Official Journal L 278 , 23/10/2001 P. 0035 - 0036
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2001 li temenda l-Anness V mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE dwar il-valuri limitu għal dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materjal ta' partikolati u ċomb f'arja ambjentali (innotifikat taħt id-dokument numru C(2001)3091) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2001/744/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta' Ġunju 1999 li tirrelata għall-valuri limiti għal dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materjal ta' partikolati u ċomb f'arja ambjentali [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(7) tagħha, Billi: (1) Valuri limiti għal dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materjal ta' partikolati u ċomb f'arja ambjentali huma stabbiliti fid-Direttiva 1999/30/KE. (2) Il-metodu biex jiġu determinati t-tresholds għolja u baxxi ta' dawk il-pollutanti stabbiliti f'dik id-Direttiva għandu jiġi emendat sabiex tiġi kkjarifikata l-proċedura ta' kalkolu. (3) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE [2], ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 It-Taqsima II ta' l-Anness V mad-Direttiva 1999/30/KE hija sostitwita bit-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Ottubru 2001. Għall-Kummissjoni Margot Wallström Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 163, tad-29.6.1999, p. 41. [2] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 55. -------------------------------------------------- ANNESS "II. Id-Determinazzjoni ta' l-ammonti żejda fit-tresholds għolja u baxxi Iż-żejjed fit-tresholds għolja u baxxi għandu jiġi determinat abbażi ta' konċentrazzjonijiet tul il-ħames snin ta' qabel meta hija disponibbli data suffiċjenti. Treshold titqies li nqabżet jekk tkun inqabżet tul mill-inqas tliet snin separati minn dawk il-ħames snin ta' qabel. Meta hija disponibbli inqas data minn ħames snin l-Istati Membri jistgħu jikkombinaw kampanji ta' kejl ta' tul qasir tul il-perjodu tas-sena u f'postijiet x'aktarx tipiċi ta' l-ogħla livelli ta' tniġġiż b' riżultati ottenuti minn informazzjoni minn inventorji ta' emissjonijiet u bħala kampjuni sabiex jiġi determinat b'kemm jinqabeż il-limitu tat-treshols għolja u baxxi." --------------------------------------------------