Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 tas-17 ta' April 2000 dwar il-miżuri ta' tagħrif li għandhom x'jaqsmu mal-politika komuni agrikola
ĠU L 100, 20.4.2000, p. 7–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 03 Volume 29 P. 22 - 24
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 03 Volume 29 P. 22 - 24
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 03 Volume 29 P. 22 - 24
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 03 Volume 29 P. 22 - 24
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 03 Volume 29 P. 22 - 24
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 03 Volume 29 P. 22 - 24
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 03 Volume 29 P. 22 - 24
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 03 Volume 29 P. 22 - 24
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 03 Volume 29 P. 22 - 24
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 03 Volume 32 P. 96 - 98
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 03 Volume 32 P. 96 - 98
HR.ES Chapter 03 Volume 002 P. 181 - 183
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000
tas-17 ta' April 2000
dwar il-miżuri ta' tagħrif li għandhom x'jaqsmu mal-politika komuni agrikola
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],
Billi:
(1) L-Artikoli 32 sa 38 tat-Trattat jipprovdu sabiex tiġi implimentata politika komuni agrikola.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [3] jistabbilixxi illi l-miżuri maħsuba sabiex jipprovdu tagħrif dwar il-politika komuni agrikola jridu jiġu ffinanzjati mit-Taqsima Garanziji tal-FAEGG.
(3) Għandhom jinżammu l-aspetti prattiċi prinċipali tal-politika kurrenti ta' tagħrif dwar il-politika komuni agrikola.
(4) L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li japplika għall-estimi finanzjarji ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [4] jistipula illi l-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet imdaħħla għal azzjoni sinifikanti Komunitarja teħtieġ att bażiku. Skond il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-bażijiet legali u l-implimentazzjoni ta' l-estimi finanzjarji [5], jeħtieġ ukoll att bażiku għall-miżuri koperti b'dan ir-Regolament.
(5) Spiss il-politika komuni agrikola ma tiġix mifhuma minħabba nuqqas ta' tagħrif. It-triq waħdiena sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rrettifikata hija permezz ta' strateġija konsistenti, oġġettiva u komprensiva ta' tagħrif u ta' komunikazzjoni.
(6) Il-kwistjonijiet li jiċċirkondaw il-politika komuni agrikola u l-iżvilupp tagħha għandhom jiġu spjegati kemm lill-bdiewa kif ukoll lil partijiet oħra interessati direttament, kif ukoll lill-pubbliku ġenerali, kemm ġewwa u kemm barra l-Komunità. L-implimentazzjoni xierqa tal-politika komuni agrikola tiddependi fil-biċċa l-kbira mill-ispjega mogħtija lill-protagonisti kollha u tqajjem il-ħtieġa ta' l-integrazzjoni tal-miżuri tat-tagħrif, li jitqiesu bħala komponenti tal-maniġġjar ta' din il-politika.
(7) Għandhom jiġu definiti l-miżuri ta' prijorità li l-Komunità tista' tappoġġja.
(8) L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dawk li huma mdaħħla fil-biedja u f'erji rurali, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonaijiet għall-protezzjoni ta' l-ambjent għandhom irwol vitali x'jaqdu fit-tagħrif lill-membri tagħhom dwar il-politika komuni agrikola u fit-trasmissjoni ta' l-opinjonijiet tal-Kummissjoni lill-partjiet interessati ġenerali u b'mod partikolari lill-bdiewa.
(9) Ġaladarba l-politika komuni agrikola hija l-ewwel mill-politiki integrati tal-Komunità u l-iktar estensiva, għandha tiġi mfissra lill-pubbliku ġenerali. Partijiet oħra x'aktarx li għandhom il-ħila li jippreżentaw proġetti ta' tagħrif illi jgħinu fil-kisba ta' dan il-għan u għandhom għalhekk ikunu eliġibbli li jagħmlu proposti.
(10) Il-Kummissjoni jrid ikollha r-riżorsi meħtieġa biex timplimenta l-azzjonijiet ta' tagħrif li tixtieq twettaq fil-qasam tal-biedja.
(11) Għalkemm l-attivitajiet li jistgħu jiġu megħjuna skond programmi oħra Komunitarji ma għandhomx jiġu ffinanzjati skond dan ir-Regolament, għandha madankollu tiġi inkoraġġita l-kumplimentarjetà ta' dawn l-attivitajiet ma' inizjattivi oħra tal-Komunità.
(12) Il-miżuiri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummisjoni [6],
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Il-Komunità tista' tiffinanzja miżuri ta' tagħrif li għandhom x'jaqsmu mal-politika komuni agrikola li jimmiraw, b'mod partikolari, biex:
(a) jgħinu, minn banda waħda, biex jispjegaw u, mill-banda l-oħra, biex jimplimentaw u jiżviluppaw din il-politika,
(b) jippromwovu l-mudell Ewropew tal-biedja u jgħinu lill-poplu jifhimha,
(ċ) jinformaw lill-bdiewa u lil partijiet oħra attivi f'erji rurali,
(d) iqajmu l-għarfien pubbliku dwar il-kwistjonijiet u l-għanijiet immedjati ta' din il-politika.
Dawn l-azzjonijiet jimmiraw li jfornu tagħrif koerenti, oġġettiv u komprensiv, kemm ġewwa u kemm barra l-Komunità, sabiex jagħtu stampa ġenerali ta' din il-politika.
L-Artikolu 2
1. Il-miżuri riferiti fl-Artikolu 1 jistgħu jkunu:
(a) programmi annwali ta' xogħol ppreżentati, partikolarment, minn orgnizzazzjonijiet tal-bdiewa jew ta' l-iżvilupp rurali, assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u assoċjazzjonijiet tal-protezzjoni ta' l-ambjent,
(b) miżuri speċifiċi ppreżentati minn kull parti għajr dawk riferiti f’(a), b'mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri, il-medja tax-xandir u l-universitajiet,
(ċ) attivitajiet implimentati fuq l-inizjattiva tal-Komunità.
2. Ir-rata massima tal-finanzjament għall-miżuri riferiti fil-paragrafu 1(a) u (b) għandha tkun ta' 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli. Madankollu, ir-rata tista' tiġi miżjuda sa 75 % f'każijiet eċċezzjonali, li jridu jiġu speċifikati f'Regolament ta' implimentazzjoni.
3. Il-miżuri li ġejjin ma jistgħux jirċievu finanzjament mill-Kommnità provvdut fl-Artikolu 1:
(a) miżuri meħtieġa bil-liġi,
(b) miżuri li digà jirċievu finanzjament minn ħidma oħra Komunitarja.
4. Biex jiġu implimentati l-attivitajiet riferiti fil-paragrafu 1(ċ), il-Kummissjoni tista' tagħmel użu minn kull għajnuna teknika u amministrattiva li teħtieġ.
L-Artikolu 3
1. Il-miżuri eliġibbli skond l-Artikolu 2 għandhom jinkludu, b'mod partikolari, taħdidiet, seminars, viżiti ta' tagħrif, azzjonijiet mill-medja tax-xandir, parteċipazzjoni f'okkażjonijiet internazzjonali u programmi għall-iskambju ta' l-esperjenzi.
2. Il-miżuri riferiti fl-Artikolu 2 għandhom jiġu magħżula fuq il-bażi ta' kriterji ġenerali bħalma huma:
(a) il-kwalità tal-proġett,
(b) l-effettività tan-nefqa (cost effectiveness).
L-Artikolu 4
Il-finanzjament Komunitarju riferit fl-Artikolu 1 ma għandux jaqbeż l-approprjazzjonijiet annwali deċiżi mill-awtorità ta' l-estimi finanzjarji.
L-Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha tiżgura illi l-miżuri u l-proġetti Komunitarji implimentati skond dan ir-Regolament huma konsistenti ma' l-azzjoni Komunitarja u jikkumplimentawha.
L-Artikolu 6
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tikkontrolla l-miżuri ffinanzjati skond dan ir-Regolament sabiex tiżgura illi jiġu implimentati kif jixraq u b'effiċjenza. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jiġu awtorizzati li jagħmlu kontrolli fuq il-post dwar dawn il-miżuri, inkluż bit-teħid ta' kampjuni.
L-Artikolu 7
Fejn tiġġudika li huwa approprjat, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri ffinanzjati skond dan ir-Regolament.
L-Artikolu 8
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-ewwel rapport jrid jiġi ppreżentat l-iktar tard sal-31 ta' Diċembru 2001.
L-Artikolu 9
Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament, inkluża kull miżura transitorja li tista' tinħtieġ, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2).
L-Artikolu 10
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanziji stabbilit bl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-"Kumitat").
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit bl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.
4. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat dwar il-miżuri maħsuba bil-quddiem u meħuda skond dan ir-Regolament.
L-Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, fis-17 ta' April 2000.
Għall-Kunsill
Il-President
L. Capoulas Santos
[1] ĠU C 376 E, tat-28.12.1999, p. 40.
[2] Opinjoni mogħtija fi (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
[3] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.
[4] ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2779/98 (ĠU L 347, tat-23.12.1998, p. 3).
[5] ĠU C 344, tat-12.11.1998, p. 1.
[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
--------------------------------------------------
| Fuq |