32000L0019


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/19/KE tat-13 ta' April 2000 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE dwar strutturi mmuntati fuq wara bħala protezzjoni kontra t-tgerbib ta' trakters bir-roti ta' spessuri dojoq għall-użu fl-agrikoltura jew fil-foresti (Test b'rilevanza ŻEE)

 ĠU L 94, 14.4.2000, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 25 P. 116 - 117
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 25 P. 116 - 117
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 25 P. 116 - 117
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 25 P. 116 - 117
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 25 P. 116 - 117
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 25 P. 116 - 117
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 25 P. 116 - 117
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 25 P. 116 - 117
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 25 P. 116 - 117
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 28 P. 263 - 264
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 28 P. 263 - 264
 HR.ES Chapter 13 Volume 015 P. 25 - 26

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/19/KE

tat-13 ta' April 2000

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE dwar strutturi mmuntati fuq wara bħala protezzjoni kontra t-tgerbib ta' trakters bir-roti ta' spessuri dojoq għall-użu fl-agrikoltura jew fil-foresti

(Test b'rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' trakters bir-roti għall-użu fl-agrikoltura jew fil-foresti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/2/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE tas-26 ta' Mejju 1986 dwar strutturi mmuntati fuq wara bħala protezzjoni kontra t-tgerbib ta' trakters bir-roti ta' spessuri dojoq għall-użu fl-agrikoltura u fil-foresti [3], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi mtejjba s-sigurtà, huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-metodi għall-ittestjar ta' strutturi mmuntati fuq wara bħala protezzjoni kontra t-tgerbib ta' trakters bir-roti b'fusien ta' spessuri dojoq għall-użu fl-agrikoltura u fil-foresti waqt li jittieħed kont ta' l-għażla kbira ta' l-apparat

(2) Il-metodi għat-testijiet ta' dawn l-istrutturi għandhom jiġu armonizzati ma' dawk stabbiliti fil-Kodiċi 7 ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) dwar it-testijiet uffiċjali ta' strutturi tal-protezzjoni għal trakters għall-użu fl-agrikoltura.

(3) Id-Direttiva 86/298/KEE għandha għalhekk tkun emendata.

(4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bl-Artikolu 12 tad-Direttiva 74/150/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I sa VI tad-Direttiva 86/298/KEE huma b'dan emendati skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta' Lulju 2001, l-Istati Membri ma jistgħux:

- jirrifjutaw, għal tip ta' trakter, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew li joħorġu id-dokument li hemm provvediment dwaru fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 10 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, jew li jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, jew

- jipprojbixxu l-ewwel dħul fis-servizz ta' trakters,

jekk dawk it-trakters ikunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 86/298/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

2. Mill-1 Jannar 2002, l-Istati Membri:

- ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li hemm provvediment dwaru fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu10 (1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta' trakter jekk dan ma jkunx konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 86/298/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta' trakter jekk dan ma jkunx konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 86/298/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawk għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b'riferenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta l-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-13 ta' April 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 84, 28.3.1974, p. 10.

[2] ĠU L 21, 26.1.2000, p. 23.

[3] ĠU L 186, 8.7.1986, p. 26.

--------------------------------------------------

ANNESS

1.2.3.4. L-Annessi I sa VI tad-Direttiva 86/298/KEE huma emendati kif ġej:

Fl-Anness I, il-punt 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-ħtiġiet tal-punt 1 tal-Kodiċi 7 ta' l-OECD (Deċiżjoni C (87) 53 finali tal-24 ta' Novembru 1987, kif l-aħħar emendata fit-3 Marzu 1999), bl-eċċezzjoni tal-punt 1.1 għandhom ikunu applikati."

L-Anness II qiegħed jiġi mibdul b'dan l-ġej:

ANNESS II

ĦTIĠIET TEKNIĊI

Il-ħtiġiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent ta' strutturi mmuntati fuq wara bħala protezzjoni kontra t-tgerbib ta' trakters bir-roti b'fusien ta' spessuri dojoq għall-użu fl-agrikoltura jew fil-foresti għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punt 3 tal-Kodiċi 7 ta' l-OECD (Deċiżjoni C (87) 53 finali ta' l-24 ta' Novembru 1987, kif l-aħħar emendata fit-3 Marzu 1999).

Dawn il-ħtiġiet tekniċi m'għandhomx japplikaw għall-kapitoli tal-punt 3 li għandhom x'jaqsmu mal-bullettin tat-test, modifiki żgħar u identifikar.

L-Annessi III, IV u V huma mħassra.

Fl-Anness VI, l-ewwel inċiż huwa mibdul b'dan li ġej:

"- rettangolu li jdawwar l-ittra "e" b'tipa żgħira segwita bin-numru li jiddistingwixxi l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent:

1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 9 għal Spanja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għall-Lussemburgu, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 21 għall-Portugall, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda."

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet