Official Journal L 272 , 25/10/2000 P. 0013 - 0014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2356/2000 ta' l-24 ta' Ottubru 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2795/1999 li jistabbilixi r-regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 dwar l-appoġġ Komunitarja għall-miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perijodu taż-żmien ta' qabel l-adeżjoni (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar l-appoġġ Komunitarja għall-miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perijodu taż-żmien ta' qabel l-adezjoni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 iffissa l-parametri u l-limiti li jeħtieġu ċarezza iktar sabiex jirrifletti aħjar il-politika strutturali Komunitarja applikata fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [2]. (2) B'mod partikolari, għandu jiġi ċċarat illi l-"għajnuna pubblika" riferita fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għandu x'jaqsam mal-għajnuna pubblika mhux biss li tiġi konċessa skond il-programmi riferiti fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament. (3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2729/1999 [3] jippermetti biss lill-makkinarju u t-tagħmir li jkunu eliġibbli għas-sostenn fis-settur tal-proċessar u tal-marketing; hija ggarantita l-possibbiltà li jkun hemm rikors għat-tagħmir użat taħt ċerti ċirkostanzi. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 2759/1999 jillimita s-sostenn għall-investiment fil-proċessar u l-marketing tas-settur tal-prodotti mis-sajd li joriġinaw fil-pajjiżi applikanti jew fil-Komunità; din il-limitazzjoni mhix meħtieġa skond il-leġislazzjoni Komunitarja u lanqas ma hija limitazzjoni mixtieqa fis-settur tas-sajd ġewwa r-Regolament (KE) Nru 2729/1999. (5) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istrutturi Agrikolu u l-Iżvilupp Rurali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2759/1999 huwa emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 3(1) jiġi mibdul b'dan li ġej: "1. Is-sostenn jista' jiġi konċess għall-investimenti pprovvduti fl-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 li għandu x'jaqsam mat-titjib tal-proċessar u l-marketing tal-prodotti agrikoli inklużi l-prodotti mis-sajd inklużi fl-Anness I mat-Trattat. Il-prodotti agrikoli, inklużi l-prodotti mis-sajd, iridu joriġinaw fil-pajjiżi applikanti jew fil-Komunità. L-investimentri fil-livell tal-bejgħ bl-imnut għandhom jiġu esklużi mis-sostenn." 2. L-Artikolu 3(2)(b) jiġi mibdul b'dan li ġej: "(b) il-makkinarju u t-tagħmir il-ġodda inkluż is-software tal-kompjuter; madankollu l-Komunità tista' tiftiehem każ b'każ dwar l-eliġibbiltà tat-tagħmir użat bla ħsara għas-salvagwardi speċifiċi b'mod partikolari li jirrigwardaw il-provenjenza u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;". 3. It-titolu ta' l-Artikolu 8 jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Eliġibbiltà u l-intensità tal-għajnuna". 4. Il-paragrafu li ġej jiżdied fit-tarf ta' l-Artikolu 8: "4. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999: (a) "l-investimenti li jiġġeneraw id-dħul" jinkludu l-investimenti kollha, għajr dawk fl-infrastruttura li ma jiġġenerawx dħul nett sostanzjali; (b) "għajnuna pubblika" tfisser din il-għajnuna kollha sewwa jekk permessa skond il-programm u sewwa jekk le." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Ottubru 2000 Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87 [2] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1 [3] ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 51 --------------------------------------------------