandha tavża l-applikant dwar ir-rimedji tiegħu jew tagħha, jiġifieri proċeduri fil-qrati kontra l-istituzzjoni u/jew ilment lill-Ombudsman, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 230 u 195 tat-Trattat tal-KE, rispettivament.

2. F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż bi 15 il-jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati.

3. Nuqqas mill-istituzzjoni li twieġed fit-terminu stipulat għandu jitqies bħala tweġiba negattiva u jagħti d-dritt lill-applikant li jiftaħ proċedimenti fil-qrati kontra l-istituzzjoni u/jew tagħmel ilment lill-Ombudsman, taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat tal-KE.

Artikolu 9

Trattament ta' dokumenti sensittivi

1. Dokumenti sensittivi human dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, klassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET" jew "CONFIDENTIEL" skond ir-regoli ta' l-istituzzjoni rilevanti, li jħarsu l-interessi essenzali ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, kwistjonijiet militari u tad-difiża.

2. Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti sensittivi taħt il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 għandhom jiġu proċessatt biss minn persuni li għandhom dritt isiru jafu dwar dawk id-dokumenti. Dawn il-persuni għandhom ukoll, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(2), jagħmlu stima dwar liema referenzi għal dokumenti sensittivi jistgħu jsiru fir-reġistru pubbliku.

3. Dokumenti sensittivi għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru jew żvelati biss bil-kunsens ta' mingħand min ġejjin.

4. Istituzzjoni li tiddeċiedi li ma tagħtix aċċess għal dokument sensittiv għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha b'mod li ma jagħmilx ħsara l-interessi mħarsa fl-Artikolu 4.

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal dokumenti sensittivi jitħarsu l-prinċipji f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4.

6. Ir-regoli ta' l-istituzzjonijiet dwar dokumenti sensittivi għandhom isiru pubbliċi.

7. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom javżaw lill-Parlament Ewropew dwar dokumenti sensittivi skond l-arranġamenti miftiehma bejn l-istituzzjonijiet.

Artikolu 10

Aċċess wara applikazzjoni

1. L-applikant għandu jkollu aċċess għad-dokumenti jew billi jarhom fil-post jew billi jirċievi kopja, inkluż, fejn disponibbli, kopja elettronika, skond il-preferenza ta' l-applikant. Il-miżata tal-produzzjoni u ta' l-impustar tal-kopji tista' tkun għall-applikant. Din il-miżata m'għandhiex taqbeż l-ispiża vera tal-produzzjoni u ta' l-impustar tal-kopji. Konsultazzjoni fil-post, kopji ta' inqas minn 20 paġna A4 u aċċess dirett fil-forma elettronika jew permezz tar-reġistru għandhom ikunu b'xejn.

2. Jekk dokument diġà ġie żvelat mill-istituzzjoni rilevanti u huwa faċilment aċċessibbli lill-applikant, l-istituzzjoni tista' taderixxi ma' l-obbligazzjoni li tagħti l-aċċess billi tavża 'l-applikant kif jista' jikseb id-dokument mitlub.

3. Dokumenti għadnhom jiġu forniti f'verżjoni u format eżistenti (inklużi dawk elettroniċi jew f'format alternattiva bħal Braille, tipa kbira jew tejp) b'kull kunsiderazzjoni tal-preferenza ta' l-applikant.

Artikolu 11

Reġistri

1. Sabiex id-drittijiet taċ-ċittadin taħt dan ir-Regolament isiru effettivi, kull istituzzjoni għandha tagħti aċċess pubbliku lil reġistru ta' dokumenti. Aċċess lir-reġistru għandu jingħata fil-forma elettronika. Referenzi għal dokumenti għandhom jiddaħħlu fir-reġistru mingħajr dewmien.

2. Għal kull dokument, ir-reġistru għandhom jkollu numru ta' referenza (inkluż, fejn japplika, ir-referenza interistituzzjonali), il-materja u/jew deskrizzjoni fil-qosor tal-kontentu tad-dokument u d-data meta ġie rċevut jew miktub u reġistrat fir-reġistru. Ir-referenzi għandhom isiru b'mod li ma jagħmlux ħsara 'l-ħarsien ta' l-interessi fl-Artikolu 4.

3. L-istituzzjonijiet għandhom mal-ewwel jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu reġistru li għandu jkun operazzjonali sat-3 Ġunju 2002.

Artikolu 12

Aċċess dirett f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru

1. L-istituzzjonijiet għandhom, sa' fejn possibbli jagħmlu dokumenti direttament aċċessibbli lill-pubbliku f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru skond ir-regoli ta' l-istituzzjoni involuta.

2. B'mod partikolari, dokumenti legislattivi, jiġifieri, dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti vinkolanti ġo jew għall-Istati Membri, għandhom, bla ħsara lill-Artikoli 4 u 9, ikunu direttament aċċessibbli.

3. Fejn possibbli, dokumenti oħra, partikolarment dokumenti dwar l-iżvilupp ta' politika jew strateġija, għandhom ikunu direttament aċċessibbli.

4. Meta aċċess dirett ma jingħatax permezz tar-repistru, ir-reġistrtur għandhu, sa fejn hu possibli, jindika fejn ikun id-dokument.

Artikolu 13

Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali

1. Flimkien ma' l-atti msemmija fl-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat tal-KE u fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 163 tat-Trattat ta' Euratom, id-dokumenti li ġejjin, bla ħsara lill-Artikoli 4 u 9 ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali:

(a) proposti tal-Kummissjoni;

(b) posizzjonijiet komuni adottati mill-Kunsill skond il-proċedura msemmija fl-Artikoli 251 u 252 tat-Trattat tal-KE u r-raġunijiet għal dawk il-posizzjonijiet komuni, kif ukoll il-posizzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'dawn il-proċeduri;

(ċ) il-qafas tad-deċiżjonijiet u deċiżjonijiet msemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat ta' l-UE;

(d) konvenzjonijiet imwaqqfa mill-Kunsill skond l-Artikolu 34(2) tat-Trattat ta' l-UE;

(e) konvenzjonijiet iffirmati bejn l-Istati Membri fuq il-bażi ta' l-Artikolu 293 tat-Trattat tal-KE;

(f) ftehim internazzjonali konklużi mill-Komunità jew skond l-Artikolu 24 tat-Trattat ta' l-UE.

2. Sa' fejn hu possibbli, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali:

(a) inizjattivi preżentati lill-Kunsill minn Stat Membru skond l-artikolu 67(1) tat-Trattat tal-KE jew skond l-Artikolu 34(2) tat-Trattat ta' l-UE;

(b) posizzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat ta' l-UE;

(ċ) direttivi ħlief dawk msemmija fl-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat tal-KE, deċiżjonijiet ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 254(1) tat-Trattat tal-KE, rakomandazzjonijiet u opinjonijiet.

3. Kull istituzzjoni tista' fir-regoli tal-proċedura tagħha tistabbilixxi liema aktar dokumenti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

Artikolu 14

Tagħrif

1. Kull istituzzjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tavża l-pubblika dwar id-drittijiet li għandhom taħt dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' l-istituzzjonijiet fl-għotja ta' tagħrif liċ-ċittadini.

Artikolu 15

Prattika amministrattiva fl-istituzzjonijiet

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw prattiċi amministrattivi tajbin sabiex jiffaċiltaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' l-aċċess garantit minn dan ir-Regolament.

2. L-istituzzjonijiet għandhom iwaqqfu kumitat interistituzzjonali sabiex jeżamina l-aħjar prattika, jindirizza kunflitti li jistgħu jinqalgħu u jiddiskuti żvilupp futuri dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti.

Artikolu 16

Riproduzzjoni ta' dokumenti

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal regoli fis-seħħ li jistgħu jillimitaw id-dritt ta' parti terza li tirriproduċi jew li tisfrutta dokumenti żvelati.

Artikolu 17

Rapporti

1. Kull istituzzjoni għandha tippubblika ta' kull sena rapport għas-sena ta' qabel inklużi n-numru ta' każijiet fejn l-istituzzjoni rrifjutat li tagħti aċċess għal dokumenti, ir-raġunijiet għal dawn ir-rifjuti u n-numru ta' dokumenti sensittivi mhux reġistrati fir-reġistru.

2. Sal-31 ta' Jannar 2004 l-aktar tard, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' dan ir-Regolament u għandha tagħmel rakomandazzjonijiet, li jinkludu, jekk ikunu xierqa, proposti għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament u programm ta' azzjoni ta' miżuri li għandhom jittieħdu mill-istituzzjonijiet.

Artikolu 18

Miżuri ta' applikazzjoni

1. Kull istituzzjoni għandha tadatta r-regoli ta' proċedura tagħha għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. L-adattamenti għandhom jidħlu fis-seħħ mit-3 ta' Diċembru 2001.

2. Fi żmien sitt shur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha teżamina l-konformità tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 ta' l-1 ta' Frar 1983 dwar il-ftuħ lill-pubbliku ta' l-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika [6] ma' dan ir-Regolament sabiex tiżgura, sa' fejn possibbli, il-preservazzjoni u l-arkivjar ta' dokumenti.

3. Fi żmien sitt xhur tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha teżamina l-konformità tar-regoli fis-seħħ dwar aċċess ta' dokumenti ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mit-3 ta' Diċembru 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Mejju 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

B. Lejon

[1] ĠU C 177 E, tas-27.6.2000, p. 70

[2] l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2001 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 t'a Mejju 2001

[3] ĠU L 340, tal-31.12.1993, p. 43. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2000/527/KE (ĠU L 212, tat-23.8.2000, p. 9)

[4] ĠU L 46, tat-18.2.1994, p. 58. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 96/567/KE, KEFA, Euratom (ĠU L 247, tat-28.9.1996, p. 45)

[5] ĠU L 263, tal-25.9.1997, p. 27

[6] ĠU L 43, tal-15.2.1983, p. 1

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet