Official Journal L 190 , 12/07/2001 P. 0014 - 0017
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/50/KE tat-3 ta' Lulju 2001 li temenda d-Direttiva 95/45/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità fir-rigward ta' kuluri għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazjzoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar addittivi ta' l-ikel awtorizzati għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel intenzjonati għall-konsum mill-bniedem [1], kif emendata bid-Direttiva 94/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3)(a) tagħha, Wara li kkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel, Billi: (1) Id-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar kuluri għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel [3] telenka dawk is-sustanzi li jistgħu jintużaw bħala kuluri fil-prodotti ta' l-ikel. (2) Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta' Lulju 1995 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità fir-rigward ta' kuluri għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel [4], kif emendata bid-Direttiva 1999/75/KE [5], tistabbilixxi il-kriterji ta' purità għall-kuluri msemmija fid-Direttiva 94/36/KE; (3) Huwa meħtieġ, fid-dawl tal-progress tekniku, li jiġu emendati l-kriterji tal-purità kif stabbiliti fid-Direttiva 95/45/KE għal karoteni mħallta (E 160a(i)) u beta-karoteni (E 160a(ii)). (4) Billi huwa meħtieġ li jiġu meqjusa l-ispeċifikazjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti FAO/WHO dwar Addittivi ma’ l-Ikel (JECFA). (5) Għaldaqstant huwa meħtieġ li tiġi adattata d-Direttiva 95/45/KE. (6) Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta' l-Ikel, ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fil-parti B ta' l-Anness tad-Direttiva 95/45/KE, it-test dwar il-karoteni mħallta (E160a(i)) u beta-karoteni (E 160a(ii)) huwa mibdul bit-test ta' l-Anness ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex dawn ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel it-30 ta' Ġunju 2002. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-publikazjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Lulju 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. [2] ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 1. [3] ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 13. [4] ĠU L 226, tat-22.9.1995, p. 1. [5] ĠU L 206, tal-5.8.1999, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS "E 160 a (i) KAROTENI MĦALLTA 1.Karoteni tal-pjanti Sinonimi | CI Oranġo ta' l-ikel 5 | Tifsira | Il-karotini mħallta jinkisbu b’estratt ta' tidwib ta' tipi naturalita’ pjanti tajbin għall-ikel, zunnarija, żjut tal-ħxejjex, ħaxix, alfalfa (Lucerne) u ħurrieq. Il-prinċipju ewlieni tal-kulur jikkonsisti f’karotenojdi li minnhom il-beta-carote tammonta għal parti ewlenija. α, γ-karotene u pigmenti oħra jistgħu jkunu preżenti. Apparti mill-pigmenti tal-kulur, din is-sustanza jista’ jkun fiha żjut, xaħmijiet u xemgħat naturali li jinstabu fil-materjal tas-sors. Dawn is-solventi biss jistgħu jintużaw fl-estrazzjoni: acetone, methyl ethyl ketone, metanol, etanol, propan-2-ol, hexane, dichloromethane u karbonju diossidu. | Klassi | Karotenojd | Kulur - Index Nru | 75130 | EINECS | 230-636-6 | Formula kimika | β-Karotene C40H56 | Piż molekulari | β-Karotene 536.88 | Analiżi | Kontenut ta' karoteni (ikkalkolati bħala β-Karotene) ma jkunx anqas minn 5 %. Ghal prodotti akkwistati b'estrazzjoni ta' żjut veġetali: mhux anqas minn 0.2 % f'xaħmijiet li jittieklu. E1 cm1 %2500 f'approssimament 440 nm sa 457 nm fis-cyclohexane | Identifikazzjoni A. Spettrometrija | Massimu fis-cyclohexane fi 440 nm sa 457 nm u 470 nm sa 486 nm | Purità Residwi tas-solventi | Acetone | Mhux aktar minn 50 mg/kg.Waħdu jew ikkombinat | Methyl ethyl ketone | Metanol | Propan-2-ol | Hexane | Ethanol | Dichloromethane | Mhux aktar minn 10 mg/kg | Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg | Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg | Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg | Kadmjum | Mhux aktar minn 1 mg/kg | 2.Karoteni mill-alga Sinonimi | CI Oranġo ta' l-ikel 5 | Tifsira | Karotini mħallta jistgħu jiġu magħmula minn tipi naturali ta' l-algae Dunaleilla salina, mkabbra fl-għadajjar kbar salini li jinstabu f'Whyalla, l-Awstralja t'Isfel. β-Karotene hija estratta bl-użu ta' żejt essenzjali. Il-preparazzjoni hija minn 20 sa 30 % sospenzjoni fiż-żejt ta' l-ikel. Il-proporzjon ta' trans-cisiosomers hija fil-medja ta' 50/50 sa 71/29. Il-prinċipju ewlieni tal-kulur jikkonsisti f’karotenojdi li minnhom il-beta-karote hija komponent ewlieni. α-karotene, il-lutein, iz-zeaxanthin u l-β-cryptoxanthin jistgħu ikunu preżenti. Minbarra l-pigmenti tal-kulur, din is-sustanza jista’ jkun fiha żjut, xaħmijiet u xemgħat naturali li jinstabu fil-materjal tas-sors. | Klassi | Karotenojd | Numru tal-Indiċi tal-Kulur | 75130 | Formula kimika | β-Karotene C40H56 | Piż molekulari | β-Karotene 536.88 | Analiżi | Kontenut ta' karoteni (ikkalkolati bħala β-Karotene) ma jkunx anqas minn 20 %. E 1 cm1 %2500 f'approssimament 440 nm sa 457 nm fis-cyclohexane | Identifikazzjoni A. Spettrometrija | Massimu fis-cyclohexane fi 448 nm sa 457 nm u 474 nm sa 486 nm | Purità Tocopherols naturalif'żejt li jittiekel | Mhux aktar minn 0,3 % | Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg | Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg | Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg | Kadmjum | Mhux aktar minn 1 mg/kg | E 160 a (ii) BETA-KAROTENE 1.Beta-carotene Sinonimi | CI Oranġo ta' l-ikel 5 | Tifsira | Dawn l-ispeċifikazzjonijiet japplikaw b'mod predominanti għat-trans isomer kollha ta' β-Karotene flimkien ma’ ammonti żgħar ta' karotenojdi oħra. Preparazzjonijiet dilwiti u u stabilizzati jistgħu jkollhom relattività trans-cis isomers differenti. | Klassi | Karotenojd | Nru ta' l-indiċi tal-kulur | 40800 | Einecs | 230-636-6 | Ismijiet kimiċi | β-karotene, β,β-karotene | Formola kimika | C40H56 | Piż molekulari | 536,88 | Analiżi | Mhux anqas minn 96 % ta' materjali koloranti (espressi bħala β-Karotene) E 1 cm1 %2500 f'approssimamnet 440 nm sa 457 nm fi cyclohexane | Deskrizzjoni | Kristallini jew trab tal-kristallini ħomor sa ħomor fil-kannella | Identifikazzjoni A. Spettrometrija | Massimu fis-cyclohexane fi 453 nm sa 456 nm | Purità Irmied tas-sulfat | Mhux aktar minn 0.2 % | Materji sussidjari ta' kulur | Karotenojdi minnbarra β-Karotene: mhux aktar minn 3,0 % tat-total ta' materjal koloranti. | Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg | Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg | Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg | Kadmju | Mhux aktar minn 1 mg/kg | 2.Beta-Karotene mill-Blakeslea trispora Sinonimi | CI Oranġo ta' l-ikel 5 | Tifsira | Miksub bi proċess ta' fermentazzjoni bl-użu ta' kulturi mħallta taż-żewġ tipi ta' għaqda sesswali (+) u (-) ta' tipi naturali tal-fungus Blakeslea tispora. Il-β-Karotene hija estratta mill-bijomassa b'aċetat ta' ethyl u hija kristalizzata. Il-prodott kristalizzat jikkonsisti l-aktar fi trans β-Karotene. Minħabba l-proċess naturali madwar 3 % tal-prodott jikkonsisti f'karotenojdi imħallta, li huwa speċifiku għall-prodott. | Klassi | Kartenojd | Nru ta' l-indiċi tal-kulur | 40800 | Einecs | 230-636-6 | Ismijiet kimiċi | β-Karotene, β,β-Karotene | Formula kimika | C40H56 | Piż molekulari | 536,88 | Analiżi | Mhux anqas minn 96 % ta' materjali koloranti (espressi bħala β-Karotene) E 1 cm1 %2500 fi ca 440 nm sa 457 nm fi cyclohexane | Deskrizzjoni | Kristallini jew trab tal-kristallini ħomor sa ħomor fil-kannella | Identifikazzjoni A. Spettometrija | Massimu f’ cyclohexane fi 453 nm sa 456 nm | Purità Fdalijiet ta' solventi | Ethyl acetate | Mhux aktar minn 0,8 %, weħidhom jew ikkombinati | Etanol | Irmied tas-sulfat | Mhux aktar minn 0,2 % | Materji ta' kulur sussidjarji | Kartenojd minnbarra l-β-Karotene: mhux aktar minn 3,0 % tat-total ta' materjali koloranti | Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg | Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg | Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg | Kadmju | Mhux aktar minn 1 mg/kg | Aflatoxin B1 | Nieqes | Mycotoxins: T2 | Nieqsa | Ochratoxin | Zearalenone | Mikrobijoliġija: Moffa | Mhux aktar minn 100/g | Ħmira | Mhux aktar minn 100/g | Salmonella | Nieqsa fi 25 g | Escherichia coli | Nieqsa fi 5 g | --------------------------------------------------