32001E0567


Titolu u referenza

Pożizzjoni komuni tal-kunsill ta’ 23 Lulju 2001 fuq il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta’ missili ballistiċi.

 ĠU L 202, 27.7.2001, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 18 Volume 01 P. 194 - 194
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 18 Volume 01 P. 194 - 194
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 18 Volume 01 P. 194 - 194
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 18 Volume 01 P. 194 - 194
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 18 Volume 01 P. 194 - 194
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 18 Volume 01 P. 194 - 194
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 18 Volume 01 P. 194 - 194
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 18 Volume 01 P. 194 - 194
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 18 Volume 01 P. 194 - 194
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 18 Volume 01 P. 158 - 158
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 18 Volume 01 P. 158 - 158

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Pożizzjoni komuni tal-kunsill

ta’ 23 Lulju 2001

fuq il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta’ missili ballistiċi.

(2001/567/PESK)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Göteborg fil-15 u 16 Ġunju 2001 adotta id-Dikjarazzjoni fuq il-Prevenzjoni tal-Proliferazzjoni tal-missili ballistiċi.

(2) Il-Kunsill (Affarijiet Ġenerali) adotta fl-14 Mejju 2001 il-konklużjonijiet fuq il-limitazzjoni ta’ tixrid tal-Missili

(3) It-tixrid tal-missili ballistiċi kapaċi li jġorru armi tal-qerda tal-massa hija kwistjoni li tikkonċerna l-Unjoni.

(4) It-tisħiħ tan-normi internazzjonali u l-instrumenti politiċi kontra t-tixrid ta’ l-armi tal-qerda tal-massa u l-mezzi ta’ konsenja tagħhom huwa ta’ importanza primarja għall-Unjoni li hija impenjata għall-infurzar tad-diżarm u l-limitazzjoni tat-tixrid ta’ l-instrumenti multilaterali.

(5) L-Unjoni tara ħtieġa urġenti ta’ approċċ globali u multilaterali sabiex jikkumplimenta l-isforzi ezistenti kontra l-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi.

(6) L-Unjoni għlhekk tappoġġja b’mod sħieħ l-abbozz tal-Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali kontra it-tixrid tal-missili ballistiċi (hawnhekk iżjed il-quddiem imsejjaħ "il-Kodiċi") li ġie elaborat qalb il-Membri tar-Reġim tal-Kontroll tat-Teknoloġija Missilistika (MTĊR) li ġie mqassam lill-pajjiżi kollha bi stedina biex jingħaqdu ma’ dan l-isforz.

It-test tal-Kodiċi ser jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-kummenti riċevuti minn pajjiżi oħra.

(7) Il-Kodiċi huwa l-aktar inizjattiva konkreta u avvanzata f’dan il-qasma u għalhekk joħloq l-aħjar okkazzjoni biex jinkisbu riżultanti fi żmien qasir.

(8) Il-Kodiċi sa jkun dokument li jorbot politikament. L-Unjoni tistenna li jkollha effett pożittiv fuq inizjattivi oħra biex tindirizza it-tixrid tal-missili ballistiċi. L-Unjoni tqis li wara l-adozzjoni tiegħu il-Kodiċi jista’ jkun ta’ interess għan-Nazzjonijiet Uniti.

ADOTTAT DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-għan ta’ l-Unjoni għandu jkun li twaqqaf it-tixrid tal-missili ballistiċi. Biex jintlaħaq dan il-għan, l-Unjoni tappoġġja l-universalizzazzjoni tal-Kodiċi.

Artikolu 2

L-Unjoni għandha tappoġġja attivament proċess ta’ negozjati internazzjonali ad hoc għall-finalizzazzjoni tal-Kodiċi, li jwassal għal-Konferenza Internazzjonali bl-iskop li jiġi adottat mhux aktar tard minn 2002

Il-proċess, li għandu jkun bazat fuq il-Kodiċi, għandu jinżamm miftuh, trasparenti u inklużiv, u jippermetti li kull Stat li jixtieq jissottoskrivi għall-Kodiċi jipparteċipa fl-elaborazzjoni tiegħu fuq bażi ugwali.

Artikolu 3

L-Unjoni sa ssegwi din l-inizjattiva bi trasparenza sħiħa mal-partijiet interessati kollha l-oħra.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tiegħu.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fi Brussell, 23 Lulju 2001.

F’isem il-Kunsill

Il-President

A. Neyts-uyttebroeck

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet