Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/22/KE tat-28 ta' April 2000 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE dwar strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib, li jitwaħħlu quddiem is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, b'karreġjata dejqa (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 107, 4.5.2000, p. 26–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 25 P. 143 - 144
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 25 P. 143 - 144
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 25 P. 143 - 144
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 25 P. 143 - 144
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 25 P. 143 - 144
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 25 P. 143 - 144
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 25 P. 143 - 144
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 25 P. 143 - 144
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 25 P. 143 - 144
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 29 P. 26 - 27
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 29 P. 26 - 27
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/22/KE
tat-28 ta' April 2000
li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE dwar strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib, li jitwaħħlu quddiem is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, b'karreġjata dejqa
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/2/KE [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib, li jitwaħħlu quddiem is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, b'karreġjata dejqa [3], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tagħha,
Billi:
(1) Biex sabiex tittejjeb is-sigurtà, huwa meħtieġ li jiġu kjarifikati l-metodi għall-ittestjar ta' strutturi ta' protezzjoni, li jitwaħħlu quddiem is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, b'karreġjata dejqa, billi jingħata kont ta' firxa wiesa' ta' tagħmir.
(2) Il-metodi wżati biex jiġu ittestjati dawn l-istrutturi għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kodiċi 6 tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) dwar testijiet uffiċjali fuq strutturi ta' protezzjoni għal tratturi ta' l-agrikoltura.
(3) Id-Direttiva 87/402/KEE għandha tkun emendata kif ġej.
(4) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 74/150/KEE,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I sa V u VII li jinsabu mad-Direttiva 87/402/KEE huma b'dan hekk emendati skond l-Anness li jinsab ma' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. Mill-1 ta' Lulju 2001, l-Istati Membri m'għandhomx:
- jirrifjutaw, għal tip ta' trattur, milli jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew joħorġu d-dokument stabbilit fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew milli jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew
- jipprojbixxu l-ewwel dħul fis-servizz ta' tratturi,
jekk dawk it-tratturi jkunu jikkonformaw mal-kriterji tad-Direttiva 87/402/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.
2. Mill-1 ta' Jannar 2002, l-Istati Membri:
- m'għandhomx joħorġu aktar id-dokument li għalih jipprovdi t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/1500/KEE għal tip ta' trattur jekk dan ma jkunx jikkonforma mal-kriterji tad-Direttiva 87/402/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva,
- jistgħu jirrifjutaw milli jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip partikulari ta' trattur, jekk dan ma jkunx jikkonforma mal-kriterji tad-Direttiva 87/402/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001. Għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-disposizzjoniet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' April 2000.
Għall-Kummissjoni
Erkki Liikanen
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.
[2] ĠU L 21, tas-26.1.2000, p. 23.
[3] ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 1.
--------------------------------------------------
ANNESS
L-Annessi I sa V u VII tad-Direttiva 87/402/KEE huma b'dan emendati kif ġej:
1. Fl-Anness I il-punt 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
"1. Il-ħtiġiet tal-punt 1 tal-Kodiċi 6 ta' l-OECD (Deċiżjoni C(87) 53 finali tal-24 ta' Novembru 1987, kif l-aħħar emendata fit-3 ta' Marzu 1999), bl-eċċezzjoni tal-punt 1.1 għandhom jiġu applikati."
2. L-Anness II huwa sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS II
ĦTIĠIET TEKNIĊI
Il-ħtiġiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li jitwaħħlu quddiem is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, b'karreġjata dejqa, għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punt 3 tal-Kodiċi 6 ta' l-OECD (Deċiżjoni C(87) 53 finali ta' l-24 ta' Novembru 1987, kif l-aħħar emendata fit-3 ta' Marzu 1999). Dawn il-ħtiġiet tekniċi m'għandhomx japplikaw għall-kapitoli tal-punt 3 li jirrelataw mal-bulettin tat-test, modifikazzjonijiet u identifikazzjonijiet żgħar
.
3. L-Annessi III, IV u V huma mħassra.
4. Fl-Anness VII, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:
"— rettangolu li jdawwar l-ittra żgħira "e", segwit bin-numru distintiv ta' l-Istat Membru li jkun ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent:
1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 9 għal Spanja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għall-Lussemburgu, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 21 għall-Portugall, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda,"
.
--------------------------------------------------
| Fuq |