32001D0470


Titolu u referenza

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

 ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 19 Volume 04 P. 145 - 151
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 19 Volume 04 P. 145 - 151
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 19 Volume 04 P. 145 - 151
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 19 Volume 04 P. 145 - 151
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 19 Volume 04 P. 145 - 151
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 19 Volume 04 P. 145 - 151
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 19 Volume 04 P. 145 - 151
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 19 Volume 04 P. 145 - 151
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 19 Volume 04 P. 145 - 151
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 19 Volume 03 P. 162 - 168
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 19 Volume 03 P. 162 - 168

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Mejju 2001

li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

(2001/470/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 61(ċ) u (d), 66 u 67 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) L-Unjoni Ewropea ffissat għaliha nnifisha l-għan li żżomm u tiżviluppa bħala żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha huwa żgurat il-moviment ħieles tal-persuni.

(2) L-istabbiliment gradwali ta' din iż-żona u l-ħidma b'saħħitha tas-suq intern jinvolvu l-ħtieġa li jiġu mtejba, issimplifikati u mħaffa l-koperazzjoni ġudizzjarju effettiva bejn l-Istati Membri fil-materji ċivili u kummerċjali.

(3) Il-pjan ta' azzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar kif l-aħjar li jiġu implimentati d-disposizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam, fuq żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja [4] li ġie adottat mill-Kunsill fit-3 ta' Diċembru 1998 u approvat mill-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta' Diċembru 1998 jirrikonoxxi illi r-rinforz tal-koperazzjoni ġudizzjarju fil-materji ċivili jirrappreżenta stadju fundamentali fil-ħolqien ta' żona ġudizzjarja Ewropea li trid iġġib benefiċċji tanġibbli għal kull ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea.

(4) Waħda mill-miżuri pprovduti fil-paragrafu 40 tal-pjan ta' azzjoni hija li tiġi eżaminata l-possibbiltà li jiġi estiż il-kunċett tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji kriminali sabiex iħaddan il-proċedimenti ċivili.

(5) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill speċjali Ewropew imlaqqa' f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1969 jirrakkommandaw li tiġi stabbilita sistema ta' aċċessibbilità bla xkiel għat-tagħrif, li jrid jinżamm u jiġi aġġornat minn Network ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(6) Sabiex tiġi mtejba, issimplifikata u mħaffa l-koperazzjoni ġudizzjarju effettiva bejn l-Istati Membri fil-materji ċivili u kummerċjali, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita fil-livell Komunitarju struttura ta' network ta' koperazzjoni - in-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivcili u kummerċjali.

(7) Dan huwa suġġett li jidħol fl-ambitu ta' l-Artikoli 65 u 66 tat-Trattat, u tal-miżuri li jridu jiġu adottati skond l-Artikolu 67.

(8) Sabiex tiġi żgurata l-kisba ta' l-għanijiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, ir-regoli li jirregolaw l-istabbiliment tiegħu għandhom jiġu stabbiliti fi strument mandatorju tal-liġijiet Komunitarji

(9) Il-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri għalbiex jittejbu l-koperazzjoni ġudizzjarju effettiva bejn l-Istati Membri u l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għall-persuni mdaħħla f'litigi li jaqsmu l-fruntieri, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk għar-raġuni ta' l-iskala jew l-isforzi ta' l-azzjoni jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dan l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hemm minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn il-għanijiet.

(10) In-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali stabbilit b'din id-Deċiżjoni jfittex li jiffaċilita l-koperazzjoni ġudizzjarju bejn l-Istati Membri fil-materji ċivcili u kummerċjali kemm fiż-żoni li għalihom japplikaw il-liġijiet eżistenti u kemm dawk fejn bħal issa ma japplika l-ebda strument.

(11) F'ċerti żoni speċifiċi, l-istrumenti Komunitarji jew internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni ġudizzjarju f'materji ċivili jew kummerċjali diġà jipprovdu l-mekkaniżmi tal-koperazzjoni. In-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali ma jiddikjarax li jibdel il-post ta' dawn ilmekkaniżmi, u jrid jopera f'konformità sħiħa magħhom. B'konsegwenza ta' dan, din id-Deċiżjoni trid tkun mingħajr preġudizzju għall-istrumenti Komunitarji jew internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni ġudizzjarju f'materji ċivili jew kummerċjali.

(12) In-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi stabbilit fi stadji fuq il-bażi ta' l-eqreb koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Għandu jkun kapaċi li jieħu vantaġġ mill-komunikazzjoni moderna u t-teknoloġiji ta' l-informatika.

(13) Sabiex jikseb il-għanijiet tiegħu, in-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali jeħtieġ li jiġi appoġġjat minn punti tal-kuntat innominati mill-Istati Membri u li jkun żgur mill-parteċipazzjoni ta' l-awtroritajiet tagħhom b'responsabbiltajiet speċifiċi għall-koperazzjoni ġudizzjarju f'materji ċivili u kummerċjali. Il-kuntatti bejniethom u l-laqgħat perjodiċi huma essenzali għall-ħidma tan-Network.

(14) Huwa essenzali illi l-isforzi sabiex tiġi stabbilita żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja jipproduċu benefiċċji tanġibbli għall-persuna mdaħħla f'litigi li jaqsmu l-fruntieri. Huwa għalhekk meħtieġ għan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali li jippromwovi aċċess għall-ġustizzja. Għal dan il-fini, bl-użu tat-tagħrif fornit u aġġornat mill-punti tal-kuntatt, in-Network għandu jistabbilixxi b'mod propgressiv sistema ta' tagħrif li tkun aċċessibbli għall-pubbliku, kemm għall-pubbliku ġenerali u kemm għall-ispeċjalisti.

(15) Din id-Deċiżjoni ma tipprekludix il-provvediment ta' tagħrif ieħor minn dak ipprovdut hawnhekk, ġewwa n-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali u lill-pubbliku. L-enumerazzjoni tat-Titolu III għalhekk mhux ikkunsidrat li huwa eżawrjenti.

(16) Il-proċessar tat-tagħrif u ta' l-informazzjoni għandu jsir skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwai rigward il-proċessar ta' l-informazzjoni personali u tal-moviment ħieles ta' din l-informazzjoni [5] u d-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru1997 li tirrigwarda l-proċessar ta' l-informazzjoni personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet [6].

(17) Sabiex jiġi żgurat illi n-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali jissokta jkun strument effettiv, jinkorpora l-aħjar prattiċi fil-koperazzjoni ġudizzjarju u l-operat intern u jissodisfa l-mistennija tal-pubbliku, għandha ssir disposizzjoni għall-valutazzjonijiet perjodiċi ta' dawn il-bidliet skond kif ikun meħtieġ.

(18) Ir-Renju Unit u l-Irlanda, skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tr-Renju Unit u ta' l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea, taw avviż dwar ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(19) Id-Danimarka, skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk la hi marbuta biha u lanqas bla ħsara għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

IT-TITOLU I

IL-PRINĊIPJI TAN-NETWORK ĠUDIZZJARJU EWROPEW FIL-MATERJI ĊIVILI U KUMMERĊJALI

Artikolu 1

L-Istabbiliment

1. Huwa hawnhekk stabbilit Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali ("in-Network") fost l-Istati Membri.

2. F'din id-Deċiżjoni, it-terminu "Stat Membru" għandu jfisser l-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Artikolu 2

Il-Komposizzjoni

1. In-Network għandu jkun kompost minn:

(a) il-punti tal-kuntatt innominati mill-Istati Membri, skond il-paragrafu 2;

(b) il-korpi ċentrali u l-awtoritajiet ċentrali pprovduti fl-istrumenti Komunitarji, l-istrumenti tal-liġijiet internazzjonali li tagħhom l-Istati Membri huma partijiet jew ir-regoli tal-liġijiet domestiċi fiż-żona tal-koperazzjoni ġudizzjarju fil-materji ċivili u kummerċjali;

(ċ) il-maġistrati tal-kooprazzjoni li għalihom tapplika l-Azzjoni Konġunta 96/277/JAI tat-22 ta' April 1996 li tirrigwarda qafas għall-iskambju tal-maġistrati tal-koperazzjoni sabiex tittejjeb il-koperazzjoni ġudizzjarju bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [7], meta dawn ikollhom responsabbiltajiet fil-koperazzjoni f'materji ċivili jew kummerċjali;

(d) kull awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva approprjata b'responsabbiltajiet għall-koperazzjoni ġudizzjarju fil-materji ċivili u kummerċjali li s-sħunija tagħhom fin-Network hija kkunsidrata utli mill-Istati Membri li tappartjieni lilhom.

2. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jinnomina punt tal-kuntatt. Madankollu, kull wieħed mill-Istati Membri jista' jinnomina numru ta' punti oħra tal-kuntatt jekk jikkunsidra dan meħtieġ fuq il-bażi ta' l-eżistenza ta' sistemi legali separati, id-distribuzzjoni dometsika tal-ġurisdizzjoni, il-kompiti li jridu jiġu fdati lill-punti tal-kuntatt jew sabiex jiġu assoċjati direttament il-korpi ġudizzjarji li spiss jittrattaw litigi li jaqsmu l-fruntieri ma' l-ativitajiet tal-punti tal-kuntatt.

Meta Stat Membru jinnomina numru ta' punti tal-kuntatt, għandu jiżgura illi japplikaw miżuri ta' kordinament bejniethom.

3. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-awtoritajiet imsemmija fil-punti (b) u (ċ) tal-paragafu 1.

4. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet imsemmija fil-punt (d) tal-paragafu 1.

5. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 20, dwar l-ismijiet u l-indirizzi sħaħ ta' l-awtoritajiet riferiti fil-paragrafu 1, billi jispeċifikaw:

(a) il-faċilitajiet tal-komunikazzjoni disponibbli għalihom;

(b) l-għerf tagħhom fl-ilsna; u

(ċ) meta approprjat, il-fiunzjonijiet speċifiċi tagħhom fin-Network.

Artikolu 3

Il-kompiti u l-attivitajiet tan-Network

1. In-Network għandu jkun responsabbli li:

(a) jiffaċilita l-koperazzjoni ġudizzjarju bejn l-Istati Membri f'materji ċivili u kummerċjali, inkluż li joħolqu, jistabbilixxu b'mod progressiv u jaġġornaw sistema tat-tagħrif għall-membri tan-Network;

(b) joħloq, jistabbilixxi b'mod progressiv u jaġġorna sistema tat-tagħrif li tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

2. Mingħajr preġudizzju għal strumentri oħra Komuunitarji jew internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni ġudizzjarju fil-materji ċivili jew kummerċjali, in-Network għandu jiżviluppa l-attivitajiet tiegħu għall-għanijiet li ġejjin b'mod partikolari:

(a) il-ħidma bla xkiel tal-proċeduri li jkollhom impatt li jaqsam il-fruntieri u l-faċilitazzjoni tat-talbiet għal koperazzjoni ġudizzjarju bejn l-Istati Mmebri, b'mod parrtikolari fejn ma japplika l-ebda strument Komunitrju jew internazzjonali;

(b) l-applikazzjoni effettiva u prattika ta' l-istrumenti jew tal-konvenzjonijiet Komunitarji fis-seħħ bejn żewġ Stati Membri jew iktar;

(ċ) l-istabbiliment u ż-żamma ta' sistema tat-tagħrif għall-pubbliku dwar il-koperazzjoni ġudizzjarju fil-materji ċivili u kummerċjali fl-Unjoni Ewropea, l-istrumenti rilevanti Komunitarji u internazzjonali u l-liġijiet domestiċi ta' l-Istati Membri, b'riferiment partikolari għall-aċċess għall-ġustizzja.

Artikolu 4

Il-modus operandi tan-Network

In-Network għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod partikolari bil-mezzi li ġejjin:

1. għandu jiffaċilita l-kuntatti approprjati bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2(1) sabiex jitwettqu l-kompiti pprovduti bl-Artikolu 3;

2. għandu jorganizza laqgħat perjodiċi tal-punti tal-kuntatt u tal-membri tan-Network skond ir-regoli stabbiliti fit-Titolu II;

3. għandu jfassal u jżomm aġġornat it-tagħrif dwar il-koperazzjoni ġudizzjarju fil-materji ċivili u kummerċjali u s-sisetmi legali ta' l-Istati Membri riferiti fit-Titolu III, skond ir-regoli stabbiliti f'dan it-Titolu.

Artikolu 5

Il-punti tal-kuntatt

1. Il-punti tal-kuntatt għandhom ikunu għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet riferiti fl-Artikolu 2(1) minn (b) sa (d) sabiex jitwettqu l-kompiti pprovduti bl-Artikolu 3.

Il-punti tal-kuntatt għandhom ukoll ikunu għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fl-Istat Membru nnifsu għall-istess għanijiet, skond ir-regoli li jridu jiġu stabbiliti minn kull wieħed mill-Istati Membri.

2. B'mod partikolari, il-punti tal-kuntatt għandhom:

(a) ifornu lill-punti tal-kuntatt l-oħra, lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) minn (b) sa (d) u lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fl-Istat Membru nnifsu bit-tagħrif kollu meħtieġ għall-koperazzjoni ġudizzjarju b'saħħitha bejn l-Istati Membri skond l-Artikolu 3, sabiex jassistihom fit-tħejjija tat-talbiet operabbli għall-koperazzjoni ġudizzjarju u sabiex jistabbilixxi l-iktar punti approprjati tal-kuntatt dirett;

(b) ifittxu s-soluzzjonijiet għad-diffikuntajiet li jinħolqu fl-okkażjoni ta' talba għall-koperazzjoni ġudizzjarja, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u għall-Artikolu 6;

(ċ) jiffaċilitaw il-kordinament tal-proċessar tat-talbiet għal koperazzjoni ġudizzjarju fl-Istat Membru rilevanti, b'mod partikolari meta numru ta' talbiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji f'dan l-Istat Membru jaqgħu sabiex jiġu mwettqa li Stat Membru ieħor;

(d) jikkollaboraw fl-organizzazzjoni tal-laqgħat riferiti fl-Artikolu 9 u jieħdu sehem fihom;

(e) jassistu fit-tħejjija u l-aġġornament tat-tagħrif riferit fit-Titoli III, u b'mod partkolari fis-sistema tat-tagħrif għall-pubbliku, skond ir-regoli stabbiliti f'dan it-Titolu.

3. Meta punt tal-kuntatt jirċievi talba għat-tagħrif minn membru ieħor tan-Network li ma jkunx jista' jweġibha huwa, għandu jibgħatha lill-punt tal-kuntatt jew lill-membru tan-Network li jkunu l-iktar kapaċi li jweġbuha. Il-punt tal-kuntatt għandu jissokta jkun disponibbli għal kull għajnuna minn din skond kif tkun utli għall-kuntatti sossegwenti.

4. Fiż-żoni fejn l-istrumenti Komunitarji jew internazzjonali li jirregolaw il-koperazzjoni ġudizzjarju diġà jipprovdu n-nomina ta' l-awtoritajiet responsabbli mill-faċilitazzjoni tal-koperazzjoni ġudizzjarju, il-punti tal-kuntatt għandhom jindirizzaw lil min jagħmel it-talbiet lil dawn l-awtoritajiet.

Artikolu 6

L-awtoritajiet rilevanti għall-għanijiet ta' l-istrumenti Komunitarji jew internazzjonali li jkollhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni ġudizzjarju f'materji ċivili jew kummerċjali

1. L-involviment ta' l-awtoritajiet rilevanti pprovduti bl-istrumenti Komunitarji jew internazzjonali li jkollhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni ġudizzjarju f'materji ċivili jew kummerċjali fin-Network għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-poteri kkonferiti fuqhom mill-istrument li jipprovdi għan-nomina tagħhom.

Il-kuntatti ġewwa n-Network għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kuntatti regolari jew okkażjonali bejn dawn l-awtoritajiet.

2. F'kull Stat Membru l-awtoritajiet ipprovduti mill-istrumenti Komunitarji jew internazzjonali li jkollhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni ġudizzjarja fil-materji ċivcili jew kummerċjali u l-punti tal-kuntatt tan-Network għandhom jidħlu għal skambju regolari tal-veduti u l-kuntatti sabiex jiżguraw illi l-esperjenza rispettiva tagħhom tiġi mxerrda fil-wisa' kemm jista' jkun.

3. Il-punti tal-kuntatt tan-Network għandhom ikunu għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet ipprovduti bl-istrumenti Komunitarji jew internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni ġudizzjarju fil-materji ċivili u kummerċjali u għandu jassistihom fil-manjieri kollha prattikabbli.

Artikolu 7

L-ilsien magħruf tal-punti tal-kuntatt

Sabiex jiffaċilita l-ħidma prattika tan-Network, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jiżgura illi l-punti tal-kuntatt ikollhom għarfien adegwat ta' lsien uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea minbarra dak tagħhom infushom, mogħti illi jeħtieġu li jkunu kapaċi jikkomunikaw mal-punti tal-kuntatt fi Stati Membri oħra.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw u jinkoraġġixxu t-taħriġ f'ilsna speċjalizzati għall-personal tal-punti tal-kuntatt u jippromwovu l-iskambji tal-personal bejn il-punti tal-kuntatt ta' l-Istati Membri.

Artikolu 8

Il-faċilitajiet tal-komunikazzjoni

Il-punti tal-kuntatt għandhom jużaw l-iktar faċilitajiet teknoloġiċi approprjati sabiex iwieġbu b'mod effettiv u raġidu kemm jista' jkun għat-talbiet magħmula lilhom.

IT-TITOLU II

IL-LAQGĦAT FI ĦDAN IN-NETWORK

Artikolu 9

Il-laqgħat tal-punti tal-kuntatt

1. Il-punti tal-kuntatt tan-Network għandhom jiltaqgħu mhux inqas minn darba kull nofs sena, skond l-Artikolu 12.

2. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jkun irrappreżentat f'dawn il-laqgħat minn punt tal-kuntatt jew iktar, li jistgħu jkunu akkumpanjati minn membri oħra tan-Network, imma ma għandux ikun hemm iktar minn erba' rappreżentanti għal kull Stat Membru.

3. L-ewwel laqgħa tal-punti tal-kuntatt għandha tinżamm mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu 2003 mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta' laqgħat ta' tħejjija qabel.

Artikolu 10

Il-għan tal-laqgħat perjodiċi tal-punti tal-kuntatt

1. Il-għan tal-laqgħat perjodiċi tal-punti tal-kuntatt għandu jkun:

(a) sabiex jgħin lill-punti tal-kuntatt li jsiru jafu lil xulxin u jiskambjaw l-esperjenzi, b'mod partikolari rigward il-ħidma tan-Network;

(b) sabiex jipprovdi pjattaforma għad-diskussjoni dwar il-problemi prattiċi u legali ffaċċjati mill-Istati Membri fil-kors tal-koperazzjoni ġudizzjarju, b'riferiment partikolari għall-applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-Komunità Ewropea;

(ċ) sabiex jidentifika l-aħjar prattiċi fil-koperazzjoni ġudizzjarju fil-materji ċivili u kummerċjali u jiżgura illi jiġi mxerred it-tagħrif rilevanti ġewwa n-Network;

(d) sabiex jiġu skambjati l-informazzjoni u l-veduti dwar l-istruttura, l-organizzazzjoni u l-kontenut ta' l-aċċess tat-tagħrif disponibbli msemmi fit-Titolu III;

(e) sabiex jitfasslu l-linji gwida sabiex jistabbilixxu b'mod progressiv il-folji tat-tagħrif prattiku pprovdut bl-Artikolu 15, b'mod partikolari rigward il-kontenut tas-suġġetti li jidu jiġu koperti u l-għamla ta' dawn il-folji ta' tagħrif;

(f) sabiex jiġu identifikati l-inizjattivi speċifiċi minbarra dawk riferiti fit-Titolu III li jsegwu għanijiet paragunabbli.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fil-laqgħat tal-punti tal-kuntatt titqassam bejn xulxin l-esperjenza fil-ħidma tal-mekkaniżmi speċifiċi tal-koperazzjoni pprovduti mill-istrumenti Komunitarji jew internazzjonali.

Artikolu 11

Il-laqgħat tal-membri tan-Network

1. Għandhom jinżammu laqgħat miftuħa għall-membri kollha tan-Network sabiex jgħinuhom isiru jafu lil xulxin u jiskambjaw l-esperjenzai, jipprovdu pjattaforma għad-diskussjoni tal-problemi prattiċi u legali li jiltaqgħu magħhom u jittrattaw mistoqsijiet speċifiċi.

Jistgħu jsiru wkoll laqgħat fuq kwistonijiet speċifiċi.

2. Il-laqgħat għandhom jissejħu, meta approprjat, skond l-Artikolu 12.

3. F'koperazzjoni mill-qrib mal-Presidenza tal-Kunsill u ma' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiffissa n-numru masimu tal-parteċipanti għal kull laqgħa.

Artikolu 12

L-organizzazzjoni u l-proċeduri tal-laqgħat tan-Network

1. F'koperazzjoni mill-qrib mal-Presidenza tal-Kunsill u ma' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ il-laqgħat ipprovduti bl-Artkoli minn 9 sa 11. Għandha tippresedihom u tipprovdi s-servizzi segretarjali.

2. Qabel kull laqgħa, il-Kummissjoni għandha tħejji l-abbozz ta' l-aġenda bi ftehim mal-Presidenza tal-Kunsill u f'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri permezz tal-punti tal-kuntatt rispettivi tagħhom.

3. Il-punti tal-kuntatt għandhom jiġu nnotifikati bl-aġenda qabel il-laqgħa. Jistgħu jitolbu li jsiru bidliet jew biex jiddaħħlu punti addizzjonali.

4. Wara kull laqgħa, il-Kummissjoni għandha tħejji reġistrazzjoni, li għandha tiġi nnotifikata lill-punti tal-kuntatt.

5. Il-laqgħat tal-punti tal-kuntatt u tal-membri tan-Network jistgħu jsiru f'kull Stat Membru.

IT-TITOLU III

IT-TAGĦRIF DISPONIBBLI FI ĦDAN IN-NETWORK, U S-SISTEMA TAT-TAGĦRIF GĦALL-PUBBLIKU

Artikolu 13

It-tagħrif imxerred ġewwa n-Network

1. It-tagħrif imxerred ġewwa n-network għandu jinkludi:

(a) it-tagħrif riferit fl-Artikolu 2(5);

(b) kull tagħrif ieħor meqjus utli mill-punti tal-kuntatt għall-funzjonament tajjeb tan-Network.

2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għanha tistabbilixxi b'mod progressiv sistema ta' skambju tat-tagħrif b'sistema limitata u fis-sigurtà f'konsultazzjoni mal-punti tal-kuntatt.

Artikolu 14

Is-sistema tat-tagħrif għall-pubbliku

1. Għandha tiġi stabbilita b'mod progressiv sistema tat-tagħrif imsejsa fuq l-Internet għall-pubbliku, inkluż il-website iddedikat għan-Network, skond l-Artikoli 17 u 18.

2. Is-sistema tat-tagħrif għandha tħaddan l-elementi li ġejjin:

(a) l-istrumenti Komunitarji fis-seħħ jew fit-tħejjija li għandhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni ġudizzjarju f'materji ċivili u kummerċjali

(b) il-miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni domestika ta' l-istumenti fis-seħħ riferiti fil-punt (a);

(ċ) l-istrumenti internazzjonali fis-seħħ li għandhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni ġudizzjarju f'materji ċivili u kummerċjali li tagħhom l-Istati Membri huma partjiet, u d-dikjarazzjonijiet u r-riservi magħmula f'konnessjoni ma' dawn l-istrumenti;

(d) l-elementi rilevanti tal-ġurisprudenza Komunitarja fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarju fil-materji ċivili u kummerċjali;

(e) il-folji tat-tagħrif ipprovduti bl-Artikolu 15.

3. Għall-għanijiet ta' l-aċċess għat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 minn (a) sa (d), in-Network għandu, meta approrprjat, fuq is-sit tiegħu, jagħmel użu mir-rabtiet ma' siti oħra fejn irid jinstab it-tagħrif oriġinali.

4. Is-sit iddedikat lin-Network għandu bl-istess mod jiffaċilita l-aċċess għall-inizjattivi tat-tagħrif pubbliku paragunabbli f'materji rrelatati u għas-siti li jkun fihom tagħrif li għandu x'jaqsam mas-sistemi legali ta' l-Istati Membri.

Artikolu 15

Il-folji tat-tagħrif

1. Il-folji tat-tagħrif għandhom jiġu ddedikati bħala prijorità għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-aċċess għall-ġustizzja fl-Istati Membri u għandhom jinkludu tagħrif dwar il-proċeduri kif jitressqu l-każijiet fil-qorti u li jiksbu l-għajnuna legali, mingħajr preġudizzju għall-inizjattivi l-oħra Komunitarji, li għalihom in-Network għandu jkollu l-ikbar rigward.

2. Il-folji tat-tagħrif għandhom ikunu ta' natura prattika u konċiża. Għandhom jinkitbu f'ilsien li jiftiehem bla xkiel u jkun fih tagħrif prattiku għall-pubbliku. Għandhom ikunu prodotti b'mod pregressiv f'mill-inqas l-aspetti li ġejjin:

(a) il-prinċipji tas-sistema legali u l-organizzazzjoni ġudizzjarja ta' l-Istati Membri;

(b) il-proċeduri għalbiex jitressqu l-każijiet quddiem il-qorti b'riferiment partikolari għall-pretensjonijiet iż-żgħar, inklużi l-possibbiltajiet u l-proċeduri ta' l-appell.

(ċ) il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għalbiex tinkiseb il-għajnuna legali, inklużi d-deskrizjonijiet tal-kompiti ta' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi f'dan il-kamp, filwaqt li jitqies ix-xogħol diġà mwettaq fid-Djalogu maċ-Ċittadini;

(d) ir-regoli nazzjonali li jirregolaw is-servizz tad-dokumenti;

(e) ir-regoli u l-proċeduri għall-infurzar tas-sentenzi tal-qorti mogħtija fl-Istati Membri l-oħra;

(f) il-possibiltajiet u l-proċeduri għalbiex jinkisbu miżuri interim ta' solliev, b'riferiment partikolari għall-konfiska ta' l-attivi għall-għanijiet ta' l-infurzar;

(g) il-possibiltajiet alternattivi għall-qtugħ tal-kontroversji, b'indikazzjoni għaċ-ċentri nazzjonali tat-tagħrif u tal-pariri tan-Network matul il-Komunità kollha dwar il-Qtugħ, barra mill-Qrati, tal-Konstroversji li jirrigwardaw il-Konsumatur;

(h) l-organizzazzjoni u l-operat tal-professjonijiet legali.

4. Il-folji tat-tagħrif għandhom, meta approprjat, jinkludu l-elementi tal-ġurisprudenza ta' l-Istati Membri.

5. Il-folji tat-tagħrif jistgħu jipprovdu tagħrif iktar iddettaljat għall-ispeċjalisti.

Artikolu 16

L-aġġornament tat-tagħrif

It-tagħrif kollu mqassam ġewwa n-Network u lill-pubbliku skond l-Artikoli minn 13 sa 15 għandu jkun aġġornat regolarment.

Artikolu 17

Ir-rwol tal-Kummissjoni fis-sistema pubblika tat-tagħrif

Il-Kummissjoni għandha:

1. tkun responsabbli mill-ġestjoni tas-sistema tat-tagħrif lill-pubbliku;

2. f'konsultazzjoni mal-punti tal-kuntatt, tibni website lin-Network fuq is-sit tagħha fuq l-Internet:

3. tipprovdi t-tagħrif fuq l-aspetti rilevanti tal-liġijiet u l-proċeduri Komunitarji, inkluża l-ġurisprudenza Komunitarja, skond l-Artikolu 14;

4. (a) tiżgura illi l-format tal-folji tat-tagħrif ikun konsistenti u jinkludu t-tagħrif kollu kkunsidrat meħtieġ min-Network;

(b) wara dan tirranġa li jiġu tradotti fl-ilsna l-oħra uffiċjali ta' l-Istituzzjonijiet fil-Komunità, u tinstallahom fuq is-sit iddedikat lin-Network.

Artikolu 18

Ir-rwol tal-punti tal-kuntatt fis-sistema pubblika tat-tagħrif

Il-punti tal-kuntatt għandhom jiżguraw illi:

1. jiġi fornit lill-Kummissjoni t-tagħrif approprjat meħtieġ sabiex joħloq u jħaddem is-sistema tat-tagħrif;

2. it-tagħrif stallat fis-sistema jkun eżatt;

3. il-Kummissjoni tiġi nnotifikata minnufih b'kull aġġornament hekk kif punt tat-tagħrif ikun jeħtieġ li jinbidel;

4. il-folji tat-tagħrif li għandhom x'jaqsmu ma' l-Istati Membri rispettivi tagħhom jiġu stabbiliti b'mod progressiv, skond il-linji gwida riferita fl-Artikolu 10(1)(e);

5. jiġi rranġat it-tixrid l-iktar wiesa' possibbli tal-folji tat-tagħrif stallat fuq is-sit iddedikat lin-Network fl-Istat Membru tagħhom.

IT-TITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 19

Ir-rivista

1. Mhux iktar tard mill-1 ta' Diċembru 2005, u mill-inqas kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fuq il-bażi ta-tagħrif fornit mill-punti tal-kuntatt. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat jekk meħtieġ bi proposti għall-addattamenti.

2. Ir-rapport għandu jikkunsidra, fost materji rilevanti oħra, il-kwistjoni ta' l-aċċess dirett pubbliku possibbli tal-punti tal-kuntatt tan-Network, l-aċċess u l-involviment tal-professjonijiet legali fl-attivitajiet tiegħu, u s-sinerġija man-Network matul il-Komunità kollha għall-Qtugħ Barra mill-Qrati, tal-Kontroversji dwar il-Konsumatur. Għandu jikkunsidra wkoll ir-relazzjoni bejn il-punti tal-kuntatt tan-Network u ta' l-awtoritajiet kompetenti pprovvduti fl-istrumenti Komunitarji jew intenazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali.

Artikolu 20

L-istabbiliment tal-komponenti bażiċi tan-Network

Mhux iktar tard mill-1 ta' Ġunju 2002, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-tagħrif meħtieġ bl-Artikoli 2(5).

Artikolu 21

Id-data ta' l-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Diċembru 2002, għajr għall-Artikoli 2 u 20 li għandha tapplika mid-data tan-notifika tad-Deċiżjoni lill-Istati Membri li lihom hija indirizzata.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Mejju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Bodström

[1] ĠU C 29 E, tat-30.1.2001, p. 281.

[2] Opinjoni mogħtija fil-5 ta' April 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 139, tal-11.5.2001, p. 6.

[4] ĠU C 19, tat-23.1.1999, p. 1.

[5] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

[6] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 1.

[7] ĠU L 105, tas-27.4.1996, p. 1.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet