Official Journal L 325 , 08/12/2001 P. 0034 - 0034
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Diċembru 2001 li tikkorreġi d-Direttiva 2001/22/KE li tistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għal kontroll uffiċjali tal-livelli taċ-ċomb, kadmju, merkurju u 3-MCPD fil-prodotti ta' l-ikel (notifikata permezz tad-dokument numru C(2001) 3913) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2001/873/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 85/591/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-introduzzjoni tal-metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għas-sorveljanza ta' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum tal-bniedem [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu, Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/22/KE tat-8 ta'Marzu li tistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni għal kontroll uffiċjali tal-livelli taċ-ċomb, kadmju, merkurju u 3-MCPD fl-oġġetti ta' l-ikel [2] tistabbilixxi u tarmonizza l-miżuri tekniċi għat-teħid ta' kampjuni u metodi ta' analiżi li għandhom jintużaw għas-sorveljanza tal-kontaminanti involuti. (2) Fit-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej żball materjali feġġ fid-data ta' meta għandhom jiddaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi mill-Istati Membri sabiex ikunu jaqblu mad-direttiva t'hawn fuq. (3) Huwa meħtieġ li tiġi kkoreġuta d-Direttiva 2001/22/KE kif xieraq. (4) Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta' l-Ikel, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/22/KE "il-5 ta' April 2000" hi mibdula b' "il-5 ta' April 2002". L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Diċembru 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 372, tad-31.12.1985, p. 50. [2] ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 14. --------------------------------------------------