Official Journal L 104 , 13/04/2001 P. 0006 - 0008
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ April, 2001 dwar il-marki u l-użu ta’ ċerti prodotti ta’ annimali skond id-Deċiżjoni 2001/172/KE dwar miżuri ta’ ħarsien kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 1114) (Test b’relevanza Żona ŻEE) (2001/304/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju, 1990, dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ fil-Komunità għal annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jitlesta s-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u partikolarment Artikolu 10 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru, 1989, dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ fil-Komunità bil-għan li jitlesta s-suq intern [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE, u partikolarment Artikolu 9 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE [4] dwar il-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam frisk, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/23/KE [5], u partikolarment Artikolu 6(1)(f) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE [6] dwar problemi sanitarji li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-laħam u ċerti prodotti oħra li jiġu mill-annimali, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/76/KE [7], u partikolarment Artikolu 3(A)(7), it-tieni vers tagħha, Billi: (1) Wara r-rapporti li kienet faqqgħet il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2001/172/KE dwar ċerti miżuri ta’ ħarsein kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit [8], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/…/KE [9]. (2) Il-miżuri li għandhom jittieħdu f’żona ta’ sorveljanza huma stabbiliti f’Artikolu 9 tad-Direttiva 85/511/KEE tat-18 ta’ Novembru, 1985, li ddaħħal miżuriKomunitarji għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [10], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja. (3) Is-sitwazzjoni minħabba l-marda fir-Renju Unit teħtieġ li r-restrizzjonijiet fiż-żona ta’ sorveljanza jibqgħu fis-seħħ għal perjodu itwal, bil-problemi li jinqalgħu minħabba n-numru dejjem jikber ta’ annimali tal-qatla li jistgħu jittieħdu mill-marda u li jinżammu f’ażjendi li mhumiex milqutin mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. (4) Artikolu 9 tad-Direttiva 85/511/KEE jipprovdi għal trasport dirett, b’superviżjoni uffiċjali lejn biċċerija, ta’ annimali li jistgħu jittieħdu mill-marda biex isir qtil ta’ emerġenza. Dan it-trasport jista’jkun awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti biss wara li l-veterinarju uffiċjali jeżamina lill-annimali kollha konċernati u jikkonferma li ebda annimal ma jkun infettat. (5) Id-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE dwar problemi sanitarji li jaffettwaw il-kummerċ ta’ laħam frisk fil-Komunità [11], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, tipprovdi li laħam ta’ annimali miżmuma f’azjenda jew f’żona soġġetti għal restrizzjoni minħabba raġunijiet sanitarji skond Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KE dwar problemi sanitarji li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ fil-Komunità ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-barrin u tal-ħnieżer [12], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/20/KE [13], m’għandux jintbagħat mit-territorju ta’ Stat Membru wieħed għal dak ta’ Stat Membru ieħor, u li laħam bħal dak ma jistax ikollu l-boll sanitarju tal-Komunità sakemm dak il-boll sanitarju ma jkunx immarkat b’salib fuqu. (6) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/215/KEE dwar problemi sanitarji li jolqtu l-kummerċ fil-Komunità ta’ prodotti tal-laħam [14], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, tippermetti li prodotti tal-laħam, magħmula minn laħam immarkat b’boll skond Artikolu 5a tad-Direttiva 72/461/KEE, jistgħu jkunu mmarkati skond il-Kapitolu VI t’Anness B tad-Direttiva 77/99/KEE, wara li dan il-laħam ikun għadda minn ċertu trattament. (7) Artikolu 6(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE li tipprovdi li Stati Membri jassiguraw li laħam li jkun ġej minn żona soġġetta għal restrizzjonijiet sanitarji fuq annimali jkun soġġett għal regoli speċifiċi applikabbli għal kull każ skond il-proċedura msemmija f’Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva. Barra minn hekk, Artikolu 6(1)(ħ) tad-Direttiva 64/433/KEE jipprovdi li dan il-laħam għandu jkun immarkat b’boll sanitarju nazzjonali magħmul b’mod li ma jkunx jista’ jitħallat mal-boll Komunitarju u partikolarment li ma jkunx ovali. (8) Artikolu 3(A)(7), it-tieni vers, tad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tipprovdi li prodotti tal-laħam magħmula minn laħam li għandu jitqiegħed fis-suq lokalment għandu jkun immarkat b’boll magħmul skond il-proċedura msemmija f’Artikolu 20 tad-Direttiva 77/99/KEE. (9) Artikolu 3(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE tas-27 ta’ Novembru, 1990, dwar is-saħħa pubblika u problemi sanitarji ta’ l-annimali li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni u tqegħid fis-suq tal-laħam tal-fniek u laħam tal-priża koltivata [15], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/65/KE [16], tipprovdi għall-imbollar sanitarju tal-laħam tal-priża koltivata. (10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/172/KE tipprojbixxi, bl-eċċezzjoni ta’ laħam ta’ annimali maqtula qabel l-1 ta’ Frar, 2001, li jintbagħat laħam frisk ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-barrin, nagħaġ, mogħoż, ħnieżer u oħrajn ta’ żewġt idwiefer mgħawwġa li joriġinaw fir-Renju Unit, u prodotti tal-laħam magħmula minn dan il-laħam, iżda wara ċertu trattament. (11) Din id-Deċiżjoni, għalhekk, għandha l-iskop li tistabbilixxi l-boll sanitarju li jkun japplika għal laħam frisk li jkun ġej minn annimali li jistgħu jittieħdu mill-marda u għal prodotti tal-laħam magħmula minn dan il-laħam li skond il-liġijiet tal-Komunità kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ma jkunux jistgħu jinbiegħu fil-Komunità, u li tistabbilixxi wkoll il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan il-boll. (12) Il-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 85/511//KEE u partikolarment Artikoli 5 u 9 tagħha, ir-Renju Unit għandu jassigura li: 1. Bi qbil ma’ Artikolu 5(1) tad-Direttiva 72/461/KEE, laħam frisk li jkun skond il-kondizzjonijiet ta’ Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE u li jkun ġej minn annimali ta’ l-ispeċi tal-barrin, nagħaġ, mogħoż u ħnieżer, u laħam frisk li jkun skond il-kondizzjonijiet ta’ Artikolu 6 tad-Direttiva 91/495/KEE u li jkun ġej minn annimali oħra ta’ żewġt idwiefer mgħawwġa li joriġinaw fir-Renju Unit u proċessat wara data li għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skond Artikolu 3, ma jkunx immarkat bil-boll sanitarju msemmi fil-Kapitolu XI t’Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE jew fil-Kapitolu III t’Anness I tad-Direttiva 91/495/KEE. 2. Bi qbil ma’ Artikolu 6(1)(h) tad-Direttiva 64/433/KEE u skond id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 6(3) tad-Direttiva 91/495/KEE, laħam frisk imsemmi fil-paragrafu 1 huwa mmarkat b’boll sanitarju nazzjonali magħmul b’mod li ma jkunx jista’ jitħallat mal-boll Komunitarju magħmul skond il-Kapitolu XI t’Anness I ta’ dik id-Direttiva, u partikolarment li ma jkunx ovali. 3. Il-mudell tal-boll sanitarju msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun dak li jinsab fl-Anness. Il-kulur tal-boll sanitarju għandu jkun wieħed mill-kuluri msemmija f’Artikolu 2(8) tad-Direttiva 94/36/KE [17], bl-eċċezzjoni ta’ E129 aħmar allura AC. 4. Bla ħsara għall-paragrafu 1, u sakemm ma jkunx maħsub għall-kummerċ fil-Komunità, meta laħam frisk jitqiegħed f’porzjonijiet kummerċjali biex jinbiegħ direttament lill-konsumatur, il-laħam imsemmi fil-paragrafu 1 jista’, għal perjodu transitorju, jġib il-boll li jinsab fil-Kapitolu XI t’Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE u fil-Kapitolu III t’Anness I tad-Direttiva 91/495/KEE rispettivament, iżda l-boll speċjali li jinsab fil-paragrafu 2 għandu jkun applikat ukoll. Il-qisien meħtieġa skond l-Anness jistgħu ma jkunux applikabbli għal boll meħtieġ skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Artikolu 2 Ir-Renju Unit għandu jassigura li: 1. Prodotti tal-laħam li jissodisfaw il-ħtiġijiet pubbliċi sanitarji skond id-Direttiva 77/99/KEE u li jkunu magħmula minn laħam frisk immarkat skond Artikolu 1(2) għandhom ikunu mmarkati b’boll nazzjonali magħmul b’mod li ma jkunx jista’ jitħallat mal-boll sanitarju tal-Komunità li jinsab fil-Kapitolu VI t’Anness B ta’ dik id-Direttiva, u partikolarment li ma jkunx ovali. B’deroga għall-ewwel supparagrafu, prodotti tal-laħam magħmula minn laħam frisk immarkat skond Artikolu 1(2) ta’ din id-Deċiżjoni u trattati skond Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/172/KE jistgħu jġibu l-boll sanitarju li jinsab fil-Kapitolu VI t’Anness B tad-Direttiva 77/99/KEE u jistgħu jintbagħtu mir-Renju Unit skond id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 3(4), (5) u (6) tad-Deċiżjoni 2001/172/KE. 2. Il-mudell tal-boll sanitarju li jinsab fil-paragrafu 1 ta’ l-ewwel supparagrafu għandu jkun dak li jinsab fl-Anness, iżda l-qisien meħtieġa jistgħu ma jkunux applikabbli. 3. Bla ħsara għall-ewwel supparagrafu tal-paragrafu 1, u sakemm ma jkunux maħsuba għall-kummerċ fil-Komunità, prodotti tal-laħam imsemmija fl-ewwel supparagrafu tal-paragrafu 1 jistgħu, għal perjodu transitorju, iġibu l-boll sanitarju li jinsab fil-Kapitolu VI t’Anness B tad-Direttiva 77/99/KEE, iżda l-boll speċjali li jinsab fil-paragrafu 2 ikun applikat ukoll. Artikolu 3 Ir-Renju Unit għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data meta jkun ser jibda juża l-boll għall-laħam frisk skond Artikolu 1, u m’għandux jippermetti sa dik id-data l-qtil għall-konsum uman ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-barrin, nagħaġ, mogħoż u ħnieżer u annimali oħra ta’ żewġt idwiefer mgħawwġa li joriġinaw minn azjendi fir-Renju Unit f’żoni ta’ protezzjoni u sorvelljanza kif imfissra f’Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 11 ta’ April, 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p.29. [2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p.49. [3] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p.13. [4] ĠU 121, tad- 29.7.1964, p.2012/64. Direttiva aġġornata bid-Direttiva 91/497/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.4.1991, p.69). [5] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p.7. [6] ĠU L 26, tal-31.1.1997, p.85. Direttiva aġġornata bid-Direttiva 92/5/KEE (ĠU L 57, tat-2.3.1992, p.1). [7] ĠU L 10, tas-16.1.1998, p.25. [8] ĠU L 62, tat-2.3.2001, p.22. [9] ĠU L. [10] ĠU L 315, tas-26.11.1985, p.11. [11] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p.34. [12] ĠU I 21, tad- 29.7.1964, p.1977/64. [13] ĠU L 163, ta’ l-4.7.2000, p.35. [14] ĠU L 47, tal-21.2.1980, p.4. [15] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p.41. [16] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p.10. [17] ĠU L 237, tad-19.9.1994, p.13. -------------------------------------------------- ANNESS +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------