32000R0254


Titolu u referenza

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000 tal-31 ta' Jannar 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar n-nomenklatura tat-tariffa u l-statistika u t-Tariffa Doganali Komuni

 ĠU L 28, 3.2.2000, p. 16–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 02 Volume 09 P. 357 - 359
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 02 Volume 09 P. 357 - 359
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 02 Volume 09 P. 357 - 359
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 02 Volume 09 P. 357 - 359
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 02 Volume 09 P. 357 - 359
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 02 Volume 09 P. 357 - 359
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 02 Volume 09 P. 357 - 359
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 02 Volume 09 P. 357 - 359
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 02 Volume 09 P. 357 - 359
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 02 Volume 12 P. 33 - 35
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 02 Volume 12 P. 33 - 35
 HR.ES Chapter 02 Volume 002 P. 216 - 218

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000

tal-31 ta' Jannar 2000

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar n-nomenklatura tat-tariffa u l-statistika u t-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA'L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, partikolarment l-Artikoli 26 u 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 [1], jipprovdi l-bażi legali għat-twaqqif u l-immaniġġjar tan-Nomenklatura Magħquda, it-Tariffa Doganali Komuni u t-Tariffa Integrata tal-Komunitajiet (TARIC);

(2) Hija ħaġa xierqa li tiġi mmodernizzata u ssimplifikata l-preżentazzjoni u l-immaniġġjar tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 kif kien maħsub fl-inizjattiva SLIM (leġislazzjoni simplifikata għas-suq intern);

(3) Id-data li tinsab fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u data oħra ppubblikata bis-saħħa ta' l-istess Regolament, u partikolarment l-Artikoli 6 u 9 tiegħu għandhom, fejn hu possibli, ikunu ukoll aċċessibbli għall-pubbliku f'format elettroniku;

(4) L-iskeda tad-dazji tad-dwana fl-Anness I, Parti II, għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tinludi f'kolonni 3 u 4 rispettivament ir-rati tad-dazju kemm awtonomi kif ukoll konvenzjonali; bil-għan li jiġi razzjonalizzat u simplifikat l-użu ta' din l-iskeda, kolonna waħda biss għandha tinżamm u din il-kolonna għandha tkun tirrifleti r-rati konvenzjonali tad-dazji; kull eċċezzjoni min applikazzjoni ta' rata konvenzjonali ta' dazju b'miżuri awtonomi għandha madankollu tiġi indikata;

(5) Il-bżonnijiet ta' l-istatistika huma normalment koperti fil-livell tan-Nomenklatura Magħquda; biex jiġi llimitat in-numru ta' subartikoli tan-NM u biex tiġi evitata duplikazzjoni ta' sistemi paralleli ta' ġbir ta' data huwa xieraq li, f'ċerti każi, dawn il-bżonnijiet jiġu sodisfatti billi jinħolqu suddiviżjonijiet tat-Taric għal finijiet ta' l-istatistika;

(6) Kodiċi ta' proċedura ġie stabbilit għall-immaniġġjar tan-NM biex jillimita t-tkabbir mhux ġustifikat tan-numru ta' kodiċijiet tan-NM u suddiviżjonijiet ta' l-istatiskia tat-Taric;

(7) Id-definizzjoni kurrenti tat-Taric, jiġifieri li tkun tkopri l-miżuri tagħha, il-komposizzjoni tal-kodiċijiet tagħha u d-deskrizzjoni tagħha dwar l-immaniġġjar, it-trasmissjoni tad-data u l-pubblikazzjoni, għandha tiġi riveduta biex jitqiesu żviluppi reċenti;

(8) Il-kollaborazzjoni tal-laboratorji tad-dwana tal-Pajjiżi Membri għandha tiġi inkoraġġita biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-Tarifa Komuni tad-Dwana u t-Taric;

(9) It-Tariffa tad-Dwana tal-Komunitajiet Ewropej ġiet definita bl-Artikolu 20(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [2]; u bħala konsegwenza m'għadux meħtieġ li tiġi provduta definizzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni f'dan ir-Regolament; l-użu tan-Nomeklatura Magħquda għall-istatistiċi esterni tal-kummerċ diġa ġie stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill KE) Nru 1172/95 tat-22 ta' Mejju 1995 dwar l-isatisitiċi li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' oġġetti mill-Komunità u l-Istati Mmebri tagħha ma' stati li m'humiex membri [3], l-Artikolu 4 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2658/87 għaldaqstant jista jitħassar;

(10) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabilixxi d- dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [4], jistabilixxi r-regoli dwar kif għandhonm jiddaħħlu il-kodiċijiet fid-dikjarazzjonijiet tad-dwana f'livell Komunitarju u ta' l-Istati Membri;

(11) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandhom jiġu adottati skond id-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabilixxi dawn il-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi konferiti fuq il-Kummisssjoni [5],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 qiegħed hawn jiġi emedat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Nomeklatura ta' oġġetti, minn issa 'l quddiem imsejħa "Nomenklatura Magħquda";, jew fil-qosor "NM";, li tħaddan fiha, fl-istess waqt, dak kollu li titlob it-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistiċi kummerċjali esterni tal-Komunità u linji politiċi oħra tal-Komunità rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' oġġetti għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni.";

2. L-Artikolu 1(3) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. In-Nomeklatura Magħquda tidher stampata fl-Anness I. Ir-rati tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni u, fejn huma applikabbli, l-unitajiet supplimetari ta' l-istatistika kif ukoll tagħrif ieħor meħtieġ huma kollha mniżżlin fl-Anness imsemmi.

L-Anness fih ir-rati konvenzjonalki tad-dazju.

Iżda meta rati awtonomi ta' dazju jkunu anqas mir-rati konvenzjonali tad-dazju ta' jew fejn ir-rati konvenzjonali tad-dazju ma jkunux jgħoddu, ir-rati awtonomi jidhru wkoll fl-Anness imsemmi.";

3. L-Artikolu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 2

Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej, min issa 'l quddiem imsejħa "Taric", li tħaddan fiha l-ħtiġiet kollha ta' Tariffa Doganali Komuni, l-statistiċi esterni tal-kummerċ, il-linji politiċi kummerċjali, agrikoli u linji politiċi oħra tal-Komunità rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' oġġetti, għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjponi.

It-Tariffa għandha tkun ibbażata fuq in-Nomenklatura Magħquda u jkun fiha:

(a) il-miżuri li jinsabu f'dawn ir-Regolamenti;

(b) is-suddiviżjonijiet Komunitarji addizzjonali, msejħa "Subartikoli tat-TARIC", li huma meħtieġa għall-implimetazzjoni ta' miżuri Komunitarji speċifiċi mniżżla fl-Anness II;

(ċ) kull informazzjoni oħra meħtieġa għall-implimetazzjoni jew l-immaniġġjar tal-kodiċijiet tat-Taric u kodiċijiet addizzjonali kif definiti fl-Artikoli 3(2) u (3);

(d) ir-rati tad-dazju tad-dwana u imposti oħra fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, inklużi eżenzjonijiet mid-dazju u rati ta' tariffa preferenzali applikabbli għal oġġetti speċifiċi waqt l-importazzjoni u l-esoportazzjoni;

(e) miżuri li jidhru fl-Anness II applikabbli għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' oġġetti speċifiċi."

4. L-Artikolu 4 għandu jitħassar;

5. L-Artikolu 5 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 5

1. It-Taric għandha tintuża mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għall-applikazzjoni ta' miżuri Komunitarji rigward l-importazzjoni fil-u l-esportazzjoni mill-Komunità.

2. Il-kodiċjieti tat-Taric u l-kodiċijiet addizzjonali tat-Taric għandhom jiġu applikati għall-importazzjoni u, fejn ikun applikabbli, għall-esportazzjoni ta' oġġetti li jkunu koperti mis-subartikoli korrispondentti tagħhom.

3. L-Istati Membri jistgħu jżidu suddiviżjonijiet u kodiċijiet adizzjonali għal skopijiet nazzjonalistiċi Il-kodiċijiet ta' identifikazzjoni għandhom jiġu assenjati lil dawk is-suddiviżjonijiet jew kodiċijiet addizzjonali f'konformitaċ mar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.";

6. L-Artikolu 6 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 6

It-Taric għandha tkun stabbilita, aġġornata, maniġġjata, u mxerrda mill-Kummissjoni, li għandha, sa fejn ikun possibli, tuża mezzi kompjuterizzati. Il-Kummissjoni għandha, partikolarment, tieħu l-passi neċessarji biex:

(a) tintegra fit-Taric il-miżuri kollha li jinsabu f'dan ir-Regolament jew li jidhru fl-Anness II li hemm miegħu,

(b) tattribwixxi l-kodiċijiet tat-TARIC u l-kodiċijiet addizzjonali tat-Taric,

(ċ) taġġorna t-Taric immedjatament,

(d) ixxerred f'fomat elettroniku t-tibdil tat-Taric immedjatament. '"

7. Fl-Artikolu 9(1), subparagrafu (a) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(a) applikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tat-Taric, partikolarment rigward

- il-klassifika ta' l-oġġetti li fin-nomenklatura huma msemmija fl-Artikolu 8;

- noti ta' spjegazzjoni;

- il-ħolqien, jekk ikum meħtieġ,u għall-finijiet li jintlaħqu l-bżonnijiet tal-Komunità, ta' subartikoli statistiċi fit-Taric, meta li dan isir ikun jidher li huwa aktar xieraq milli li jsir fin-NM '";

8. Fl-Artikolu 9(1), is-subparagrafu (g) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(g) kwestjonijiet rigward l-applikazzjoni, il-funzjonament u l-immaniġġjar tas-sistema armonizzata għandhom jiġu diskussi fi ħdan il-Kunsill għall-Koperazzjoni tad-Dwana, kif ukoll l-implimentazzjoni tagħhom mill-Komunità.";

9. L-Artikolu 9(2) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Id-dispożizzjonijiet adottati skond dan il-paragrafu ma għandhomx jemendaw

- ir-rati tad-dazji tad-dwana;

- imposti fuq l-agrikultura, rimborsi u ammonti oħra applikabblki fil-qafas tal-politka agrikola komuni jew f'dak ta' skemi spreċifiċi applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli;

- restrizzjonijiet kwantitattivi stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tal-Komunità;

- nomenklaturi adottati fil-qafas ta' politka komuni fl-agrikultura.;"

10. L-Artikolu 10 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 10

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana mwaqqaf skond l-Artikolu 247 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 [6].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE [7] għandha tapplika.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.";

11. L-Artikolu 12 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 12

1. Il-Kummissjoni għandha ta' kull sena tadotta regolament li jirriproduċi l-verżjoni kompluta tan-Nomenklatura Magħquda, flimkien mar-rati tad-dazju konformi ma' l-Artikolu 1, kif jirriżulta minn miżuri adottati mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. L-imsemmi Regolament għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru fil-Ġurnal Ufiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u għandu japplika mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

2. Miżuri u informazzjoni rigward it-Tariffa Doganali Komuni jew tat-Taric għandhom, sa fejn hu possibli, ikunu imxerrda f'format elettroniku bl-użu ta' mezzi kompjuterizzati.

3. Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' tat-Tariffa Doganali Komuni u tat-Taric, il-Kummissjoni għandha tħajjar kordinazzjoni u armonizzazzjoni tal-prattiċi fil-laboratorji tad-dwana ta' l-Istati Membri bl-użu, sa fejn hu possibli, ta' meżżi kompjuterizzati.";

12. L-Artikolu 13 għandu jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-31ta' Jannar 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Pina Moura

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru 2204/1999 (ĠU L 278, tat-28.10.1999, p. 1).

[2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru 955/1999 (ĠU L 119, tas-7.5.1999. p. 1).

[3] ĠU L 118, tal-25.5.1995, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru 374/98 (ĠU L 48, tad-19.2.1998, p. 1).

[4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru 1662/1999 (ĠU L 197, tad-29.7.1999, p. 25).

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[6] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru 955/1999 (ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1).

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet