EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0003

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/3/KE tat-22 ta' Frar 2000 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE dwar iċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta' trażżin ta' vetturi bil-mutur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 53, 25.2.2000, p. 1–76 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 025 P. 8 - 83
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 025 P. 8 - 83
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 025 P. 8 - 83
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 025 P. 8 - 83
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 025 P. 8 - 83
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 025 P. 8 - 83
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 025 P. 8 - 83
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 025 P. 8 - 83
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 025 P. 8 - 83
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 028 P. 155 - 230
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 028 P. 155 - 230
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 002 P. 173 - 248

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/3/oj

32000L0003

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/3/KE tat-22 ta' Frar 2000 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE dwar iċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta' trażżin ta' vetturi bil-mutur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Official Journal L 053 , 25/02/2000 P. 0001 - 0076
CS.ES Chapter 13 Volume 25 P. 8 - 83
ET.ES Chapter 13 Volume 25 P. 8 - 83
HU.ES Chapter 13 Volume 25 P. 8 - 83
LT.ES Chapter 13 Volume 25 P. 8 - 83
LV.ES Chapter 13 Volume 25 P. 8 - 83
MT.ES Chapter 13 Volume 25 P. 8 - 83
PL.ES Chapter 13 Volume 25 P. 8 - 83
SK.ES Chapter 13 Volume 25 P. 8 - 83
SL.ES Chapter 13 Volume 25 P. 8 - 83


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/3/KE

tat-22 ta' Frar 2000

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE dwar iċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta' trażżin ta' vetturi bil-mutur

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], hekk kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2],

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta'Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu maċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta' trażżin ta' vetturi bil-mutur [3], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/36/KE [4], u b'mod partikulari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 77/541/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita mid-Direttiva 70/156/KEE. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 70/156/KEE dwar is-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għad-Direttiva 77/541/KEE.

(2) Fid-dawl tal-progress tekniku huwa possibli illi tittejjeb il-protezzjoni provduta għall-passiġġieri billi ssir meħtieġa l-installazzjoni ta' ċinturini tat-tip ta' tlett punti bir-retractors għas-sedili kollha tal-vetturi bil-mutur fil-Kategorija M1.

(3) Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE [5], il-Komunità aċċediet għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (ECE) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet uniformi tekniċi għal vetturi bir-roti, tgħamir, u partijiet li jistgħu jiġu armati u/jew użati fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta'approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet, magħmul f'Ġinevra fl-20 ta' Marzu 1958, kif rivedut fis-16 ta' Ottubru 1995.

(4) Bl-adeżjoni tagħha mal-Ftehim rivedut, il-Komunità aċċettat lista definita ta' regolamenti stabbiliti skond dak il-Ftehim. Dik il-lista tinkludi r-Regolament UN/ECE Nru 44 li jikkonċerna l-approvazzjoni ta' mezzi ta' trażżin għall-okkupanti tfal fil-vetturi bil-mutur (sistemi ta' trażżin għat-tfal).

(5) Huwa espedjenti illi jiġu inklużi wkoll il-ħtiġiet dwar il-protezzjoni tat-tfal u għaldaqstant li jiġu emendati l-Annessi tad-Direttiva 77/541/KEE billi jkunu inkorporati ħtiġiet speċifiċi għas-sistemi ta' trażżin għat-tfal bażati fuq ir-Regolament UN/ECE Nru 44. Sabiex kollox ikun ċar, it-test sħiħ tal-Annessi tad-Direttiva 77/541/KEE għandu jiġi mibdul.

(6) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-adattament għall-progress tekniku stabbilit mid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Direttiva 77/541/KEE huma mibdula bit-test li hemm fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2000, l-ebda Stat Membru ma jista', għal raġunijiet li jirrigwardjaw iċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta' trażżin:

- jirrifjuta, fir-rigward ta' tip ta' vettura bil-mutur, ċinturin ta' sigurtà, sistema' ta' trażżin jew sistemi ta' trażżin għat-tfal, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz taċ-ċinturini tas-sigurta`, sistemi ta' trażżin jew sistemi ta' trażżin għat-tfal,

jekk iċ-ċinturini tas-sigurtà jew is-sistemi ta' trażżin jew sistemi ta' trażżin għat-tfal in kwistjoni jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/541/KEE kif emendata minn din id-Direttiva.

2. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2001 l-Istati Membri:

- m'għandhomx iktar jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

għal tip ta' vettura, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/541/KEE kif emendata minn din id-Direttiva fir-rigward tas-sistemi ta' trażżin għat-tfal u l-istallazzjoni ta' ċinturini tas-sigurta' fil-pożizzjonijiet ta' bil-qiegħda kollha f'vetturi M1 bl-inklużjoni, meta armati, tas-sistemi ta' trażżin integrati għat-tfal, ma jkunux sodisfatti.

Madanakollu, il-ħtieġa ta' ċinturini tat-tip tat-tlett punti fil-pożizzjonijiet ta' bil-qiegħda kollha f'vetturi M1 għandha tapplika b'effett mill-1 ta' April 2002. Sa din id-data, il-ħtiġiet dwar l-armar taċ-ċinturini tas-sigurta' għal vetturi M1 għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness XV tad-Direttiva 77/541/KEE.

3. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2002, l-Istati Membri:

- għandhom jikkonsidraw iċ-ċertifikati tal-konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda fil-kategorija M1 skond id-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-iskop ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva u jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li m'humiex akkumpanjati minn ċertifikat validu ta' konformità skond id-Direttiva 70/156/KEE, b'eċċezzjoni meta id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(2) ta' din id-Direttiva jiġu invokati,

- jistgħu jirrifjutaw r-reġistrazzjoni, l-bejgħ, jew d-dħul fis-servizz ta' vetturi l-ġodda tal-kategorija N1 u M2 li għandhom massa ta' aktar minn 3,5 tunnelati fir-rigward tas-sistemi ta' trażżin integrati għat-tfal, meta armati

għal raġunijiet li jirrigwardaw iċ-ċinturini tas-sigurtà u sistemi ta' trażżin jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/541/KEE kif emendata minn din id-Direttiva mhumiex sodisfatti.

Madanakollu, il-ħtieġa għaċ-ċinturini tat-tlett punti fil-pożizzjonijiet ta' bil-qiegħda kollha f'vetturi M1 għandha tapplika b'effett mill-1 ta' Ottubru 2004. Sa din id-data, il-ħtiġiet tal-armar taċ-ċinturini tas-sigurtà għal vetturi M1 għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness XV tad-Direttiva 77/541/KEE.

4. B'effett mill-1 ta' Jannar 2001 il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/541/KEE kif emendata minn din id-Direttiva li jirrigwardaw is-sistemi ta' trażżib integrati għat-tfal, meta armati bħala tagħmir oriġinali fuq il-vettura, għandhom japplikaw għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċċessarji sabiex jikkonformaw ma'din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2000. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tal-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel,… 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25.

[3] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 95.

[4] ĠU L 178, tas-17.7.1996, p. 15.

[5] ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 78.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Annessi għad-Direttiva 77/541/KEE jinbidlu b'li ġej:"

LISTA TA' L-ANNESSI

ANNESS I: | Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet, approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent, ħtiġiet tal-installazzjoni |

ANNESS II: | Dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip. Appendiċi 1: Dokument ta' Informazzjoni (komponent) Appendiċi 2: Dokument ta' Informazzjoni (vettura) Appendiċi 3: Ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip (komponent) Appendiċi 4: Ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip (vettura) |

ANNESS III: | Marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent |

ANNESS IV: | Eżempju ta' apparat li jittestja id-durabilità tal-mekkaniżmu tar-retractor |

ANNESS V: | Eżempju ta' apparat li jittestja il-qfil tar-retractors tal-qfil ta' emerġenza |

ANNESS VI: | Eżempju ta' apparat li jittestja r-reżistenza għat-trab tar-retractors |

ANNESS VII: | Deskrizzjoni tal-karru, sedil, ankoraġġi u mezz tat-twaqqif |

ANNESS VIII: | Deskrizzjoni tal-manikin |

ANNESS IX: | Deskrizzjoni tal-kurva tad-deċellerazzjoni tal-karru skond il-ħin |

ANNESS X: | Struzzjonijiet għall-użu |

ANNESS XI: | Test tal-bokkla doppja |

ANNESS XII: | Test tal-mikro-skorriment u test tal-brix |

ANNESS XIII: | Test tal-Korrużjoni |

ANNESS XIV: | Ordni Kronoloġiku tat-testijiet |

ANNESS XV: | Ħtiġiet Minimi għaċ-ċinturini tas-sigurta' u retractors |

ANNESS XVI: | Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni |

ANNESS XVII: | Ħtiġiet tas-sistemi ta' trażżin għat-tfal |

ANNESS XVIII: | Ħtiġiet tal-Installazzjoni għas-sistemi ta' trażżin għat-tfal Appendiċi: Test tal-Anness 13 (punt 5.2 u Appendiċi 2) tar-Risoluzzjoni Konsolidata tan-NU-ECE R.E.3 |

ANNESS I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT, ĦTIĠIET TAL-INSTALLAZZJONI

0. | KAMP TA' APPLIKAZZJONIDin id-Direttiva tapplika għaċ-ċinturini ta' sigurtà u s-sistemi ta' trażżin li huma ddisinjati għall-installazzjoni fil-vetturi li jikkonformaw mad-definizzjoni mogħtija fl-ANNESS II tad-Direttiva 70/156/KEE u li hija intiża għal użu separat, i.e tagħmir taċ-cinturini tas-sigurtà individwali, li jintużaw minn persuni ta' binja adulta u li jokkupaw sedili li jħarsu 'l quddiem jew lura u għas-sistemi ta' trażżin għat-tfal disinjati għall-installazzjoni fil-vetturi tal-kategorija M1, N1. | | |

1. | DEFINIZZJONIJIETGħall-iskopijiet ta' din id-Direttiva: | | |

1.1. | "ċinturin tas-sigurtà (cinturin tas-sigurta, ċinturin)" tfisser assemblaġġ ta' ċineg li jiżguraw il-bokkla, mezzi ta' aġġustament u aċċessorji li huma kapaċi li jiġu ankrati ma' vettura b'mutur u huwa disinjat sabiex jnaqqas ir-riskju ta' ġrieħi għal min jilbsu, fl-eventwalita' ta' kolliżjoni jew deċellerazzjoni f'daqqa tal-vettura, billi jillimita il-mobilità tal-ġisem ta' min jilbsu (jilbishom). Ġeneralment, dan l-assemblaġġ jirreferu għalih bħala "assemblaġġ taċ-ċinturin", terminu li jinkludi ukoll kull mezz għall-assorbiment ta'enerġija jew retrazzjoni taċ-ċinturin; | | |

1.1.1. | "ċinturin addominali" tfisser ċinturin li jgħaddi minn quddiem il-parti tal-pelvi ta' min jilbisha (hom); | | |

1.1.2. | "ċinturin dijagonali" tfisser ċinturin li jgħaddi djagonalment quddiem is-sider, mill-koxxa għall-ispalla tan-naħa l-oħra; | | |

1.1.3. | "ċinturin bi tliet punti" tfisser ċinturin li huwa essenzjalment taħlita taċ-ċinga addominali u ċinga dijagonali; | | |

1.1.4. | "ċinturin tal-arneż" tfisser assemblaġġ taċ-ċinturin li tinkludi ċiturin addominali u ċineg tal-ispallel; | | |

1.2. | "tip ta' ċinturin" tfisser kategorija ta' ċinturini li ma jvarjawx fl-ebda rispett essenzjali bħal: | | |

1.2.1. | partijiet riġidi (bokkla, aċċessorji, retractor, eċċ.); | | |

1.2.2. | il-materjal, nisġa, dimensjonijiet u kulur taċ-ċineg; | | |

1.2.3. | il-geometrija ta' l-assemblaġġ taċ-ċinturin; | | |

1.3. | "ċinga" tfisser komponent flessibli disinjat sabiex jżomm il-ġisem u jittrasmetti stressijiet lill-ankoraġġi taċ-ċinturin; | | |

1.4. | "bokkla" tfisser mezz li jinħall malajr li jippermetti li min jilbsu li jinżamm miċ-ċinturin. Il-bokkla tista' tinkorpora mezz ta' aġġustament taċ-ċinturin, bl-eċċezzjoni tal-każ ta' bokkla taċ-ċinturin tal-arneż; | | |

1.5. | "mezz ta' aġġustament taċ-ċinturin" tfisser mezz li jippermetti liċ-ċinturin jiġi aġġustat skond il-ħtiġiet ta' min jilbsu individwalment u tal-pożizzjoni tas-sedil. Il-mezz ta' aġġustament jista' tkun parti mill-bokkla, retractor jew xi parti oħra taċ-ċinturin tas-sigurtà; | | |

1.6. | "aċċessorji" jfissru partijiet ta' l-assemblaġġ taċ-ċinturin, li jinkludu l-komponenti neċessarji għas-sigurtà, li jippermettulu li jitwaħħal ma' l-ankoraġġi taċ-ċinturin; | | |

1.7. | "Assorbitur tal-enerġija" tfisser mezz iddisinjat sabiex ixerred l-enerġija indipendenti minn jew flimkien maċ-ċinga u jifforma parti mill-assemblaġġ taċ-ċinturin; | | |

1.8. | "retractor" tfisser mezz li jakkomoda parti jew iċ-ċinga kollha taċ-ċinturin tas-sigurta; | | |

1.8.1. | "non-locking retractor (tip 1)" tfisser retractor minn fejn iċ-ċinga li tkun inqalgħet sat-tul kollu tagħha b'forza esterna żgħira u li tippermetti l-aġġustament taċ-ċinga li inqalgħet; | | |

1.8.2. | "retractor li jinħall manwalment (tip 2)" tfisser retractor li jirrekjedi l-operazzjoni manwali ta' mezz mill-persuna li jużah sabiex iħoll ir-retractor sabiex jottjeni l-estrazzjoni taċ-ċinga mixtieqa u li jissakkar awtomatikament meta din l-operazzjoni tieqaf; | | |

1.8.3. | "retractor li jissakkar awtomatikament (tip 3)" tfisser retractor li jippermetti estrazzjoni taċ-ċinga sat-tul mixtieq u li, meta l-bokkla tiġi maqfula, jaġġusta awtomatikament ċ-ċinga ma' min jilbisha. Estrazzjoni ulterjuri taċ-ċinga m'hix possibli mingħajr azzjoni deliberata minn min jilbisha; | | |

1.8.4. | "retractor tal-qfil ta' emerġenza (tip 4)" tfisser retractor li, f'kundizzjonijiet ta' sewqan normali, ma jirristrinġix il-liberta' tal-moviment ta' min jilbes iċ-ċinturin tas-sigurta'. Għandha mezz ta' aġġustament tat-tul li jaġġusta awtomatikament iċ-ċinga ma' min jilbisha, u mekkaniżmi tal-qfil attwat f'każ ta' emerġenza: | | |

1.8.4.1. | deċellerazzjoni tal-vettura (sensittivita' waħdanija); | | |

1.8.4.2. | kombinazzjoni ta' deċellerazzjoni tal-vettura, moviment tal-webbing jew/u kull ħaġa oħra awtomatika tfisser (sensittivita' multipla) | | |

1.8.5. | "retractor ta' qfil ta' emerġenza b'livelli ta' rispons għoli (type 4N)" tfisser retractor tat-tip definit fil-punt 1.8.4, iżda li għandu propjetajiet speċjali fir-rigward tal-użu f'vetturi tal-kategoriji M2, M3, N1, N2 u N3; [1] | | |

1.8.6. | "mezz ta' aġġustament taċ-ċinturin għat-tul" tfisser mezz li jippermetti il-pożizzjoni tal-għoli tal-ħolqa ta' fuq taċ-ċinturin illi tiġi aġġustata skond il-ħtiġiet ta' min jilbsu individwalment u l-pożizzjoni tas-sedil. Dan il-mezz jista' jkun kunsidrat bħala parti miċ-ċinturin jew parti mill-ankoraġġ taċ-ċinturin; | | |

1.9. | "ankoraġġi taċ-ċinturin" tfisser partijiet ta' l-istruttura tal-vettura jew struttura tas-sedil jew ta' xi parti oħra tal-vettura li magħha ic-cinturini ta' sigurtà għandhom jiġu marbuta; | | |

1.10. | "it-tip ta' vettura" fir-rigward tac-cinturini ta' sigurtà u s-sistemi ta' trażżin tfisser kategorija ta' vetturi bil-mutur li ma jvarjawx fir-rispetti essenzjali tad-dimensjonijiet, linji, materjali kostitwenti tal-komponenti ta' l-istruttura tal-vettura jew struttura tas-sedil jew ta' xi parti oħra tal-vettura li magħhom iċ-ċinturini ta' sigurta u s-sistemi ta' trażżin huma imwaħħlin; | | |

1.11. | "sistema ta' trażżin" tfisser sistema li tikkombina sedil, imwaħħal mal-istruttura tal-vettura b'mezzi adatti u ċinturini ta' sigurta għal-liema ta' l-inqas ankoraġġ wieħed jinsab fuq l-istruttura tas-sedil; | | |

1.12. | "sedil" tfisser struttura li tista' tkun jew ma tkunx parti integrali mill-istruttura tal-vettura, kompluta bit-trim, intiża biex toqgħod bil-qiegħda persuna adulta waħda. It-terminu jkopri kemm sedil individwali kif ukoll parti minn sedil-bank kif intiż sabiex jakkomoda persuna waħda; | | |

1.12.1. | "is-sedil tal-passiġġier ta' quddiem" tfisser kull sedil fejn il-punt H l-aktar il-quddiem' tas-sedil in kwistjoni hija ġo, jew quddiem, il-pjan vertikali trasversali minn ġol-punt R tas-sewwieq; | | |

1.13. | "grupp ta' sedili" tfisser jew sedil tat-tip bank, jew sedili li huma separati iżda naħa ma' naħa (i.e. marbutin sabiex l-ankoraġġi tas-sedili ta' quddiem ta' wieħed minn dawn is-sedili jkunu f'linja ma' l-ankoraġġi ta' quddiem jew ta' wara ta' l-ankoraġġi ta' l-ieħor jew bejn l-ankoraġġ tas-sedil l-ieħor) u jakkomoda persuna adulta waħda jew aktar; | | |

1.14. | "sedil-bank" tfisser struttura kompluta bit-trim, intiża sabiex takkkomda tal-inqas żewġ adulti; | | |

1.15. | "sistema' ta' aġġustament" tfisser il-mezz li bih is-sedil jew partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati f'pożizzjoni adatta għall-morfoloġija ta' l-okkupant bil-qiegħda. Dan il-mezz jista' b'mod partikulari, jippermetti: | | |

1.15.1. | ċaqlieq lonġitudinali; | | |

1.15.2. | ċaqlieq vertikali; | | |

1.15.3. | ċaqlieq angulari; | | |

1.16. | "ankoraġġ tas-sedil" tfisser is-sistema li biha l-assemblaġġ tas-sedil hija marbuta ma' l-istruttura tal-vettura, bl-inklużjoni tal-partijiet effetwati ta' l-istruttura tal-vettura; | | |

1.17. | "it-tip ta' sedil" tfisser kategorija ta' sedili li ma jvarjawx fir-rispetti essenzjali bħal: | | |

1.17.1. | l-istruttura, il-forma, id-dimensjonijiet, u l-materjali tas-sedil; | | |

1.17.2. | it-tip u dimensjonijiet tas-sistemi ta' aġġustament u s-sistemi ta' qfil kollha; | | |

1.17.3. | it-tip u d-dimensjonijiet tal-ankoraġġi taċ-ċinturin fuq is-sedil, tal-ankoraġġ tas-sedil u tal-partijiet effetwati mill-istruttura tal-vettura; | | |

1.18. | "is-sistema' ta' ċaqlieq" tfisser mezz li jippermetti lis-sedil jew waħda mill-partijiet tas-sedil li jiġi imċaqlaq b'mod angulari jew lonġitudinali, mingħajr pożizzjoni intermedjarja fissa, biex jiffaċilita' l-aċċess tal-passiġġieri; | | |

1.19. | "sistema' ta' qfil" tfisser mezz li jiżgura illi s-sedil u l-partijiet tiegħu jinżammu f'kull pożizzjoni ta' użu; | | |

1.20. | "il-buttuna mdaħħla l ġewwa ta' rilaxx tal-bokkla": ma għandux jkun possibli illi tinħall il-bokkla billi tuża sfera li għandha dijametru ta'40 mm; | | |

1.21. | "buttuna mhux imdaħħla l ġewwa ta' rilaxx tal-bokkla": għandu jkun possibli illi tħoll il-bokkla billi tuża sfera li għandha dijametru ta'40 mm; | | |

1.22. | "mezz ta' preloading" tfisser mezz addizzjonali jew integrat li jissika ċ-ċinga sabiex jirriduċi l-laxkezza taċ-ċinturin matul sekwenza ta' ħabta; | | |

1.23. | "żona ta' riferenza" tfisser l-ispazju bejn iż-żewġ pjani vertikali u lonġitudinali, 400 mm minn xulxin u simetrikament fir-rigward tal-punt H, u definita b'rotazzjoni ta' l-apparat deskritt fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 74/60/KEE [2], mill-vertikali għall-orizzontali. L-apparat għandu jkun pożizzjonat kif deskritt f'dak l-Anness u ssetjat sat-tul massimu ta' 840 mm; | | |

1.24. | "assemblaġġ ta' l-airbag" tfisser mezz installat sabiex jissuplimenta ċ-ċinturini tas-sigurta u s-sistemi ta' trażżin fil-vetturi bil-mutur, i.e. sistemi li, fil-każ ta' impatt qawwi li jaffetwa l-vettura awtomatikament jitfa' struttura flessibli intiża sabiex tillimita, bil-kompressjoni tal-gass kontenut fiha, il-gravita' tal-kuntatti ta' wieħed jew aktar mill-partijiet tal-ġisem ta' l-okkupant tal-vettura ma' ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġier; | | |

1.25. | "airbag tal-passiġġier" tfisser assemblaġġ ta' l-airbag intiża sabiex tipproteġi l-okkupant(i) f'sedil minbarra dak tas-sewwieq(a) fil-każ ta' kolliżjoni frontali; | | |

1.26. | "sistema ta' trażżin għat-tfal" tfisser arranġament ta' komponenti li jistgħu jinkudu taħlita ta' ċineg u komponenti flessibli b'bokkla li torbot, mezzi ta' aġġustament, aċċessorji, u f'ċertu każi siġġu supplimentari u/jew tarka ta' impatt, li kapaċi jiġi ankrat ma' vettura b'mutur. Huwa hekk iddisinjat ukoll sabiex inaqqas ir-riskju ta' ġrieħi għal min jilbsu, fil-każ ta' kolliżjoni jew deċellerazzjoni f'daqqa tal-vettura, billi jillimita l-mobilta tal-ġisem ta' min jilbsu; | | |

1.27. | "jħares lura" tfisser tħares fid-direzzjoni opposta tad-direzzjoni normali tal-mixja tal-vettura. | | |

2. | APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT | | |

2.1. | Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent. | | |

2.1.1. | L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta' tip ta' ċinturin ta' sigurta' għandha tiġi sottomessa mill-manifattur.L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta' tip ta' sistema ta' trażżin għandha tiġi sottomessa mill-manifattur jew mill-manifattur tal-vettura fuq liema għandha tiġi installata. | | |

2.1.2. | Mudell tad-dokument ta' informazzjoni huwa mogħti f'Appendiċi 1 ta' l-Anness II. | | |

2.1.3. | Il-kampjuni li ġejjin għandhom jiġu sottomessi lis-servizz tekniku li jwettaq t-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip | | |

2.1.3.1. | Sitt kampjuni li wieħed minnhom huwa għal skopijiet ta' riferenza. | | |

2.1.3.2. | 10 metri ta' kull ċinga użat fit-tip ta' ċinturin. | | |

2.1.3.3. | Is-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent għandu d-dritt jitlob għal aktar kampjuni. | | |

2.1.4. | Fil-każ ta' sistemi ta' trażżin, żewġ kampjuni għandhom jiġu sottomessi mill-applikant lis-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta' l-approvazzjoni fuq is-sistema ta' trażżin. Dawn jistgħu jinkludu tnejn mill-kampjuni ta' ċinturini imsemmija f'2.1.2.1 u, skond l-għażla tal-manifattur, jew vettura rappreżentattiva tat-tip ta' vettura li se tiġi approvata, jew parti jew partijiet tal-vettura ikkunsidrati essenzjali mis-servizz. | | |

2.1.5. | Fil-każ ta' sistemi ta' trażżin għat-tfal erba' kampjuni għandhom jiġu pprovduti: | | |

2.1.5.1. | 10 metri ta' kull kategorija ta' ċinga użata fis-sistemi ta' trażżin għat-tfal, bl-eċċezzjoni taċ-ċinga ta' bejn is-saqajn fejn żewġ metri għandhom jiġu pprovduti; u | | |

2.1.5.2. | struzzjonijiet u dettalji dwar l-imballaġġ skond paragrafu 14 ta' l-Anness XVII. | | |

2.1.5.3. | is-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent huwa intitolat li jitlob għall-aktar kampjuni. | | |

2.1.5.4. | Fil-każ ta' carry-cots, jekk it-trażżin tal-carry-cot jista' jintuża flimkien ma' numru ta' tipi ta' carry-cots, il-manifattur tas-sistema ta' trażżin għandu jipprovdi lista ta' dawn ta' l-aħħar. | | |

2.1.5.5. | Meta ċinturin ta'sigurta' ta' adult approvat huwa użat sabiex jorbot is-sistema ta' trażżin għat-tfal, l-applikazzjoni għandha tistqarr il-kategorija taċ-ċinturin tas-sigurtà tal-adult li se tintuża, eż. ċinturini addominali statiċi. | | |

2.1.6. | L-awtorita' kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti sabiex jiżguraw il-kontroll effettiv tal-konformita' tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip. | | |

2.2. | Immarkar. | | |

2.2.1. | Il-kampjuni tat-tip ta' cinturin jew tip ta' sistema ta' trażżin sottomessi għal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent skond 2.1.3 jew 2.1.4 għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem, l-isem kummerċjali jew trade -mark tal-manifattur. | | |

2.2.2. | Il-kampjuni tas-sistemi ta' trażżin għat-tfal sottomessi għall-approvazzjoni skond il-punti 2.1.5 u 2.1.5.1 għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem, inizzjali jew trade mark tal-manifattur. | | |

2.2.2.1. | Waħda mill-partijiet tal-mezz ta' trażżin għat-tfal magħmula mill-plastik (bħal qafas, tarka ta' impatt, booster cushion, eċċ.), bl-eċċezzjoni taċ-ċinturin(i) jew arneż għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar (u li ma jitħassarx) bis-sena ta' produzzjoni. | | |

2.2.2.2. | Jekk il-mezz ta' trażżin se tintuża flimkien maċ-ċinturin ta' sigurta ta' adult, il-mixja korretta tal-webbing għandu jkun indikat b'mod ċar permezz ta' tpinġija permanentement imwaħħla mal-mezz ta' trażżin. Jekk il-mezz ta' trażżin huwa miżmum f'postu biċ-ċinturin ta' sigurtà ta' adult, il-mogħdija tal-webbing għall-modi li jħarsu ‘il quddiem jew lura għandhom ikunu kjarament distingwibbli fuq il-prodott permezz ta' kodiċi tal-kulur. Il-kuluri tal-mogħdija taċ-ċinturin tas-sigurtà li jintużaw meta l-mezz huwa installat jħares ‘il quddiem għandu jkun aħmar mentri meta jħares lura għandu jkun blu. L-istess kuluri għandhom jintużaw fuq it-tikketti tal-mezz li juri l-metodu tal-użu. Il-mgħodijiet separati tas-sezzjonijiet iaddominali u tal-ispalla taċ-ċinturin ta' sigurta' għandhom jkunu distingwibbli kull wieħed fuq il-prodott permezz ta' kodiċi tal-kulur u/jew kliem. Il-marki definiti hawn fuq għandhom jkunu viżibbli bil-mezz ta' trażżin fil-vettura. Għal mezzi ta' trażżin ta' Grupp 0, il-marki għandhom jkunu viżibbli bit-tfal fil-mezz ta' trażżin. | | |

2.2.2.3. | Mezzi ta' trażżin għat-tfal li jħarsu lura għandhom tikketta mwaħħla b'mod permanenti, viżibbli fil-pożizzjoni ta' installazzjoni, bl-avviż:PERIKLU ESTREMTużax f'sedili tal-passiġġieri mgħammra bl-airbagsDin it-tabella għandha tiġi provduta fil-ligwa tal-pajjiż fejn il-mezz huwa mibjugħ. | | |

2.2.2.4. | Fil-każ ta' mezzi ta' trażżin li jistgħu jintużaw iħarsu ' l quddiem jew lura, inkludi l-kliem:IMPORTANTITUŻAHX IĦARES ‘IL-QUDDIEM QABEL IL-PIŻ TAT-TIFEL JKUN IKTAR MINN…(Irreferi għall-istruzzjonijiet) | | |

2.3. | Speċifikazzjonijiet Ġenerali. | | |

2.3.1. | Kull kampjun sottomess skond 2.1 għandu jikkonforma ma' l-ispeċifiazzjonijiet stipulati minn 2.3 sa 2.7. | | |

2.3.2. | Fil-każ ta' sistemi ta' trażżin għat-tfal kull kampjun sottomess skond 2.1 għandu jikkonforma mal-ħtiġiet rilevanti li jinsabu fl-Anness XVII. | | |

2.3.3. | Iċ-cinturin jew sistema ta' trażżin għandhom ikunu ddisinjati u kostruwiti b'tali mod illi meta korrettement stallati u propjament użati mill-okkupant, joperaw b'mod sodisfaċenti u jnaqqsu ir-riskju ta' ġrieħi gravi fil-każ ta' inċident. | | |

2.4. | Partijiet riġidi. | | |

2.4.1. | Ġenerali. | | |

2.4.1.1. | Il-partijiet riġidi taċ-ċinturin ta' sigurta', bħal bokkli, mezzi ta' aġġustament, aċċessorji u affarijiet simili, m'għandux jkollhom truf jaqtgħu li kapaċi jieklu jew iqattgħu ċ-ċineg b' chafing. | | |

2.4.1.2. | Il-partijiet kollha ta' l-assemblaġġ taċ-ċinturin li jistgħu jiġu affetwati bil-korrużjoni għandhom jiġu protetti adegwament għal dan il-għan. Wara li jgħaddu mit-test ta' korrużjoni stipulat f'2.7.2, l-ebda sinjal ta' deterjorazzjoni li abbli jeffetwa il-funzjonament tajjeb tal-mezz jew xi korrużjoni sinifikanti ma għandhom ikunu viżibbli għall-għajn bla għajnuna ta' osservatur kwalifikat. | | |

2.4.1.3. | Partijiet riġidi intiżi li jassorbu enerġija jew li jkunu suġġettati għal jew li jittrażmettu tagħbija m'għandhomx jkunu fraġili. | | |

2.4.1.4. | Il-partijiet riġidi u l-partijiet taċ-ċinturin tas-sigurta' magħmula mill-plastik għandhom ikunu hekk lokati u stallati sabiex meta vettura b'mutur hija f'użu normali, ma jistgħux jinqabdu taħt sedil li jiżżerżaq jew fil-bieba tal-vettura. Jekk waħda mill-partijiet ma tilħaqx il-ħtiġiet imsemmija, għandha tiġi suġġettata għal-cold impact test speċifikat f'2.7.6.4. Wara t-test, jekk hemm xquq viżibbli, fil-koperturi jew mezzi tal-plastik li jżommu l-partijiet riġidi, dawn il-partijiet magħmula mill-plastik għandhom jitneħħew u l-assemblaġġ li jibqa' għandu jiġi ċċekjat li għadu fiż-żgur. Jekk l-assemblaġġ li jibqa' jkun għadu marbut, jew jekk m'hemmx xquq viżibbli, għandu jiġi ċċekjat mill-ġdid sabiex jiġi aċċertat jekk jilħaqx il-ħtiġiet ta' 2.4.2, 2.4.3 u 2.6. | | |

2.4.1.5. | L-użu ta' materjali bi propjetajiet tal-polyamide 6 fir-rigward tar-retenzjoni tal-ilma huwa projbit fil-partijiet mekkaniċi kollha li għalihom dan il-fenomenu jista' jikkawża effett ħażin fuq l-operazzjoni tagħhom. | | |

2.4.2. | Bokkla. | | |

2.4.2.1. | Il-bokkla għandha tiġi ddisinijata b'tali mod illi ma tħallix il-possibilita' ta' użu inkorett: dan jfisser, inter alia, li mhux possibli għall-bokkla li titħalla f'pożizzjoni parzjalment magħluqa. Il-proċedura tal-ftuħ tal-bokkla għandha tkun ovvja. Il-partijiet tal-bokkla li hemm aktarx li jagħmlu kuntatt mal-ġisem ta' min jilbishom għandhom jippreżentaw sezzjoni ta' mhux inqas minn 20 cm2 u tal-inqas 46 mm wiesgħa, imkejla fi pjan li jinsab f'distanza massima ta' 2,5 mm mill-wiċċ ta' kuntatt.Fil-każ tal-bokkli taċ-ċinturin tal-arneż, din il-ħtieġa għandha tkun meqjusa bħala sodisfatta jekk l-area ta' kuntatt tal-bokkla mal-ġisem ta' min jilbisha hija kompriża bejn 20 u 40 cm2. | | |

2.4.2.2. | Il-bokkla, anke jekk mingħajr tagħbija, għandha tinżamm magħluqa, irrispettivament mill-pożizzjoni tagħha. Mhux possibli li tinħall b'forza ta' inqas minn 1 daN.Il-bokkla għandha tiġi disinjata b'tali mod li huwa faċli li tintuża u tinqabad. Għandha tkun kapaċi li tinħall meta taħt it-tgħabija speċifikat f'2.7.9.2.Il-bokkla għandha tinħall meta tingħafas jew b'buttuna jew mezz simili. Il-wiċċ li kontra tiegħu il-pressjoni hija applikata għandu jkollu d-dimensjonijiet li ġejjin meta l-buttuna tkun fil-pożizzjoni ta' rilaxx u meta proġettata fi pjan perpendikulari mal-moviment tad-direzzjoni inizjali tal-buttuna(i): għall-mezzi magħluqa, area ta' mhux inqas minn 4,5 cm2 u wisa' ta' mhux inqas minn 15 mm,għall-mezzi mhux magħluqa, area ta' mhux inqas minn 2,5 cm2 u wisa' ta' mhux inqas minn 10 mm.Din l-area għandha jkollha kulur aħmar. L-ebda parti oħra tal-bokkla m'għandu jkollha dan il-kulur. | | |

2.4.2.3. | Il-bokkla għandha tkun kapaċi li minkejja l-operazzjoni ripetuta u, qabel it-test dinamiku li għalih saret riferenza f' 2.7.8, jgħaddi 5000 ċikli ta' ftuħ u ta' għeluq taħt kundizzjoniiet normali ta' użu. Fil-każ ta' bokkla ta' ċinturin tal-arneż, dan it-test jista' jsir mingħajr ma jkunu introdotti l-ilsna kollha. | | |

2.4.2.4. | Il-bokkla, meta ttestjata skond 2.7.6.3 għandha taħdem normali. | | |

2.4.2.5. | Il-forza meħtieġa sabiex tiftaħ il-bokkla fit-test stipulat f'2.7.9 m'għandhiex teċċedi 6 daN. | | |

2.4.2.6. | Il-bokkla għandha tiġi ittestjata għas-saħħa skond il-ħtiġiet ta' 2.7.6.1 u 2.7.6.5, kif meħtieġ. M'għandhiex titkisser, titgħawweġ serjament jew tinqala'meta suġġettata għal-load stipulat. | | |

2.4.2.7. | Fil-każ ta' bokkli li jinkorporaw komponenti komuni għaż-żewġ assemblaġġi, jekk il-bokkla ta' assemblaġġ wieħed tista' tiġi armata fl-użu mal-parti li taqbel ta' dik l-assemblaġġ u ma' dik ta' l-assemblaġġ l-ieħor, it-testijiet tas-saħħa u r-rilaxx imsemmija f'2.7.8 u 2.7.9 għandhom jitmexxew għaż-żewġ mezzi possibbli ta' l-assemblaġġ. | | |

2.4.3. | Mezz ta' aġġustament taċ-ċinturin. | | |

2.4.3.1. | Żewġ kampjuni ta' kull mezz ta' aġġustament taċ-ċinturin għandhom jiġu ttestjati skond il-ħtiġiet ta' 2.7.4. Iċ-ċinga m'għandiex teċċedi il-25 mm għal kull kampjun tal-mezz ta' aġġustament u s-somma tax-shifts għal kull mezz ta' aġġustament ta' cinturin m'għandux jkun iktar minn 40 mm. | | |

2.4.3.2. | Il-mezzi ta' aġġustament kollha għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa skond 2.7.6.1. Dawn m'għandhom la jinkissru jew jinqalgħu meta suġġettati għal-load stipulat. | | |

2.4.3.3. | Meta test isir skond 2.7.6.6, il-forza meħtieġa sabiex topera kull mezz manwali m'għandhiex teċċedi il-5 daN. | | |

2.4.4. | Aċċessorji u mezzi ta' aġġustament ta' ċinturini għall-għoli.L-aċċessorji għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa kif stipulat fl-punti 2.7.6.1 u 2.7.6.2. Il-mezzi ta' aġġustament taċ-ċinturin attwali għat-tul għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa hekk kif stipulat fil-punt 2.7.6.2 tad-Direttiva preżenti meta dawn ma jkunux ġew ittesjati fuq il-vettura fl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE emendata [3]dwar l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurta'. Dawn il-partijiet m'għandhomx jitkissru jew jinqalgħu taħt tensjoni issetjata mill-load stipulat. | | |

2.4.5. | Retractors.Retractors għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet speċifikati hawn taħt, li jinkludu t-testijiet għas-saħħa stipulata f' 2.7.6.1 u 2.7.6.2. | | |

2.4.5.1. | Retractors li jissakru awtomatikament. | | |

2.4.5.1.1. | Iċ-ċinga taċ-ċinturin ta' sigurta' armat b'retractor li jaqfel awtomatikament m'għandux jkollha aktar minn 30 mm bejn il-pożizzjonijiet tal-qfil tar-retractor. Wara moviment lura minn min jilbisha, iċ-ċinturin għandu jew jibqa' fil-pożizzjoni inizjali tiegħu jew jirritorna għal dik il-pożizzjoni awtomatikament b'movimenti sussegwenti il quddiem ta' min jilbishom. | | |

2.4.5.1.2. | Jekk ir-retractor hija parti miċ-ċinturin addominali, ir-retracting force taċ-ċinga m'għandiex tkun inqas minn 0,7 daN meta imkejla f'tul liberu bejn il-manikin u r-retractor skond 2.7.7.4.Jekk ir-retractor huwa parti minn ċinga djagonali, ir-retracting force taċ-ċinga m'għandiex tkun inqas minn 0,2 daN u mhux iktar minn 0,7 daN meta imkejla similarment. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn ġo gwida jew taljola, ir-retracting force għandha titkejjel f'tul liberu bejn il-manikin u l-gwida jew taljola. Jekk l-assemblaġġ jinkorpora mezz li, ma operazzjoni awtomatika jew manwali, jipprevjeni liċ-ċinga milli tkun kompletament tinġibed lura, dak il-mezz m'għandux jitħaddem meta ir-retracting force huwa assessjat. | | |

2.4.5.1.3. | Iċ-ċinga għandha tiġi rtirata mir-retractor u mħollija terġa tinġibed lura ripetutement, skond il-metodu deskritt f'2.7.7.1, sa meta 5000 ċiklu ta' irtirar u retraction ikunu ġew kompletati. Ir-retractor għandu imbagħad jiġi suġġettat għat-test ta' korrużjoni stipulat f'2.7.2 segwit mit-test tar-reżistenza għat-trab deskritt f' 2.7.7.3. Imbagħad għandha tagħmel 5000 ċiklu oħra u wara dan għandha xorta waħda tilħaq il-ħtiġiet meħtieġa minn 2.4.5.1.1 u 2.4.5.1.2. Wara t-testijiet t'hawn fuq, ir-retractor għandu jibqa' jiffunzjona korretement u jagħlaq iċ-ċinga effiċjentement. | | |

2.4.5.2. | Retractors ta' qfil ta' emerġenza. | | |

2.4.5.2.1. | Retractor ta' qfil ta' emerġenza għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin meta ttestjat skond 2.7.7.2. fil-każ ta' sensittivita' waħdanija, skond il-punt 1.8.4.1, l-ispeċifikazzjonijiet biss li jirrigwardjaw id-deċellerazzjoni tal-vettura huma validi. | | |

2.4.5.2.1.1. | Għandu jissakkar meta d-deċellerazzjoni tal-vettura tilħaq valur ta' 0,45 g fil-każ tat-tip 4 jew 0,85 g fil-każ ta' retractors tat-tip 4N. | | |

2.4.5.2.1.2. | M'għandux jissakkar fl-aċċelerazzjonijiet taċ-ċinga, imkejla fid-direzzjoni tal-ħall, ta' inqas minn 0,8 g fil-każ tar-4 tip jew inqas minn 1,0 g fil-każ ta' retractors tat-tip 4N. | | |

2.4.5.2.1.3. | B' żieda ma dan, m'għandux jaqfel meta hemm s-sensor huwa inklinat f'angolu li ma jeċċedix 12o f'kull direzzjoni mill-pożizzjoni ta' installazzjoni speċifikata mill-manifattur. | | |

2.4.5.2.1.4. | Għandu jinqafel meta s-sensor jkun inklinat f'angolu ta' mhux inqas minn 27o fil-każ tat-tip 4 jew mhux inqas minn 40o fil-każ fil-każ ta' retractors tat-tip 4N f'kull direzzjoni mill-pożizzjoni ta' installazzjoni speċifikata mill-manifattur. | | |

2.4.5.2.1.5. | Jekk l-operazzjoni tar-retractor tiddependi fuq xi sinjal jew sors t'enerġija esterni, il-mezz għandu jiżgura li r-retractor jissakkar awtomatikament fl-eventwalita' ta' ħsara jew interruzzjoni tas-sinjal jew sors ta' enerġija. Madanakollu, din il-ħtieġa, m'għandhiex għalfejn tintlaħaq f'każ ta'retactor b'sensittivitijiet multipli sakemm sensitività waħda biss tiddependi fuq sinjal jew sors ta' enerġija esterni u l-ħsara fis-sinjal estern jew sors ta' qawwa huwa indikat lis-sewwieq permezz ta' mezzi ottiċi/akustiċi. | | |

2.4.5.2.2. | Meta ittestjat skond 2.7.7.2, ir- retractor tal-qfil ta' emerġenza b'sensittivita' multipla, li jinkudi sensittivita' taċ-ċinga, għandu jaqbel mal-ħtiġiet speċifikati u jissakkar ukoll meta l-aċċelerazzjoni taċ-ċinga imkejla fid-direzzjoni tal-ħall mhix inqas minn 2,0 g. | | |

2.4.5.2.3. | F'kull test imsemmi f' 2.4.5.2.1 u 2.4.5.2.2, l-ammont tal-moviment taċ-ċinga li jseħħ qabel mar-retractor jissakkar m'għandux jeċċedi 50 mm, li jibda mit-tul speċifikat f' 2.7.7.2.1. Sabiex jikkonforma mal-ħtiġiet ta' 2.4.5.2.1.2, ir-retractor għandu jiġi kunsidrat bħala sodisfaċenti jekk, fil-valuri tal-aċċelerazzjoni taċ-ċinga stipulati f'dan il-punt, ma jissakkarx tal-inqas sakemm l-ewwel 50 mm taċ-ċinga jkunu inħallu, li tibda mit-tul speċifikat f'2.7.7.2.1. | | |

2.4.5.2.4. | Jekk ir-retractor huwa parti miċ-ċinturin addominali, ir-retracting force taċ-ċinga m'għandhiex tkun inqas minn 0,7 daN meta imkejla fit-tul liberu bejn il-manikin u r-retractor, skond 2.7.7.4. Jekk ir-retractor huwa parti miċ-ċinga diagonali; ir-retracting force taċ-ċinga m'għandiex tkun inqas minn 0,2 daN u mhux aktar minn 0,7 daN meta imkejla similarment. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn ġo gwida jew taljola, ir-retracting force għandha titkejjel fit-tul liberu ta' bejn il-manikin u l-gwida jew t-taljola u jekk l-assemblaġġ jinkorpora mezz li, f'operazzjoni manwali jew awtomatika, ma jħallix liċ-ċinga li tkun kompletament miġbuda lura, dak il-mezz m'għandux jopera meta r-retracting force jiġi meqjus. | | |

2.4.5.2.5. | Iċ-ċinga għandha tiġi rtirata mir-retractor u mħollija tinġibed lura ripetutament skond il-metodu deskritt f' 2.7.7.1 sa meta 40000 ċikli ta' irtirar u retraction ikunu ġew kompletati. Ir-retractor għandu imbagħad jiġi soġġettat għat-test ta' korrużjoni stipulat f'2.7.2 segwit mit-test tar-resistenza għaat-trab kif deskritt f'2.7.7.3. Imbagħad għandha tagħmel 5000 ċiklu ieħor b'mod sodisfaċenti ta' irtirar u ġbid lura, u wara dan tkun xorta tilħaq il-ħtiġiet meħtieġa minn 2.4.5.2.1, 2.4.5.2.2, 2.4.5.2.3, u 2.4.5.2.4. Wara t-testijiet t'hawn fuq, ir-retractor għandu jibqa' jiffunzjoni korretement u jistiva ċ-ċinga effiċjentement. | | |

2.4.6. | Mezz ta' Pre-loading. | | |

2.4.6.1. | Wara li jkun ġie sottomess għall-ittestjar ta' kontra il-korrużjoni skond il-punt ta' 2.7.2, il-mezz ta' pre-loading (li jinkludi s-sensor ta' impatt imwaħħal mal-mezz mill-plugs oriġinali iżda mingħajr kurrent għaddej minnhom) għandu jaħdem normalment. | | |

2.4.6.2. | Għandhu jiġi vverifikat li t-tħaddim involontarju tal-mezz ma jinvolvix riskju ta' ġrieħi gravi għal min jilbisha. | | |

2.4.6.3. | Fil-każ ta' mezzi ta'pre-loading pirotekniċi. | | |

2.4.6.3.1. | Wara li jkun ġie sottomess għall-kundizzjonament skond il-punt 2.7.10.2, l-operazzjoni tal-mezz tal-pre-loading m'għandhiex tkun attivata mit-temperatura u l-mezz għandu jibqa' jaħdem normalment. | | |

2.4.6.3.2. | Prekawzjonijiet għandhom jittieħdu sabiex jipprevjenu li xi gassijiet sħan li joħorġu ma jqabbdux il-materjali fjammabbli adjaċenti. | | |

2.5. | Ċineg | | |

2.5.1. | Ġenerali. | | |

2.5.1.1. | Il-karatteristiċi taċ-ċineg għandhom jkunu tali illi jiżguraw li l-pressjoni tagħhom fuq il-ġisem tal-persuna li tilbishom tkun imqassma b'mod ugwali kemm jista' jkun għall-wisa' kollha u ma tintlewiex, anke bit-tgħabija. Għandu jkollhom kapaċitajiet ta' assorbiment ta' enerġija u telf ta' enerġija. Iċ-ċineg għandu jkollhom salvages lesti li ma jinħallux mal-użu. | | |

2.5.1.2. | Il-wisa' taċ-ċinga taħt tgħabija ta' 980 daN m'għandiex tkun inqas minn 46 mm. Id-dimensjonijiet għandhom jitkejlu matul it-test tat-tkissir tas-saħħa stipulat f'2.7.5, u mingħajr ma titwaqqaf il-magna. | | |

2.5.2. | Saħħa wara kundizzjonament tal-kamra.Fil-każ ta' żewġ kampjuni taċ-ċineg kundizzjonijati f'konformita' ma' 2.7.3.1, il-breaking load taċ-ċinga, determinata skond 2.7.5, m'għandiex tkun inqas minn 1470 daN. Id-differenza bejn il-breaking load s taż-żewġ kampjuni m'għandiex tkun iktar minn 10 % tal-ikbar waħda mill-breaking load s imkejla. | | |

2.5.3. | Saħħa wara kundizzjonament speċjali.Fil-każ ta' żewġ kampjuni ta' ċineg ikkundizzjonati f'konformita' ma' wieħed mid-dispożizzjonijiet ta' 2.7.3 (bl-eċċezzjoni ta' 2.7.3.1), il-breaking load taċ-ċinga m'għandux jkun inqas minn 75 % tal-medja tal-loads determinati fit-test li għalih saret riferenza f'5.2, u mhux inqas minn 1470 daN. Is-servizz tekniku jista' jiddispensa minn wieħed jew aktar minn dawn it-testijiet jekk il-kompożizzjoni tal-materjal użat, jew l-informazzjoni li huwa diġa a diżposizzjoni, jrendi it-test jew t-testijiet superfluwi. | | |

2.6. | Assemblaġġ taċ-ċinturin jew sistema ta' trażżin. | | |

2.6.1. | Ħtiġiet għat-test dinamiku. | | |

2.6.1.1. | L-assemblaġġ taċ-ċinturin jew sistema ta' trażżin għandhom ikunu suġġetti għat-test dinamiku f'konformita' ma' 2.7.8. | | |

2.6.1.2. | It-test dinamiku għandu jsir fuq żewġ assemblaġġi ta' ċinturini li qatt qabel ma ġew imqegħda taħt tgħabija, bl-eċċezzjoni ta' assemblaġġi ta'ċinturini li jiffurmaw parti minn sistemi ta' trażżin, meta it-test dinamiku jkun sar fuq is-sistemi ta' trażżin intiżi għal grupp ta' sedili li qatt ma kienu taħt tgħabija qabel. Il-bokkli taċ-ċinturini li għandhom jiġu ttestjati għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet imniżżla f'punt 2.4.2.3. Fil-każ ta' ċinturini ta' sigurta' bir-retractors, ir-retractor għandu jiġi suġġettat għat-test tar-reżistenza għat-trab imniżżel fil-punt 2.7.7.3; minbarra dan, fil-każ ta' ċinturini tas-sigurta' jew sistemi ta' trażżin armati b'mezz tal-pre-loading li jinkludi mezzi pirotekniċi, il-mezz għandu jiġi suġġettat għall-kundizzjonament speċifikat fil-punt 2.7.10.2. | | |

2.6.1.2.1. | Iċ-ċinturini wara li jkunu għaddew mit-test ta' korrodiment definit fil-punt 2.7.2, wara li l-bokkli jkunu ġew suġġettati għal 500 cikli ta' ftuħ u għeluq oħra f'kundizzjonijiet normali ta' użu. | | |

2.6.1.2.2. | Fil-każ ta' ċinturini ta' sigurta' bir-retractors, dawn ta' l-aħħar għandhom jiġu suġġettati għat-testijiet deskritti fil-punti 2.4.5.1 jew 2.4.5.2. Jekk, madanakollu, ir-retractor jkun ġie diġa suġġettat għat-test ta' korrużjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.6.1.2.1, dan it-test m'għandux għalfejn jiġi ripetut. | | |

2.6.1.2.3. | Fil-każ ta' ċinturinintiż għall-użu b'mezz t'aġġustament taċ-ċinturin għall-għoli, kif definit fil-punt 1.8.6 t'hawn fuq, it-test għandu jsir bil-mezz aġġustat fil-pożizzjoni(ijiet) l-inqas favorevoli magħżula mis-servizz tekniku responsabbli mill-ittestjar. Madanakollu jekk il-mezz ta' aġġustament għall-għoli jikkonsisti mill-ankoraġġ innifsu, kif permess fid-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE [4], is-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet jista', jekk jixtieq, minn issa ‘l quddiem japplika id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.7.8.1. | | |

2.6.1.2.4. | Fil-każ ta' ċinturini ta' sigurta' b'mezz ta' pre-loading iċ-ċaqlieq minimu speċifikat fil-punt 2.6.1.4.1 hawn taħt jista' jiġi ridott b'nofs. Għal dan it-test, il-mezz tal-pre-loading għandu jkun qed jaħdem. | | |

2.6.1.3. | Matul it-test, il-ħtiġiet li ġejjin għandhom jintlaħqu: | | |

2.6.1.3.1. | L-ebda parti mill-assemblaġġ taċ-ċinturin jew sistema ta' trażżin li jorbtu lill-okkupant m'għandha titkisser u l-ebda bokkla jew sistema ta' qfil jew ċaqlieq m'għandha tinħall; u | | |

2.6.1.3.2. | Il-moviment ‘il quddiem tal-manikin għandu jkun bejn 80 u 200 mm fil-livell pelviku fil-każ ta' ċinturini addominali. Fil-każ ta' ċinturin tal-arneż iċ-ċaqlieq minimu speċifikat għall-pelvi jista' jiġi ridott b'nofs. Fil-każ ta' tipi oħra ta' ċinturini iċ-ċaqlieq ‘il quddiem għandu jkun bejn 80 u 200 mm fil-livell pelviku u bejn 100 u 300 mm fil-livell tas-sider. Dan iċ-ċaqlieq huwa moviment in relazzjoni mal-punti tal-kejl murija fl-Anness VIII, Figura 6. | | |

2.6.1.3.3. | Fil-każ ta' ċinturin ta' sigurta' intiż li jintuża fil-pożizzjoni ta' bil-qiegħda ta' quddiem protetta b'airbag quddiemha, il-moviment tal-punt ta' riferenza tas-sider jista' jeċċedi dak speċifikat fil-paragrafu 2.6.1.3.2 hawn fuq jekk il-veloċita' tiegħu f'dan il-valur ma teċċedix l-24 km fis-siegħa. | | |

2.6.1.4. | Fil-każ ta' sistema ta' trażżin: | | |

2.6.1.4.1. | Il-moviment tal-punt ta' riferenza tas-sider jista' jeċċedi dak speċifikat f'2.6.1.3.2 jekk jista' jintwera illi, jew bil-kalkolu jew b'xi test ulterjuri tas-sider jew tar-ras tal-manikin użat fit-test dinamiku jkun ġie f'kuntatt ma' xi parti riġida ta' quddiem tal-vettura, apparti mill-kuntatt tas-sider mal-assemblaġġ tal-isteering jekk dan ta' l-aħħar jilħaq il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE [5] u basta illi il-kuntatt ma jseħħx f'veloċita' għola minn 24 km fis-siegħa. Għal dan l-assessment, is-sedil għandu jiġi kkunsidrat li jkun fil-pożizzjoni kif speċifikata f'2.7.8.1.5. | | |

2.6.1.4.2. | Fil-vetturi fejn dawn il-mezzi huma wżati, il-moviment u s-sistemi ta' qfil li jippermettu lill-okkupanti tas-sedili kollha illi jħallu l-vettura għandhom jibqgħu jitħaddmu bl-id anke wara t-test dinamiku. | | |

2.6.1.5. | Bħala deroga, fil-każ tar-sistema ta' trażżin, il-movimenti jistgħu jkunu ikbar minn dawk speċifikati f'punt 2.6.1.3.2 fil-każ fejn l-ankoraġġ ta' fuq armat fis-sedil skond id-deroga provduta fil-punt 5.5.4 ta' l-Anness I tad-Direttiva 76/115/KEE. Dettalji tas-sistema ta' trażżin ikkonċernata jinkludu l-Addendum taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip imsemmi f'Appendiċi 3 u 4 ta' l-Anness II. | | |

2.6.2. | Saħħa wara l-proċedura ta' brix. | | |

2.6.2.1. | Għaż-żewġ kampjuni kundizzjonati skond 2.7.3.6, il-breaking load għandu jkun stmat skond 2.5.2 u 2.7.6. Għandu jkun tal-inqas 75 % tal-medja tal-breaking load s ddeterminati matul it-testijiet fuq iċ-ċineg mhux mibruxin, u mhux inqas mit-tgħabija minimu speċifikat għall-affarijiet li ġew ittestjati. Id-differenza bejn il-breaking load s taż-żewġ kampjuni m'għandiex teċċedi 20 % tal-ikbar mill-breaking load s imkejla. Fil-proċeduri tat-tip 1 u 2, it-test tas-saħħa tat-tensili għandu jitmexxa fuq kampjuni taċ-ċineg biss (punt 2.7.5.) Fit-tip ta' proċedura 3 it-test tas-saħħa tat-tensili għandu jiġi kondott fuq iċ-ċinga u l-partijiet rilevanti riġidi (punt 2.7.6). | | |

| Proċedura tat-Tip 1 | Proċedura tat-Tip 2 | Proċedura tat-Tip 3 |

Aċċessorju | - | - | x |

Gwida jew taljola | - | x | - |

Ħolqa tal-bokkla | - | x | x |

Mezz ta' aġġustament | x | - | x |

Partijet meħjuta maċ-ċinga | - | - | x |

| | |

2.7. | Testijiet. | | |

2.7.1. | Użu ta' kampjuni sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent ta' tip ta' cinturin jew sistema ta' trażżin (ara l-Anness XIV). | | |

2.7.1.1. | Żewġ ċinturini jew sistemi ta' trażżin huma meħtieġa għall-ispezzjoni tal-bokkla, It-test tat-temperatura baxxa tal-bokkla, deskritt f'punt 2.7.6.4 meta neċċessarju, is-surabilita' tal-bokkla, it-test tal-korrużjoni taċ-ċinturin, it-testijiet tat-tħaddim tar-retractor u t-test tal-ftuħ tal-bokkla wara t-test dinamiku. Wieħed minn dawn il-kampjuni għandhom jintużaw għall-ispezzjoni taċ-ċinturin jew tas-sistema ta' trażżin. | | |

2.7.1.2. | Ċinturin jew sistema ta' trażżin waħda hija meħtieġa għall-ispezzjoni tal-bokkla u t-testijiet tas-saħħa tal-bokkla, l-armar ta' l-aċċessorji l-mezzi ta' aġġustament taċ-ċinturin u, meta neċessarju, ir-retractors. | | |

2.7.1.3. | Żewġ ċinturini jew sistemi ta' trażżin huma meħtieġa għall-ispezzjoni tal-bokkla, it-test tal-mikro-skorriment u t-test tal-brix. It-test ta' tħaddim tal-aġġustament taċ-ċinturin għandu jitwettaq fuq wieħed jew żewġ kampjuni. | | |

2.7.1.4. | Il-kampjun taċ-ċinga għandu jintuża għall-ittestjar tas-saħħa taċ-ċinga. Parti minn dan il-kampjun għandu jiġi preservat sakemm il-komponent ta' l-approvazzjoni tat-tip jibqa' validu. | | |

2.7.2. | Test tal-korrużjoni. | | |

2.7.2.1. | Assemblaġġ taċ-ċinturin ta' sigurta' komplet għandu jiġi pożizzjonat fil-kamra tat-test kif stipulat fl-Anness XIII. Fil-każ ta' assemblaġġ li jinkorpora retractor, iċ-ċinga għandha tinħall għat-tul kollu, tnaqqas 300 ± 3 mm. Bl-eċċezzjoni ta' interruzzjonijiet qosra li jistgħu jkunu neċessarji, eż. għall-iċċekjar u l-mili tas-soluzzjoni tal-melħ, l-exposure test għandu jipproċedi kontinwament għal perjodu ta' 50 siegħa. | | |

2.7.2.2. | Mat-tlestija tal-exposure test, l-assemblaġġ għandu jinħasel u jintefa ġentilment f'ilma frisk f'temperatura li ma teċċedix 38 °C sabiex jitneħħa kull depożitu tal-melħ li jista' jifforma, u imbagħad imħolli jinxef f' temperatura tal-kamra 24 siegħa qabel l-ispezzjoni skond 2.4.1.2. | | |

2.7.3. | Kondizzjonament taċ-ċineg għat-test tas-saħħa.Kampjuni maqtugħa miċ-ċinga, kif riferut f' 2.1.2.2, għandhom jiġu kundizzjonati kif ġej. | | |

2.7.3.1. | L-ikkondizzjonar tal-kamra.Iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta' 24 siegħa f'atmosfera li għandha temperatura ta' 20 ± 5 °C u umidita' relattiva ta' 65 ± 5 %. Jekk it-test ma jitmexxiex immedjatament wara il-kundizzjonament, il-kampjun għandu jitpoġġa ġo rettangolu siġillat ermetikament sakemm jibda t-test. Il-breaking load għandu jkun determinat fi żmien ħames minuti mit-tneħħija taċ-ċineg wara l-kundizzjonament ta' l-atmosfera jew rettangolu. | | |

2.7.3.2. | Kundizzjonament tad-dawl. | | |

2.7.3.2.1. | Id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjonijiet ISO/R 105-B 02-1978 għandhom japplikaw. Iċ-ċinga għandha tiġi esposta għad-dawl għaż-żmien neċessarju li jipproduċi ċċarar tal-istandard kulur blu tat-tip 7 għall-kuntrast daqs ir-raba' grad fuq l-iskala il-griża. | | |

2.7.3.2.2. | Iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta' 24 siegħa f'temperatura tal-arja ta' 20 ± 5 °C u umdita' relattiva ta' 65 ± 5 %. Jekk it-test ma jistax jsir immedjatament wara l-kundizzjonament, il-kampjun għandu jinżamm ġo kontenitur siġillat ermetikament sakemm jibda t-test. Is-saħħa tat-tensili taċ-ċinga għandu jiġi determinat fi żmien ħames minuti mit-tneħħija tagħha f'atmosfera kundizzjonata jew rettangolu. | | |

2.7.3.3. | Kundizzjonament kiesaħ. | | |

2.7.3.3.1. | Iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta' 24 siegħa f'temperatura tal-arja ta' 20 ± 5 °C u umdita' relattiva ta' 65 ± 5 %. | | |

2.7.3.3.2. | Iċ-ċinga għandha tinżasmm għal siegħa u nofs fuq pjan ċatt f'kamra b'temperatura baxxa li fih it-temperatura tal-arja hija - 30 ± 5 °C. Għandu imbagħad jiltewa u l-liwja għandha ssostni piż ta' 2 kg imkessaħ minn qabel għal - 30 ± 5 °C. Meta ċ-ċinga tinżamm taħt it-tgħabija għal 30 minuta fl-istess kamra b'temperatura baxxa, il-piż għandu jitneħħa u l-breaking load għandu jitkejjel fi żmien ħames minuti mit-tneħħija taċ-ċinga mill-kamra b'temperatura baxxa. | | |

2.7.3.4. | Kundizzjonament tas-sħana. | | |

2.7.3.4.1. | Iċ-ċinga għandha tinżamm għal tliet siegħat fil-kantina tas-sħana f'atmosfera ta' temperatura ta' 60 ± 5 °C u umdita' relattiva ta' 65 ± 5 %. | | |

2.7.3.4.2. | il-breaking load għandu jiġi determinat fi żmien ħames minuti mit-tneħħija taċ-ċinga mill-kantina tas-sħana. | | |

2.7.3.5. | Espożizzjoni għall-ilma. | | |

2.7.3.5.1. | Iċ-ċinga għandha tiġi mgħerrqa għal tliet sigħat ġol-ilma distillat, f'temperatura ta' 20 ± 5 °C, li fih traċċa ta' aġent ta' tixrib, ġiet miżjuda. Kull aġent tat-tixrib adattat għall-fibra li qed jiġi ttestjat jista' tintuża. | | |

2.7.3.5.2. | Il-breaking load għandu jiġi determinat fi żmien 10 minuti mit-tneħħija taċ-ċinga mill-ilma. | | |

2.7.3.6. | Kundizzjonament bil-brix. | | |

2.7.3.6.1. | Il-proċedura tal-brix għandha ssir fuq kull mezz li fih iċ-ċinga tagħmel kuntatt ma' parti riġida taċ-ċinturin. Madanakollu, t-test tal-brix tal-1 tip (2.7.3.6.4.1) jista ma jsirx fuq il-mezz ta' aġġustament taċ-ċinturin meta t-test tal-mikro-skorriment (2.7.4) juri li ċ-ċinga tiżloq inqas minn-nofs l-ammont stipulat. L-isettjar ta' l-apparat tat-test għandu jżomm b'mod approsimattiv il-pożizzjoni relattiva taċ-ċinga fiż-zona tal-kuntatt. | | |

2.7.3.6.2. | Il-kampjuni li għandhom jiġu suġġettati għall-brix għandhom jinżammu għal tal-inqas 24 siegħa f'atmosfera li għandha temperatura ta' 20 ± 5 °C u umdita' relattiva ta' ta' 65 ± 5 %. It-temperatura ambjentali matul l-ittestjar għandu jkun bejn 15 u 30 °C. | | |

It-tabella t'hawn taħt turi il-ħtiġiet għal kull proċedura ta' brix:

| Load (daN) | Frekwenza | Numru ta' ċikli | Shift (mm) |

Proċedura tat-Tip 1 | 2,5 | 0,5 | 5000 | 300 ± 20 |

Proċedura tat-Tip 2 | 0,5 | 0,5 | 45000 | 300 ± 20 |

Proċedura tat-Tip 3 [8] | 0-5 | 0,5 | 45000 | — |

Ix-shift mogħti fil-ħames kolonna ta' din it-tabella jirrapreżenta l-amplitudni tal-moviment ‘l quddiem u lura applikat fuq iċ-ċinga.

| | |

2.7.3.6.4. | Kundizzjonijiet partikulari ta' proċedura. | | |

2.7.3.6.4.1. | Proċedura tat-Tip 1: għall-każijiet meta iċ-ċinga tiżloq minn ġo mezz tal-aġġustament.It-tgħabija ta' 2,5 daN għandu jiġi applikat vertikalment u b'mod permanenti għal waħda mis-sezzjonijiet taċ-ċinga.Is-sezzjoni l-oħra, issetjata b'mod orizzontali, għandha tiġi soġġetta għal moviment lura u ‘l quddiem.Il-mezz ta' aġġustament għandhu jibqa' f'sezzjoni orizzontali taċ-ċinga li tibqa' taħt it-tgħabija (ara L-ANNESS XII, Figura 1). | | |

2.7.3.6.4.2. | Proċedura tat-Tip 2: fil-każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni darba meta tgħaddi mill-part riġida.L-angoli li jsiru mit-truf taż-żewġ ċineg jidhru fl-Anness XII, Figura 2.Tgħabija permanenti ta' 0,5 daN għandu jiġi applikat. Jekk iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni iktar minn darba waqt li tgħaddi minn ġol-part riġida, it-tgħabija ta' 0,5 daN jista' jiżdied sabiex jinkiseb it-300 mm stipulat għall-moviment taċ-ċinga minn ġol-part riġida. | | |

2.7.3.6.4.3. | Proċedura tat-Tip 3: għal każijiet fejn iċ-ċinga hija mwaħħla ma' parti riġida permezz ta' ħjata jew mezzi simili.Ix-shift totali għandu jkun ta' 300 ± 20 mm u tgħabija ta' 5 daN għandu jiġi applikat biss matul iż-żmien li jaqbel ma' shift ta' 100 ± 20 mm għal kull nofs perjodu (ara l-Anness XII, Figura 3). | | |

2.7.4. | Test tal-Mikro-skorriment (ara L-ANNESS XII, Figura 3). | | |

2.7.4.1. | Il-komponenti jew mezzi li għandhom jiġu suġġettati għat-test tal-mikro-skorriment għandhom jinżammu tal-inqas 24 siegħa qabel ma jiġu ttestjati f'temperatura ta' 20 ± 5 °C u umdita' relattiva ta' 65 ± 5 %.It-test għandu jitmexxa f'temperatura ta' bejn 15 and 30 °C. | | |

2.7.4.2. | Għandu jiġi żgurat li sezzjoni libera tal-mezz ta' aġġustament tipponta kemm ‘il fuq kif ukoll ‘l isfel fuq it-test bench,bħal ġol-vettura. | | |

2.7.4.3. | Tgħabija ta' 5 daN tgħabija għandu jitwaħħal mat-tarf t'isfel tas-sezzjoni taċ-ċinga.It-tarf l-ieħor għandu jiġi suġġettat għal moviment ‘il quddiem u lura b'amplitudni totali ta' 300 ± 20 mm (ara figura). | | |

2.7.4.4. | Jekk hemm tarf liberu li jservi bħala ċinga ta' riserva, m'għandiex tiġi maqfula jew ikklippjata mas-sezzjoni bit-tgħabija. | | |

2.7.4.5. | Għandu jiġi żgurat illi fuq il-bank tal-ittestjar iċ-ċinga, li tkun maħlula, tinżel f' kurva konkavi mill-mezz ta' aġġustament, bħal fil-vettura.It-tgħabija ta' 5 daN applikat fuq il-bank għandu jiġi ggwidat vertikalment b'tali mod illi ma jħallix it-tgħabija jixxengel u ċ-ċinturin jinbaram.L-aċċessorju igħandu jitwaħħal ma' tgħabija ta' 5 daN tgħabija bħall-vettura. | | |

2.7.4.6. | Qabel ma jibda propjament it-test, serje ta'20 ċikli għandhom jsiru sabiex is-sistema' li tissikka lilha nfisha toqgħod sew. | | |

2.7.4.7. | 1000 cikli għandhom jsiru bi frekwenza ta' 0,5 ċiklu kull sekonda, l-amplitudni totali tkun 300 ± 20 mm. It-tgħabija ta' 5 daN għandu jiġi applikat matul il-ħin korrispondenti b'shift ta' 100 ± 20 mm għal kull nofs perjodu. | | |

2.7.5. | Test tas-saħħa taċ-ċinga (test statiku). | | |

2.7.5.1. | It-test għandu jsir kull darba fuq żewġ kampjuni ġodda ta' ċinga, ta' tul suffiċjenti, kundizzjonati skond waħda mill-dispożizzjonijiet ta' 2.7.3. | | |

2.7.5.2. | Kull ċinga għandha tinqabad bejn il-klampi ta' magna ta' ittestjar taċ-ċinga. Il-klampi għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod illi ma jippermettux il-qtugħ taċ-ċinga fil-punt ta' kuntatt mal-klampi jew viċin tiegħu. Il-veloċita trasversali għandha tkun ta'madwar 100 mm kull minuta. It-tul liberu tal-kampjun ta' bejn il-klampi tal-magna fil-bidu tat-test għandu jkun ta' 200 ± 40 mm. | | |

2.7.5.3. | Meta t-tgħabija jilħaq id- 980 daN, il-wisa' taċ-ċinga għandha titkejjel mingħajr ma titwaqqaf il-magna. | | |

2.7.5.4. | It-tgħabija għandu jiżdied sakemm iċ-ċinga tinqasam, u l-breaking load jiġi nnutat. | | |

2.7.5.5. | Jekk iċ-ċinga tiżloq jew titqatta' fil-punt ta' kuntatt ma' waħda mill-klampi jew f' 10 mm ta' xi waħda minnhom, it-test jkun invalidu u test ġdid għandu jsir b'kampjun ieħor. | | |

2.7.6. | Test statiku tal-komponenti taċ-ċinturin li jinkorpora partijiet riġidi. | | |

2.7.6.1. | Il-bokkla u l-mezz ta' aġġustament taċ-ċinga għandhom jiġu konnessi mal-magna tal-ittestjar tat-tensili mill-aċċessorji normali tagħhom u t-tgħabija ta' 980 daN għandha tiġi applikata. Fil-każ taċ-ċinturini tal-arneż, il-bokkla għandha tkun imwaħħla ma' l-apparat ta' l-ittestjar miċ-ċineg li huma imwaħħlin mal-bokkla u l-ilsien jew iż-żewġ ilsna li jinsabu f'mod approssimament simetriku maċ-ċentru ġeometriku tal-bokkla. Jekk il-bokkla jew mezz ta' aġġustament hija parti mill-aċċessorjiu jew komponent komuni taċ-ċinga tat-tliett punti, il-bokkla jew il-mezz ta' aġġustament għandhom jkunu ttestjati flimkien ma' l-aċċessorju skond il-punt. 2.7.6.2, bl-eċċezzjoni ta' każijiet fejn ir-retractors bit-taljola tar-ritorn fl-ankoraġġ taċ-ċinga ta'fuq. F'dan il-każ it-tgħabija tat-test għandu jkun ta' 980 daN u t-tul taċ-ċinga li tibqa' mar-rampila fil-mument tal-qfil għandu jkun kemm jista' jkun viċin għal 450 mm. | | |

2.7.6.2. | L-aċċessorji ta' kull tagħmir ta' aġġustament taċ-ċinturin għall-għoli għandhom jiġu ittestjati bil-manjiera deskritta f'2.7.6.1, Iżda it-tgħabija għandha tkun ta' 1470 daN u, suġġett għall-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ta' 2.7.8.1, għandu jiġi applikat mal-kundizzjonijiet l-inqas favorevoli li huma l-aktar probabli li jseħħu meta l-cinga hija installata korretement. Fil-każ tar-retractors, it-test għandu jsir biċ-ċinga kompletament maħlula mir-rampila. | | |

2.7.6.3. | Żewġ kampjuni ta' l-assemblaġġ taċ-ċinturin kompleta għandhom jiġu imqegħda f'kamra b'temperatura baxxa f' 10 ± 1 °C għal sagħtejn. Immedjatament wara li jitneħħa mil-kamra partijiet tal-bokkla għandhom jissakru flimkien manwalment. | | |

2.7.6.4. | Żewġ kampjuni ta' l-assemblaġġ taċ-ċinturin kompleta għandhom jitqegħdu f'kamra b'temperatura ta' 10 ± 1 °C għal sagħtejn. Il-partijiet kollha riġidi u partijiet tal-plastik fit-test għandhom jitqegħdu fuq wiċċ ċatt tal-azzar (li jinżammu maż-żewġ kampjuni fil-kamra b'temperatura baxxa) imqiegħed fuq wiċċ orizzontali tal-blokk riġidu b'piż tal-inqas 100 kg; fi żmien 30 sekonda minn meta jitneħħew mill-kamra b'temperatura baxxa, piż tal-azzar ta'18 kg għandu jitħalla jaqa' mal-gravita' minn għoli ta' 300 mm fuq l-punt. Il-wiċċ ta' impatt għandu jkollu arneż ta' mill-inqas 45 HRC u jieħu l-forma ta'wiċċ convex li għandha radju trasversali ta' 10 mm u radju lonġitudinali ta' 150 mm. Kampjun għandu jiġi ttestjat mal-assi tal-istaffa milwija f'linja maċ-ċinga, u l-kampjun l-ieħor għandu jiġi ttestjat f' 90 o miċ-ċinga. | | |

2.7.6.5. | Bokkli li għandhom partijiet komuni maż-żewġ ċinturini ta' sigurta' għandhom jiġu maqfula b'tali mod illi tissimula il-kundizzjonijiet tal-vettura bis-sedili f'pożizzjoni nofsanija tal-aġġustament tagħhom. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni għandha tiġi stabbilita skond 2.7.8.1. tgħabija ta' 1470 daN għandu jiġi applikat simultanjament ma' kull ċinga. Apparat adattat għat-test imsemmi huwa muri fl-Anness XI. | | |

2.7.6.6. | Meta tittestja b'tagħmir tal-aġġustament manwali, iċ-ċinga għandha tinżamm soda, u għandu jinżamm rigward għall-kundizzjonijiet normali tal-użu, b'rata ta' madwar 100 mm/s, u l-forza massima għandha titkejjel sa l-eqreb 0,1 daN wara l-ewwel 25 mm tal-moviment taċ-ċinga. It-test għandu jsir fiż-żewġ direzzjonijiet taċ-ċinga mit-tagħmir ta' l-aġġustament, biċ-ċinga tiġi mdawwra 10 darbiet qabel il-kejl. | | |

2.7.7. | Testijiet addizzjonali għar-retractors. | | |

2.7.7.1. | Durabilita' tal-mekkaniżmu tar-retractor. | | |

2.7.7.1.1. | Iċ-ċinga għandha tinġibed u mħalla tmur lura għal numru meħtieġ ta' ċikli b'rata ta' mhux iktar minn 30 ċiklu kull minuta. Fil-każ ta' retractors bi qfil ta' emerġenza, is-snatch għandha tiġi introdotta ma kull ħames ċikli sabiex tinqafel ir-retractor. L-isnatcheds għandhom jkunu f'numru ugwali ta' ħames estrazzjonijiet differenti, 90, 80, 75, 70 u 65 % tat-tul totali taċ-ċinga fuq ir-retractor. Madakollu, meta aktar minn 900 mm huwa provdut, il-persentaġġi t'hawn fuq għandhom jirrelataw għall-aħħar 900 mm taċ-ċinga li jibqgħu magħquda mar-retractor. | | |

2.7.7.1.2. | Apparat adattat għat-testijiet speċifikati f'2.7.7.1.1 jidher fl-ANNESS IV. | | |

2.7.7.2. | Qfil tar-retractors tal-qfil tal-emerġenza. | | |

2.7.7.2.1. | Ir-retractor għandu jiġi ttestjat għal qfil meta 300 ± 3 mm taċ-ċinga jibqa' mgħaqqad mar-rampila tar-retractor. | | |

2.7.7.2.1.1. | Fil-każ ta' retractor tal-qfil imħaddem mill-moviment taċ-ċinga, l-estrazzjoni għandha tkun fid-direzzjoni li normalment tiġri meta r-retractor jiġi installat fuq il-vettura. | | |

2.7.7.2.1.2. | Meta r-retractors huma ttestjati għas-sensittivita' tad-diċċellerazzjoni tal-vettura, għandhom jiġu ittestjati bl-estrazzjoni t'hawn fuq fiż-żewġ direzzjonijiet maż-żewġ assi li huma perpendikulari lil xulxin, li huma orizzontali jekk ir-retractor għandu jiġi installat f'vettura speċifikata mill-manifattur taċ-ċinturin tas-sigurta'. Waħda minn dawn id-direzzjonijiet tat-test għandha tingħtażel mis-servizz tekniku li jimexxi t-test ta'l-approvazzjoni sabiex jagħti l-aktar kundizzjonijiet ħżiena fir-rigward tat-tħaddim tal-mekkaniżmu tal-qfil. | | |

2.7.7.2.2. | Apparat adattat għat-testijiet speċifikati f'2.7.7.2.1 huwa deskritt fl-ANNESS V. Id-disinn ta' dan l-apparat tat-test għandu jiżgura illi l-aċċelerazzjoni rikjesta hija milħuqa qabel ma' l-webbing toħroġ mir-retractor b'iktar minn 5 mm u l-irtirar jseħħ fir-rata medja ta' żieda ta' aċċelerazzjoni ta' mill-inqas 25 g/s u b'mhux iktar minn 150 g/s. | | |

2.7.7.2.3. | Għal jiħu ttestjati il-ħtiġiet ta'2.4.5.2.1.3 u 2.4.5.2.1.4, ir-retractor għandu jiġi armat fuq mejda orizzontali u mejda immejla f'veloċita' li ma tkunx aktar minn 2o kull sekonda sakemm iseħħ l-qfil. It-test għandu jiġi ripetut f'direzzjonijiet oħra sabiex jiżgura illi l-ħtiġiet jiġu milħuqa. | | |

2.7.7.3. | Reżistenza mit-trab. | | |

2.7.7.3.1. | Ir-retractor għandu jinżamm fil-kamra tat-test, kif jidher fl-ANNESS VI. Il-pożizzjoni relattiva tiegħu għandha tkun l-istess bħal dik armata fuq il-vettura. Il-kamra tat-test għandha jkollha kwantita' ta' trab li jilħaq mal-ħtiġiet ta' 2.7.7.3.2. 500 mm taċ-ċinga għandha titneħħa mir-retractor u tibqa' maqlugħa, bl-eċċezzjoni ta' 10 ċikli kompleti ta' retraction u irtirar fi żmien minuta jew tnejn minn kull aġitazzjoni tat-trab.F'perjodu ta' ħames siegħat, it-trab għandu jiġi aġitat kull 20 minuta għal 5 sekondi f'arja kompressata li hija niexfa u li m'għandhiex żejt lubrikat, li jgħaddi minn apertura 1,5 ± 0,1 mm dijametru b' gauge pressure ta' 5,5× 105 ± 0,5 × 105 Pa. | | |

It-trab użat fit-test dekritt f 2.7.7.3.1 għandu jikkonsisti minn madwar 1 kg tal-kwartz xott. Id-distribuzzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partiċella għandha tkun kif ġej:

(a) li jgħaddi minn apertura ta'150 μm, 104 μm wire dijametru: 99 sa 100 %;

(b) li jgħaddi minn apertura 105 μm, 64 μm, wire dijametru: 76 sa 86 %;

(ċ) li jgħaddi minn apertura 75 μm, 52 μm wire dijamtru: 60 to 70 %.

| | |

2.7.7.4. | Forza tar-rittrattar. | | |

2.7.7.4.1. | Il-forza tar-rittrattar għandha titkejjel bl-assemblaġġ taċ-ċinturin tas-sigurta' armata ma' manikin, bħall-każ tat-test dinamiku stipulat f'2.7.8. It-tensjoni taċ-ċinga għandha titkejjel viċin kemm jista' jkun għall-punti ta' kuntatt (imma ma jmissx) mal-manikin, mentri ċ-ċinga qiegħda tiġi rittrattata f' veloċita approssimattiva ta' 0,6 m kull minuta. | | |

2.7.8. | Testijiet dinamiċi ta' l-assemblaġġ taċ-ċinturin jew tas-sistema' ristrettiva. | | |

2.7.8.1. | L-assemblaġġ taċ-ċinturin għandu jiġi armat fuq karru armat bis-sedil u ankoraġġi definiti fl-Anness VII. Jekk, madanakollu, l-assemblaġġ taċ-ċinturin hija intiża għal vettura speċifika jew tip speċifiku ta' vetturi, id-distanzi bejn il-manikin u l-ankoraġġi għandhom jiġu determinati mis-servizz li jmexxi t-testijiet, skond jew l-istruzzjonijiet tal-armar provduti maċ-ċinturin, jew permezz tad-data provduta mill-manifattur tal-vettura. F'dak il-każ meta t-test dinamiku jsir għal tip ta' vettura m'għandux għala jiġi ripetut għal tipi oħra ta' vettura fejn kull punt ta' ankoraġġ huwa inqas minn 50 mm ‘il bogħod mill-punt tal-ankoraġġ korrispondenti taċ-ċinturin ittestjat. Alternattivament, il-manifatturi jistgħu jidetterminaw pożizzjoni tal-ankoraġġ ipotetiku għall-ittestjar sabiex jagħlqu numru massimu ta' punti ta' ankoraġġi reali. Jekk iċ-ċinturin huwa armat b'tagħmir ta' aġġustament taċ-ċintruin għall-għoli hekk kif definit f' 1.8.6. hawn fuq, il-pożizzjoni tat-tagħmir u l-mezzi li jiżgurawha għandhom jkunu l-istess bhal dawk tad-disinn tal-vettura. | | |

2.7.8.1.1. | Fil-każ taċ-ċinturin tas-sigurta' jew s-sistema' ristrettiva b'tagħmir ta' pre-loading li jiddependu fuq partijiet barra minn dawk inkorporati fl-assemblaġġ taċ-ċinturin innifisu, l-assemblaġġ taċ-ċinturin għandu jiġi armat flimkien mal-partijiet tal-vetturi addizzjonali neċessarji fuq it-test trolley fil-manjiera stipulata fil-punti 2.7.8.1.2 sa 2.7.8.1.6.Alternattivament, fil-każ li dan it-tagħmir ma jistgħux jiġu ittestjati fuq il-karru tat-testijiet, il-manifattur għandu juri permezz ta' l-impatt frontali konvenzjonali b'veloċita' ta' 50 km fis-siegħa f'konformita' mal-proċedura tal-ISO 3560 (1975/11/1 Metodu tat-test tal-kolliżjonijiet tal-vetturi tat-triq mal-barriera ta' quddiem) illi l-apparat jaqbel mal-ħtiġiet tad-Direttiva.Jekk ċ-ċinturin ta' sigurta' jifforma parti minn assemblaġġ li huwa ssuġġettat għall-applikazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti bħala sistema' ristrettiva, iċ-ċinturin tas-sigurta' għandu jiġi armat fuq dik il-parti ta' l-istruttura tal-vettura li hija normalment armata mal-karru tat-test kif ġej. | | |

2.7.8.1.2. | Il-metodu użat sabiex jiżgura l-vettura matul it-test m'għandux jkun tali illi jsaħħaħ l-ankoraġġi tas-sedili jew taċ-cinturini ta' sigurta', jew li jnaqqas id-deformazzjoni normali ta' l-istruttura.L-ebda parti ta' quddiem tal-vettura m'għandha tkun preżenti, illi tillimita l-moviment ‘il quddiem tal-manikin, barra mis-saqajn, illi jnaqqas it-tgħabija impost fuq is-sistema' ristrettiva matul it-test. Il-partijiet li mhux se jintużaw ta' l-istruttura li jiġu mibdula minn partijiet oħra ta' saħħa ekwivalenti, provdut illi ma jtellfux il-moviment il-quddiem tal-manikin. | | |

2.7.8.1.3. | It-tagħmir tas-sigurtà għandu jiġi meqjus bħala sodisfaċenti jekk jipproduċi effett fuq iż-żona li testendi l-wisa' kollha ta' l-istruttura, u jekk il-vettura jew l-istruttura hija blokkata jew immobiliżżata minn quddiem f'distanza ta' mhux inqas minn 500mm mill-ankoraġġ tas-sistema' ristrettiva ittestjata. Fuq wara, l-istruttura għandha tiġi żgurata minn wara l-ankoraġġi li huma suffiċjenti sabiex jilħqu l-ħtiġiet ta' 2.7.8.1.2. | | |

2.7.8.1.4. | Is-sedili għandhom jiġu aġġustati u mqegħda fil-pożizzjoni ta' l-ivvjaġġar jew sewqan kunsidrata mis-servizz tekniku li jmexxi it-testijiet ta' approvazzjoni bħala li jipprovdu l-aktar kundizzjonijiet ta' saħħa konsistenti mal-pożizzjonament tal-manikin fil-vettura. Il-pożizzjonijiet tas-sedili għandhom jiġu mistqarra fir-rapport. Jekk id-dahar tas-sedil huwa aġġustabbli, għandu jiġi maqful kif speċifikat mill-manifattur jew, fl-assenza ta' l-ispeċifikazzjonijiet, imsakkar b'tali manjiera sabiex jifforma angolu effettiv kemm jista' jkun viċin għal 25o fil-każ ta' vetturi fil-kategoriji M1 u N1 u kemm jista' jkun viċin għall-15o fil-każ tal-vetturi fil-kategoriji l-oħra kollha. | | |

2.7.8.1.5. | Sabiex jiġu assessjati il-ħtiġiet ta' 2.6.1.4.1, is-sedil għandu jiġi meqjus bħala fl-iktar pożizzjoni ta' sewqan ‘il quddiem jew f'pożizzjoni ta' vjaġġ appropjata għad-dimensjonijiet tal-manikin. | | |

2.7.8.1.6. | Is-sedili kollha ta' l-istess grupp għandhom jiġu ttestjati f'daqqa. | | |

2.7.8.2. | L-assemblaġġ taċ-ċinturin għandu jitwaħħal mal-manikin deskritt fl-Anness VIII. Bord ta' 25 mm ħxuna għandu jitqiegħed bejn id-dahar tal-manikin u d-dahar tas-sedil. Iċ-ċinturin għandu jiġi magħfus sew madwar il-manikin. Il-bord għandu imbagħad jitneħħa u l-manikin jiġi imqiegħed b'tali mod illi t-tul kollu tad-daħar huwa f'kuntatt ma' wara tas-sedil. Għandu jsir iċċekjar sabiex jiżgura illi il-metodu ta' twaħħil taż-żewġ partijiet tal-bokkla ma jħallu l-ebda riskju li jnaqqsu l-effiċjenza tal-qfil. | | |

2.7.8.3. | It-truf liberi taċ-ċineg għandhom jitkabbru suffiċentement u ferm iktar mit-tgħamir ta' aġġustament ħalli jippermettu għaż-żelqa. | | |

2.7.8.4. | Il-karru għandu imbagħad jiġi imbuttat b'tali mod illi, fil-mument ta' l-impatt, il-veloċità tal-ġiri liberu tagħha huwa 50 ± 1 km fis-siegħa u l-makini jibqa' stabbli. Id-distanza tal-waqfa tal-karru għandha tkun 400 ± 50 mm. Il-karru għandu jibqa' orizzontali matul id-deċellerazzjoni. Id-deċellerazzjoni tal-karru għandu jintlaħaq billi tuża' l-apparat li jidher fl-Anness VII jew kull tagħmir ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti. L-apparat għandu jilħaq il-ħtiġiet ta' imġieba mogħtija fl-Anness IX. | | |

2.7.8.5. | Il-veloċità tal-karru immedjatament qabel l-impatt, il-moviment il-quddiem tal-manikin u l-veloċita' tas-sider f'300 mm moviment mis-sider għandhom jitkejlu. | | |

2.7.8.6. | Wara l-impatt, l-assemblaġġ taċ-ċinturin jew s-sistema' ristrettiva u l-partijiet riġidi tagħha għandhom jiġu ispezzjonati viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx telf jew qsim. Fil-każ tas-sistemi ta' trażżin, l-iċċekjar għandu jsir ukoll wara t-test sabiex jistablixxi jekk il-partijiet ta' l-istruttura tal-vettura li huma mwaħħlin mal-karru soffrewx xi deformazzjoni permanenti. Kull deformazzjoni tali li tinsab trid tittieħed in kunsiderazzjoni fil-kalkolu magħmul skond 2.6.1.4.1. | | |

2.7.9. | Test tal-ftuħ tal-bokkla. | | |

2.7.9.1. | Assemblaġġi taċ-ċineg li diġa għaddew mit-test dinamiku skond 2.7.8, għandhom jintużaw għal dan it-test. | | |

2.7.9.2. | L-assemblaġġ taċ-ċinga għandha tinħall mit-test karru mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla. It-tgħabija għandu jiġi applikat għall-bokkla f'trazzjoni diretta miċ-ċineg imwaħħlin magħha sabiex iċ-ċineg kollha huma suġġettati għal forza ta' 60/n daN; "n" huwa n-numru ta' ċineg imwaħħlin mal-bokkla meta tinsab fil-pożizzjoni maqfula, il-minimu tagħha jkun meqjus bhala 2. Jekk il-bokkla hija mwaħħla ma' parti riġida, akkont għandu jittieħed, meta l-forza hija applikata, ta' l-angolu iffurmat mill-bokkla u l-parti riġida matul it-test dinamiku. F'veloċita ta' 400 ± 20 mm/min, it-tgħabija għandu jiġi applikat maċ-ċentru ġeometriku tal-buttuna li tħoll il-bokkla matul il-fus fiss li jgħaddi paralleli mad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna. Il-bokkla għandha tinżamm f'postha permezz ta' support riġidu meta il-forza meħtieġa sabiex tiftaħ il-bokkla hija applikata. It-tgħabija fuq imsemmi m'għandhiex teċċedi l-limitu speċifikat fil-punt 2.4.2.5. Il-punt ta' kuntatt ta' l-assemblaġġ tat-test għandu jkun sferikali b'radiu ta' 2,5 ± 0,1 mm. Għandu jkollu wiċċ tal-metall lixx. | | |

2.7.9.3. | Il-forza tal-ftuh tal-bokkla għandu jitkejjel u kull nuqqas tal-bokkla innutat. | | |

2.7.9.4. | Wara t-test tal-ftuħ tal-bokkla, il-komponenti ta' l-assemblaġġ taċ-ċinturin jew is-sistema' ristrettiva li għaddew mit-testijiet perskritti f'2.7.8 għandhom jiġu spezzjonati u l-kwantita' ta' ħsara sostnuta mill-assemblaġġ taċ-ċinturin jew s-sistema' ristrettiva fit-test dinamiku għandhom jiġu rekordjati fir-rapport tat-test. | | |

2.7.10. | Testijiet addizzjonali fuq ic-cinturini ta' sigurtà b'tagħmir ta' pre-loading.Kundizzjonament.It-tagħmir ta' pre-loading jista' jiġi sseparat miċ-ċinturin ta' sigurtà sabiex jkun ittestjat u miżmum għal 24 siegħa f'temperatura ta'60 ± 5 °C. It-Temperatura għandha tiżdied għal 100 ± 5 °C għal sagħtejn. Sussegwentement għandha tinżamm għal 24 siegħa f'temperatura ta' 30 ± 5 °C. Wara li titneħħa mill-kundizzjonament, it-tagħmir għandu jissaħħan sat-temperatura tal-ambjent. Jekk ġie sseparat jiġi armat mill-ġdid maċ-ċinturin ta' sigurtà. | | |

2.7.11. | Rapport tat-test.Ir-rapport tat-test għandu jirrekordja ir-riżultati kollha tat-testijiet stipulati f' 2.7 u, b'mod partikulari il-veloċita' tal-karru, il-moviment massimu ‘il quddiem tal-manikin, il-pożizzjoni tal-bokkla, il-forza tal-ftuħ tal-bokkla, xi nuqqas jew ksur. Jekk, skond 2.7.8.1, il-ħtiġiet tal-ankoraġġ ta' l-ANNESS VII ma ġewx rispettati, ir-rapport għandu jiddeskrivi kif l-assemblaġġ taċ-ċinturin jew is-sistema' ristrettiva huma armati u jispeċifika l-angoli importanti u dimensjonijiet. Ir-rapport, għandu jsemmi ukoll kull distorzjoni jew ksur tal-bokkla, li ġrat matul it-test.Fil-każ ta'sistema' ristrettiva, ir-rapport għat-test għandu jispeċifika ukoll il-metodu ta' twaħħil ta' l-istruttura tal-vettura mat-trolley, il-pożizzjoni tas-sedili u il-liwja tad-dahar tas-sedil. Jekk il-moviment ‘il quddiem tal-manikini eċċeda il-valuri stipulati f' 2.6.1.3, ir-rapport għandu jistqarr jekk il-ħtiġijiet ta' 2.6.1.4.1 intlaħqux. | | |

2.8. | Konformita' tal-produzzjoni. | | |

2.8.1. | Kull ċinturin ta' sigurta"jew sistema" ristrettiva approvata minn din id-Direttiva għandha tinħdem sabiex tikkonforma mat-tip approvat li jilħaq il-ħtiġiet imniżżla f' 2.3, 2.4, 2.5, 2.6 u 2.7 t'hawn fuq. | | |

2.8.2. | Sabiex tivverifika li il-ħtiġiet tal-punt 2.8.1 intlaħqu, kontrolli adattati tal-produzzjoni għandhom jsiru. | | |

2.8.3. | Bħala regola ġenerali, kejl li jiżgura konformità tal-produzzjoni għandu jittieħed skond id-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. | | |

2.8.3.1. | Dispożizzjonijiet speċjali li jiddetaljaw it-testijiet li għandhom jsiru u l-frekwenza tat-test huma imniżżla fl-Anness XVI ta' din id-Direttiva jew fl-Anness 16 tad-dokument li għalih saret riferenza fl-Anness XVII, kif applikabbli. | | |

2.9. | Struzzjonijiet. | | |

2.9.1. | Fil-każ ta' ċinturin tas-sigurtà separat mill-vettura, l-istruzzjonijiet tal-ippakkjar u ta' l-installazzjoni għandhom jistqarru b'mod ċar it-tip(i) ta' vettura li għalihom hija intiża. | | |

2.9.2. | Kull sistema ristrettiva tat-tfal għandu jkollha miegħha l-istruzzjonijiet speċifikati fl-Anness X. | | |

3. | ĦTIĠIET LI JIKKONĊERNAW L-INSTALLAZZJONI FIL-VETTURA | | |

3.1. | Apparat tal-vettura [6]. | | |

3.1.1. | Bl-eċċezzjoni tas-sedili li jintlewew (hekk kif definit fid-Direttiva 76/115/KEE) u s-postijiet ta' bilqiegħda intiżi biss għall-użu meta l-vettura hija wieqfa, is-sedili tal-vetturi koperti minn l-Artikolu 9 fil-kategoriji M u N (b;-eċċezzjoni ta' dawk il-vetturi fil-kategoriji M2 u M3 li huma disinjati kemm għal użu urban u għal passiġġieri wieqfa) għandhom jkunu armati biċ-ċinturini ta' sigurtà jew sistemi ta' trażżin li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva. | | |

3.1.2. | It-tipi ta' ċinturini ta' sigurtà jew sistemi ta' trażżin għal kull pożizzjoni ta' bilqiegħda fejn l-installazzjoni hija rikjesta għandhom jkunu speċifikati fl-Anness XV (Fejn la jistgħu jintużaw retractors li ma jissakkrux (1.8.1) u lanqas retractors li jinħallu manwalment (1.8.2)). Għall-pożizzjonijiet ta' bilqiegħda kollha fejn iċ-ċineg addominali tip B huma speċifikati fl-Anness XV iċ-ċineg addominali tip Br3 huma permessi bl-eċċezzjoni tal-każ fejn, waqt l-użu jmorru lura sal-punt illi jnaqqsu il-kumdita' b'mod ċar wara il-bokkla normali. | | |

3.1.3. | Jekk vettura hija armata bis-sistemi ta' trażżin integrati tat-tfal għandha taqbel mal-ħtiġiet rilevanti kontenuti fl-ANNESS XVII. | | |

3.1.4. | Fejn l-ebda ċinturin ta' sigurta' m'hija meħtieġa, kull tip ta' ċinturin ta' sigurta' jew sistema' ristrettiva li tikkonforma ma' din id-Direttiva tista' tiġi provduta fl-għażla tal-manifattur. Ċinturini tat-tip A tat-tipi permessi fl-Anness XV jistgħu jiġu pprovduti bħala alternattiva għaċ-ċineg addominali għal dawk il-pożizzjonijiet ta' bilqiegħda fejn iċ-ċinturini addominali huma speċifikati fl-ANNESS XV. | | |

3.1.5. | Rigward ċinturini bi tliet punti armati mar-retractors, retractor wieħed għandu jopera tal-inqas maċ-ċinga dijagonali. | | |

3.1.6. | Bl-eċċezzjoni tal-vetturi tal-kategorija M, retractor tal-qfil ta' emerġenza ta' tip 4N (1.8.5) jista' jiġi permess minflok retractortat-tip 4 (1.8.4) fejn huwa muri għas-sodisfazzjon tas-servizzi responsabbli mit-testijiet illi l-armar tar-retractor tat-tip 4 jkun wieħed prattiku. | | |

3.1.7. | Għall-pożizzjoni ta' bilqiegħda ta' quddiem li jidhru fl-ANNESS XV u mmarkati bis-simbolu *, ċinturini addominali tat-tip speċifikat f'dak l-Anness għandhom jiġu kunsidrati adegwati fejn il-windscreen jinsab barra ż-żona ta' riferenza definita fl-Anness II għal Direttiva 74/60/KEE.Fir-rigward taċ-ċinturini ta' sigurta, ‘il-windscreen hija kunsidrata bħala parti miż-żona ta' referenza meta hija kapaċi illi tidħol f'kuntattt statiku ma' l-apparat tat-test skond il-metodu deskritt fl-ANNESS II għad-Direttiva 74/60/KEE | | |

3.1.8. | Għall-pożizzjonijiet ta' bilqiegħda kollha fl-Anness XV immarkat bis-simbolu , iċ-ċinturini addominali tat-tipi speċifikati fl-Anness XV għandhom jiġu provduti fejn "pożizzjoni ta' bilqiegħda esposta" kif definita f' 3.1.9 teżisti. | | |

- bejn il-pjani orizzontali, wieħed mill-punt H u l-oħra 400 mm ‘il fuq minnu,

- bejn iż-żewġ pjani vertikali li huma simetrikament f'relazzjoni mal-punt H u li huma 400 mm minn xulxin,

- wara pjan vertikali trasversali 1,30 m mill-punt H.

Għal dan il-għan "lqugħ protettiv"' tfisser wiċċ ta' saħħa addattat u li ma turi l-ebda diskontinwita' b'tali mod, jekk sfera ta' 165 mm dijametru hija ġeometrikament proġettata f'direzzjoni lonġitudinali orizzontali minn xi punt definit hawn fuq u miċ-ċentru ta' l-isfera, imkien fl-isfera protettiva m'hemm apertura li minnha il-proċezzjoni ġeometrika setgħet għaddiet.

Sedil huwa kkunsidrat fl-"pożizzjoni ta' bilqiegħda esposta", jekk lqugħ protettivi fi ħdan l-ispazju definit hawn fuq għandhom qasam ta' wiċċ kkombinat ta' inqas minn 800 cm2.

| | |

F'kull pożizzjoni ta' bilqiegħda fl-ANNESS XV immarkat bis-simbolu

+++++ TIFF +++++

, ċinturini bi tliet punti tat-tip speċifikat fl-ANNESS XV għandhom jiġu pprovduti sakemm waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin huma milħuqa:

- ikun hemm sedil jew partijiet oħra tal-vettura li jaqblu mal-punt 3.5 tal-Appendiċi ta' l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE [7]

direttament quddiem, jew

- l-ebda parti tal-vettura m'hija ġewwa jew, meta l-vettura qed tiċċaqlaq, kapaċi li tkun fiż-żona ta' riferenza,

- jew partijiet tal-vettura fi ħdan l-istess żona ta' referenza taqbel mal-ħtiġiet ta' assorbiment ta' enerġija imniżżla f'Appendiċi 6 ta' l-ANNESS III tad-Direttiva 74/408/KEE,

F'liema każ ċinturini taż-zewġ punti tat-tip speċifikat fl-Anness XV jistgħu jiġu provduti.

| | |

3.1.11. | Salv kif pprovdut fil-punt 3.1.12 kull pożizzjoni ta' bilqiegħda tal-passiġġier li hija armata bl-air bag għandu jkun provdut b'avviż li jgħarfu kontra l-użu ta' restrizzjoni tat-tfal li jħares lura fuq dak is-sedil. It-tikketta ta' twissija, fil-forma ta'piktogramma li tista' tinkludi test li jispjega, għandha titwaħħal b'mod sew u lokalizzata b'tali mod li tkun faċilment viżibbli quddiem il-persuna li tkun se twaħħal restrizzjoni tat-tfal li jħares lura fuq is-sedil in kwistjoni. Eżempju ta' disinn possibbli tal-piktogramma jidher f'Figura 1. Referenza permanenti għandha tkun viżibbli il-ħin kollu, fil-każ illli l-avviż mhux viżibbli meta il-bieba tingħalaq. | | |

3.1.12. | Il-ħtiġiet tal-punt 3.1.11 m'għandhomx japplikaw jekk il-vettura hija armata b'mekkaniżmu li jħoss awtomatikament il-preżenza ta' restrizzjoni tat-tfal li jħares lura u tiżgura illi l-air bag mhux se jkun mitfugħ meta dak is-sistemi ta' trażżin tat-tfal huwa armat. | | |

3.1.13. | Fil-każ ta' sedili kapaċi li jinqalbu jew li jiġu impoġġija f'orjentazzjonijiet oħra, għall-użu meta l-vettura hija wieqfa, il-ħtiġiet tal-punt 3.1.1 għandhom japplikaw biss għal dawk l-orjentazzjonijiet imfassla għall-użu normali meta il-vettura hija għaddejja fit-triq, skond din id-Direttiva. Nota f'dan is-sens għandha tinkludi id-dokument ta' informazzjoni. | | |

3.2. | Ħtiġiet Ġenerali. | | |

3.2.1. | Ċinturini ta' sigurta' u sistemi ta' trażżin għandhom jitwaħħlu ma' l-ankoraġġi li jaqblu mal-ispeċifikazzjonijiet tad-Direttiva 76/115/KEE. | | |

3.2.2. | Iċ-ċinturini tas-sigurta' u s-sistemi ta' trażżin għandhom jitwaħħlu b'tali mod li, meta milbusa sew, jaħdmu b'mod sodisfaċenti u jnaqqsu ir-riskju ta' ġrieħi gravi fil-każ ta' inċident. B'mod partikulari għandhom jitwaħħlu sabiex: | | |

3.2.2.1. | Iċ-ċineg ma jieħdux konfigurazzjoni perikoluża; | | |

3.2.2.2. | Il-periklu li ċinturini li huma ppożizzjonati korrettement jiżolqu mill-ispalla ta' min jilbishom bħala riżultat tal-moviment ‘il quddiem tiegħu/tagħha huwa ridott għall-minimu; | | |

3.2.2.3. | Ir-riskju li ċ-ċinga tiddeterjora b'kuntatt bil-partijiet riġidi li jaqtgħu tal-vettura jew ta' l-istruttura tas-sedil huma ridotti għall-minimu. | | |

3.2.2.4. | Id-disinn and installazzjoni ta' kull ċinturin ta' sigurta' provdut għal kull pożizzjoni ta' bilqiegħda għandu jkun tali illi jkun a dispożizzjoni għall-użu. Barra minn hekk, meta sedil sħiħ jew cushion tas-sedil u/jew id-dahar tas-sedil jista' jiltewa sabiex jippermetti aċċess għal wara tal-vettura jew li jġorr merkanzija u bagalji, wara li jimtlew u jitpoġġew f'posthom dawk is-sedili fil-pożizzjoni ta' sewqan, ic-cinturini ta' sigurta' provduti għal dawk is-sedili għandhom jkunu aċċessibli għall-użu jew li jistgħu jinkisbu malajr minn wara jew taħt s-sedil minn persuna waħda, skond l-istruzzjonijiet li hemm fil-users handbook tal-vettura, mingħajr il-bżonn li dik persuna jkollha xi taħriġ jew prattika. | | |

Is-servizz tekniku għandu jivverifika illi, b'ilsien tal-bokkla f'postu u l-ebda okkupant fis-sedil:

- xi laxkezza fiċ-ċinturin ma tippermettix l-installazzjoni korretta tas-sistemi ta' trażżin għat-tfal kif inhu rakkomandat mill-manifattur,

- Fil-każ ta' ċinturini tat-tip tat-tlett punti, tensjoni ta' mill-inqas 50 N għandha tiġi stabbilita fis-sezzjoni addominali taċ-ċinturin mill-applikazzjoni esterna tat-tensjoni fis-sezzjoni diagonali taċ-ċinturin.

| | |

3.3. | Ħtiġiet speċjali għal-partijiet riġidi inkorporati fiċ-ċinturini ta' sigurtà jew sistemi ta' trażżin. | | |

3.3.1. | Partijiet riġidi, bħal bokkli, tagħmir ta' aġġustament u aċċessorji m'għandhomx jżidu r-riskju ta' ġrieħi gravi lil min jilbishom jew lill-okkupanti l-oħra tal-vettura fil-każ ta' inċident. | | |

3.3.2. | It-tagħmir li jħoll il-bokkla għandu jkun viżibbli b'mod ċar u jintlaħaq faċilment minn min qed jilbisha u għandha tkun disinjata b'tali mod illi ma tistax tinfetaħ bi żball jew aċċidentalment. Il-bokkla għandha tkun f'tali pożizzjoni li hija aċċessibli malajr minn persuna tas-salvataġġ li jrid jillibera lil min jilbisha f'każ ta' emerġenza.Il-bokkla għandha tkun inkorporata b'tali mod, kemm jekk mhux taħt tgħabija u kemm meta ssostni il-piż ta' min qed jilbisha(hom), hija kapaċi li tinħall minn min jilbisha b'moviment sempliċI wieħed ta' xi waħda mill-idejn f'direzzjoni waħda. Fil-każ ta' ċinturini tas-sigurtà jew sistemi ta' trażżin għall-pożizzjoni ta' bilqiegħda ta' quddiem, bl-eċċezzjoni ta' jekk dawn huma ċinturini tal-arneż, il-bokkla għandha tkun kapaċi illi taqfel b'dan il-mod.Iċċekjar għandu jsir sabiex jiżgura li, meta il-bokkla tkun f'kuntatt ma' min jilbisha, il-wiċċ tal-kuntatt jissodisfa il-ħtiġiet ta' 2.4.2.1 ta' dan l-Anness. | | |

3.3.3. | Meta ċ-ċinturin huwa milbus, għandu jew jaġġusta awtomatikament u joqgħod ma' min jilbsu jew inkella jkun ddisinjat b'tali mod illi t-tagħmir ta' aġġustament manwali huwa aċċessibli b'mod malajr minn min jilbsu meta jpoġġi u huwa konvenjenti u faċli li jintuża. Għandu jkun possibli ukoll illi jiġi issikat b'id waħda sabiex jissodisfa il-ġisem ta' min jilbsu u l-pożizzjoni tas-sedil tal-vettura. | | |

3.3.4. | Ċinturini ta' sigurta' u sistemi ta' trażżin li jinkorporaw retractors għandhom jiġu installati sabiex ir-reactors huma kapaċi li jaħdmu korretement u jistivaw iċ-ċinga b'mod effiċjenti. | | |

3.4. | Min juża il-vettura għandu jiġi nfurmat għall-provvediment magħmul għat-trasport tat-tfal sabiex il-ħtiġiet ta' l-Anness XVIII għandhom jintlaħqu. | | |

4. | APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAL-ISTALLAZZJONI TA' ĊINTURINI TA' SIGURTA' U SISTEMI TA' TRAŻŻIN TAGĦHA | | |

4.1. | L-applikazzjoni għall-approvazzjoni skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-istallazzjoni taċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta' trażżin tagħha għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vattura. | | |

4.2. | Mudell għad-dokument ta' informazzjoni huwa mogħti fl-Anness II, Appendiċi 2. | | |

4.3. | Vettura li tirrapreżenta t-tip li għandu jiġi appruvat għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku li jmexxi t-teastijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip. | | |

5. | L-GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE | | |

5.1. | Jekk il-ħtiġiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, (4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata. | | |

5.2. | Mudell taċ-ċertifkat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE huwa mogħti f': | | |

5.2.1. | L-Anness II, Appendiċi 3 għall-applikazzjonijiet li għalihom saret riferenza f' 2.1; | | |

5.2.2. | L-Anness II, appendiċi 4 għall-applikazzjonijiet li għalihom saret riferenza f'4. | | |

5.3 | Numru ta l-approvazzjoni tat-tip skond l-Anness VII ta' Direttiva 70/156/KEE għandu jingħata lil kull tip ta' ċinturin ta' sigurtà jew sistema ta' trażżin u lil kull vettura approvata. L-istess Stat Membru m'għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' ċinturin ta' sigurtà jew sistema ta' trażżin jew xi tip ta' vettura oħra. | | |

6. | MODIFIKAZZJONI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET | | |

Fil-każ ta' modifikazzjonijiet kemm lit-tip ta' vettura kif ukoll liċ-ċinturin tas-sigurtà jew sistema ta' trażżin appruvata skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE japplikaw.

+++++ TIFF +++++

Figura 1Piktogramma(Ara paragrafu 3.1.11) | | |

ANNESS II

DOKUMENTAZZJONI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Appendiċi 1

DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI Nru…

Jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent taċ-ċinturini tas-sigurta' u s-sistemi ta' trażżin (77/541/KEE) hekk kif l-aħħar emendati f'Direttiva 2000/…/KE

L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tiġi fornuta fi tliet kopji u għandha tinkludi lista tal-kontenuti. Kull tpinġija għandha tiġi fornuta fi skala appropjata u għandu jingħata dettal suffiċjenti fuq karta A4 jew ġo folder b'format A4. Fotografiji, jekk hemm, għandhom jindikaw dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, komponenti jew uniti tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, informazzjoni li tikkonċerna il-kapaċità tagħhom għandha tiġi pprovduta.

0. | ĠENERALI |

0.1. | Għamla (isem tan-negożju tal-manifattur): |

0.2. | Tip u deskrizzjoni(jiet) ġenerali kummerċjali |

0.5. | Isem u Indirizz tal-manifattur |

0.7. | Fil-każ ta' komponenti u uniti tekniċi separati, lokazzjoni u metodu ta' twaħħil ta' marka tat-l-approvazzjoni tat-tip tal-KE: |

0.8. | Indirizz(i) tal-post ta' assemblaġġ(s): |

1. | LISTA TA' VETTURA(I) LI GĦALIHOM L-APPARAT HUWA INTIŻ (jekk applikabbli) |

2. | DESKRIZZJONI TA' L-APPARAT |

2.1. | Ċinturin tas-sigurtà |

2.1.1. | Konfigurazzjoni taċ-ċinturin tas-sigurtà (żewġ punti, tliet punti, statiku, jew awtomatiku): |

2.1.2. | Detallji tal-webbing (materjal, ħajt, dimensjonijiet u kulur): |

2.1.3. | Tip ta' retractor (disinn tar-retractor għal kull punt 1.1.3.2.2 ta' l-ANNESS III tad-Direttiva 77/541/KEE): |

2.1.3.1. | Informazzjoni dwar funzjonijiet addizzjonali, jekk applikabbli: |

2.1.4. | Tpinġijiet dwar il-partijiet riġidi (għal kull punt 1.2.1 ta' l-ANNESS I tad-Direttiva 77/541/KEE): |

2.1.5. | Diagramm ta' l-assemblaġġ taċ-ċinturin ta' sigurta' li jippermetti identifikazzjoni u lokazzjoni tal-partijiet riġidi: |

2.1.6. | Struzzjonijiet ta' l-armar li jidhru, inter alia, l-installazzjoni tar-retractor u tagħmir tas-sensittivita' tiegħu: |

2.1.7. | jekk l-apparat għall-aġġustament tal-għoli taċ-ċinturin huwa preżenti stqarr jekk hix kunsidrata bħala parti miċ-ċinturin: |

2.1.8. | Fil-każ ta' apparat jew sistema' ta' pre-loading, deskrizzjoni teknika sħiħa tal-kostruzzjoni u l-funzjoni li tinkludi kull tagħmir ta' sensittivita', li jiddeskrivi il-metodu ta' attivazzjoni u kull metodu neċessarju li ma jippermettix attivazzjoni bla ħsieb: |

2.2. | Sistema ristrettiva Bħala żieda għall-informazzjoni rikjesta f' 2.1 t'hawn fuq |

2.2.1. | Tpinġijiet tal-partijiet rilevanti ta' l-istruttura tal-vettura u kull rinforz tal-ankoraġġ tas-sedil: |

2.2.2. | Tpinġijiet tas-sedil, li juru l-istruttura tiegħu, s-sistema' ta' aġġustament u l-komponenti tat-twaħħil, b'indikazzjoni għall-materjali użati: |

2.2.3. | Tpinġija jew ritratt tas-sistema' ristrettiva kif installata: |

2.3. | Sistemi ta' trażżin għat-tfal 2.3.1. |

2.3.1 | Kategorija(i): |

2.3.2. | Gruppi tal-massa: |

2.3.3. | Restrizzjoni tat-tfal li jħares ‘il quddiem/Restrizzjoni tat-tfal li jħares ‘lura/carry-cot [1] |

2.3.4. | booster cushion Integrali/Mhux integrali/parzjali [1] |

2.3.5. | Tip ta' ċinturin: (adult) ta' tliet punti/(adult) ċinturin addominali/tip speċjali ta'ċinturin/retractor [1] |

2.3.6. | Karatteristiċi oħra: l-assemblaġġ tas-siġġu/wiċċ ta'impatt [1] |

2.3.7. | Tpinġijiet, diagrammi u pjani ta' restriġiment tat-tfal, li jinkludu kull retractor, assemblaġġ tas-siġġu, wiċċ ta' impatt armat: |

2.3.8. | Dikjarazzjoni dwar it-tossiċita' skond il-Paragrafu 6.1.5 ta' l-ANNESS XVII: |

2.3.9. | Dikjarazzjoni dwar il-flammabilita' skond il-Paragrafu 6.1.6 ta' l-ANNESS XVII: |

Data, fajl

Appendiċi 2

DOKUMENT TA'INFORMAZZJONI Nru…

Skond l-ANNESS I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [1]dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar iċ-ċinturini tas-sigurta u s-sistemi ta' trażżin tal-vettura (77/541/KEE) hekk kif l-aħħar emendati f' Direttiva 2000/…/KE

L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tiġi supplita fi tliet kopji u tinkludi lista tal-kontenuti. Kull tpinġija għandha tiġi fornita fi skala appropjata u għandha jkollha dettal suffiċjenti fuq karta A4 jew ġo folder b'format A4. Fotografiji, jekk hemm, għandhom jindikaw dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, komponenti jew uniti tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, informazzjoni li tikkonċerna it-tħaddim tagħhom għandha tiġi pprovduta.

0. | ĠENERALI | | | |

0.1. | Għamla (l-isem tan-negozju u l-manifattur): | | | |

0.2 | Tip u deskrizzjoni(jiet) ġenerali kummerċjali | | | |

0.3. | Mezzi ta'identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b): | | | |

0.3.1. | Lokazzjoni ta' dik il-marka: | | | |

0.4. | Kategorija tal-vettura(c): | | | |

0.5. | Isem u indirizz tal-manifattur: | | | |

0.8. | Indirizz(i) tal-post ta' assemblaġġ(i): | | | |

1. | KARATTERISTIĊI TAL-KOSTRUZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA | | | |

1.1. | Ritratti u/jew tpinġijiet ta' vettura rappreżentattiva: | | | |

9. | BODYWORK | | | |

9.10.3. | Sedili | | | |

9.10.3.1. | Numru: | | | |

9.10.3.2. | Pożizzjoni u arranġament: | | | |

9.10.3.2.1. | pożizzjoni ta' bilqiegħda intiża biss għall-użu meta il-vettura tkun wieqfa: | | | |

9.10.3.4. | Karatteristiċi: Għal sedili mhux bl-approvazzjoni tat-tip bħala komponenti, deskrizzjoni u tpinġijiet ta': | | | |

9.10.3.4.1. | is-sedili u l-ankoraġġi tagħhom: | | | |

9.10.3.4.2. | is-sistema' ta' aġġustament: | | | |

9.10.3.4.3. | is-sistemi ta' ċaqlieq u qfil: | | | |

9.10.3.4.4. | l-ankoraġġi taċ-ċinturin tas-sedil jekk inkorporati fl-istruttura tas-sedil: | | | |

9.12. | Ċinturini ta' sigurtà u/jew sistemi ta' trażżin oħra | | | |

| | Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kompleta | Varjant (jekk aplikabbli) | Tagħmir ta' aġġustament taċ-ċinturin jew għoli (indika iva/le opzjonali) |

L-ewwel ringiela ta' sedili | L | | | |

C | | | |

R | | | |

Tieni ringiela ta' sedili [2] | F | | | |

M | | | |

B | | | |

| | | |

| | Airbag ta' quddiem | Airbag tal-ġenb | Ċinturin tat-tagħmir pre-loading |

L-ewwel ringiela ta' sedili | L | | | |

C | | | |

R | | | |

Tieni ringiela ta' sedili [3] | L | | | |

C | | | |

R | | | |

| | | |

9.12.3. | Numru u pożizzjoni tal-ankoraġġi taċ-ċinturin tas-sigurta‘u prova tal-qbil mad-Direttiva 76/115/KEE (i.e. numru ta' l-approvazzjoni tat-tip KE jew rapport tat-test): | | | |

Data, fajl

Appendiċi 3

MUDELL

maximum format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal- amministrazzjoni

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-:

- l-approvazzjoni tat-tip [1]

- estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip [2],

- ċaħda ta' l-approvazzjoni tat-tip [3],

- il-irtirar ta' l-approvazzjoni tat-tip [4]

ta' tip ta' vettura/komponent/unità teknika separata [5] fir-rigward tad-Direttiva…/…/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva…/…/KE)

Numru ta' l-approvazzjoni tat-tip: …

Raġuni għall-estensjoni:

SEZZJONI I

0.1. | Għamla (l-isem tan-negozju tal-manifattur): |

0.2. | Tip u deskrizzjoni(jiet) ġenerali kummerċjali: |

0.3. | Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata: [6] [7] |

0.3.1 | Lok ta' dak l-immarkar: |

0.4. | Kategorija tal-vettura [6] [8]: |

0.5. | Isem u indirizz tal-manifattur: |

0.7. | Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE |

0.8. | L-indirizz(i) ta' l-impjant(i) ta' fejn isir l-assemblaġġ: |

SEZZJONI II

1. | Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli) (ara Addendum) |

2. | Servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet: |

3. | Data tar-rapport tat-test: |

4. | Numru tar-rapport tat-test: |

5. | Rimarki (jekk hemm) (ara Addendum) |

6. | Post: |

7. | Data: |

8. | Firma: |

9. | L-indiċi għall-pakkett ta' l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta' l-approvazzjoni, li jista' jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż. |

Addendum

Għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru.… li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent taċ-ċinturini ta' sigurta' u sistemi ta' trażżin fir-rigward tad-Direttiva 77/541/KEE hekk kif l-aħħar emendat b' Direttiva…/…/KE

1. | Informazzjoni addizzjonali |

1.1. | Konfigurazzjoni: (uża simboli u rimarki stipulati f'punti 1.3 u 1.4 ta' l-ANNESS III; jekk applikabbli, indika, karatteristiċi addizzjonali, bħal apparat tal-aġġustament tal-għoli, apparat tal-pre-loading, eċċ.) |

1.2. | Vetturi li għalihom l-apparat huwa disinjat: |

1.3. | Pożizzjoni tal-vetturi li fuqhom l-apparat ser jiġi armat: [1] |

1.4. | Informazzjoni supplimentari dwar is-sistemi ta' trażżin għat-tfal |

1.4.1. | Kategorija(i): |

1.4.2. | Gruppi tal-massa: |

1.4.3. | Restrizzjoni tat-tfal li jħares ‘il quddiem/restrizzjoni tat-tfal li jħares lura restraint/carry-cot: [2] |

1.4.4. | Booster cushion integrali/Mhux integrali/parzjali: [2] |

1.4.5. | Tip ta' ċinturin: (adult) tliet punti/(adult) ċinturin addominali/tip ta' ċinturin speċjali/retractor: [2] |

1.4.6. | Karatteristiċi oħra: assemblaġġ tas-siġġu/wiċċ ta' impatt: [2] |

1.5. | Rimarki: |

Appendiċi 4

MUDELL

(maximum format: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal- Amministrazzjoni

Komuikazzjoni li tikkonċerna l-:

- l-approvazzjoni tat-tip [1]

- estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip [2],

- ċaħda ta' l-approvazzjoni tat-tip [3],

- il-irtirar ta' l-approvazzjoni tat-tip [4]

ta' tip ta' vettura/komponent/unità teknika separata [5] fir-rigward tad-Direttiva…/…/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva…/…/KE)

Numru ta' l-approvazzjoni tat-tip: …

Raġuni għall-estensjoni:…

SEZZJONI I

0.1. | Għamla (l-isem tan-negozju tal-manifattur): |

0.2. | Tip u deskrizzjoni(jiet) ġenerali kummerċjali: |

0.3. | Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata: [6] [7] |

0.3.1. | Lok ta' dak l-immarkar: |

0.4. | Kategorija tal-vettura [6] [8]: |

0.5. | Isem u indirizz tal-manifattur: |

0.7. | Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE: |

0.8. | L-indirizz(i) ta' l-impjant(i) ta' fejn isir l-assemblaġġ: |

SEZZJONI II

1. | Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli) (ara Addendum): |

2. | Servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet: |

3. | Data tar-rapport tat-test: |

4. | Numru tar-rapport tat-test: |

5. | Rimarki (jekk hemm) (ara Addendum) |

6. | Post: |

7. | Data: |

8. | Firma: |

9. | L-indiċi għall-pakkett ta' l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta' l-approvazzjoni, li jista' jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż. |

Addendum

Għaċ-ċertifikat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru.… li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti taċ-ċinturini tas-sigurta' u s-sistemi ta' trażżin fir-rigward tad-Direttiva 77/541/KEE hekk kif l-aħħar emendat b' Direttiva…/…/KE

1. | Informazzjoni Addizzjonali: |

1.1. | Desinjazzjoni taċ-ċinturini tas-sigurta' jew sistemi ta' trażżin li jistgħu jiġu armati fuq il-vettura: |

1.1.1. | Għamla: |

1.1.2. | Marka tat-l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti: |

1.1.3. | Pożizzjoni tal-vettura: |

1.2. | Ankoraġġi taċ-ċinturin tas-sigurta: |

1.2.1. | Numru tat-l-approvazzjoni tat-tip: |

1.3. | Sedili: |

1.3.1. | Numru tat-l-approvazzjoni tat-tip jekk applikabbli: |

5. | Rimarki: |

ANNESS III

MARKA TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENTI

1.1. | Kull ċinutrin ta' sigurta' jew sistema' ristrettiva li jikkonforma mat-tip approvat min din id-Direttiva għandu jkollu marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent. Il-marka tat-l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti għandha tikkonsisti minn: |

1.1.1. | Rettanglu li jdawwar ittra miktuba żgħira "e" b'ittra(i) distingwibbli warajha jew numru tal-Istat Membru li ta it-l-approvazzjoni tat-tip tal-konponenti KE: 1Għall-Ġermanja,2Għal Franza,3Għall-Italja,4Għall-Olanda,5Għall-Isvezja,6Għall-Belġju,9Għall-Spanja,11Għar-Renju Unit,12Għall-Awstrija,13Għal-Lussemburgu,17Għall-Fillandja,18Għad-Danimarka,21Għall-Portugal,23Għall-Greċja,IRLGħall-Irlanda. |

1.1.2. | Qrib ir-rettanglu in-"numru ta' approvazzjoni bażi" li nsibu f'Sezzjoni 4 tan-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip riferut fl-ANNESS VII tad-Direttiva 70/156/KEE preċedut minn żewġ figuri li jindikaw sekwenza ta' numri assenjata sal-aħħar emenda teknika qawwija f'Direttiva 77/541/KEE fid-data li l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti ingħatat. F'din id-Direttiva is-sekwenza tan-numri hija 04 għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta' adulti u sistemi ta' trażżin u 03 għas-sistemi ta' trażżin għat-tfal. |

1.1.3. | Is-simbolu jew simboli li ġejjin insibuhom fir-rettanglu t'hawn fuq. |

1.1.3.1. | L-ittra "A" fil-każ ta'ċinturin bi tliet punti, l-ittra "B" fil-każ ta' ċinga addominali l-ittra "S" fil-każ ta' tip ta' ċinturin speċjali. |

1.1.3.2. | Is-simboli deskritti f'1.1.3.1 għandhom jiġu supplimentati bil-marki li ġejjin. |

1.1.3.2.1. | L-ittra "e" fil-każ ta' ċinturin aramata b'assorbitur tal-enerġija. |

1.1.3.2.2. | L-ittra "r" fil-każ ta'ċinturin ta' sigurta' aramata b'retractor, bin-numru tat-tip ta' retractor użat warajha, skond 1.8 ta' l-ANNESS I, u l-ittra "m" jekk ir-retractor użat huwa retractor tal-qfil tal-emerġenza b'sensittivita' multipla. |

1.1.3.2.3. | L-ittra "p" fil-każ ta'ċinturin tas-sigurta' b'apparat ta' pre-loading. |

1.1.3.3. | Is-simboli deskritti f' 1.1.3.1 għandhom jippreċedu l-ittra "Ż" meta ċ-ċinturin tas-sigurta' hija parti mis-sistema' ristrettiva. |

1.1.4. | Ċinturini armati b' retractor tat-tip 4N għandhom jkollhom ukoll is-simbolu li jikkonsistu minn rettanglu b'vettura tal-kategorija M1 maqtugħa, li jindika li l-użu ta' dan it-tip ta' retractor huwa projbit fil-vetturi ta' din il-kategorija. |

1.1.5. | Jekk iċ-ċinturin tas-sigurtà hija approvata skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.6.1.3.3. ta' l-ANNESS I ta' din id-Direttiva, għandu jiġi immarkat bil-kelma "AIRBAG" ġo rettanglu. |

1.1.6. | Fil-każ ta' restrizzjoni tat-tfal it-test addizzjonali li ġej huwa ‘il fuq mir-rettanglu: |

1.1.6.1. | Il-kelma "universali", "ristrett", "semi-universali" jew "vettura speċifika" skond il-kategorija tar-restrizzjonii, |

1.1.6.2. | il-firxa tal-piż li għalih ir-restrizzjoni tat-tfal ġie iddisinjat, l-iktar: inqas minn 10 kg; inqas minn 13 kg; 9 sa 18 kg; 15 sa 25 kg; 22 sa 36 kg; inqas minn 18 kg; 9 sa 25 kg; 15 sa 36 kg; inqas minn 25 kg; 9 sa 36 kg; inqas minn 36 kg, |

1.1.6.3. | is-simbolu "Y" fil-każ ta' apparat li fih ċinga ta' bejn is-saqajn, |

1.1.6.4. | is-simbolu "S" fil-każ ta' "restrizzjoni ta' bżonnijiet speċjali". |

1.2. | Id-dettalji deskritti f'1.1 għandhom jkunu leġibbli b'mod ċar u li ma jitħassrux, u għandhom jiġu pprovduti jew permezz ta' label jew permezz ta' immarkar dirett. It-tikketta jew immarkar għandu jkun reżistenti għall-użu. |

2. | FIGURI TAL-MARKI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT |

+++++ TIFF +++++

2.1. | Iċ-ċinturin li fiha il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li tidher hawn fuq huwa ċinturin bi tlett punti "A" armata b'assorbitur tal-enerġija (e) u appruvat fl-Olanda (e 4) skond din id-Direttiva (04) taħt il-base approval number 2439. |

+++++ TIFF +++++

2.2. | Iċ-ċinturin li fih l-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal- KE ta' komponent li tidher hawn fuq huwa tip ta' ċinturin tal-qadd "B", armata b'retractor tat-tip 4 b'sensittivita' multipla, u appruvat fl-Olanda (e 4) skond din id-Direttiva (04) taħt il-base approval number 2439. |

+++++ TIFF +++++

2.3. | Iċ-ċinturin li fih l-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal- KE ta' komponent li tidher hawn fuq huwa tip speċjali ta' ċinturin "S", armata b'assorbitur tal-enerġija(e), li jifforma parti mis-sistema ta' trażżin "Z" u appruvat fl-Olanda (e 4) skond din id-Direttiva (04) taħt il-base approval number 2439. |

+++++ TIFF +++++

2.4. | Iċ-ċinturin li fiha il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip li tidher hawn fuq huwa ċinturin tat-tlett punti "A" li għandha sensittivita' multipla "m" tip 4N "r4N"retractor, li l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tiegħu ingħata fl-Olanda "e4" skond din id-Direttiva (04) taħt il-numru ta' appruvazzjoni bażi 2439. Din iċ-ċinturin hija armata mal-vetturi tal-kategorja M1. Nota:In-numru ta' approvazzjoni bażi u s-simbolu (i) għandhom jitpoġġew viċin tar-rettanglu. |

+++++ TIFF +++++

2.5. | Iċ-ċinturin li għandu din il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip huwa ċinturin bi tliet punti "A" armata b'assorbitur tal-enerġija"e", appruvata bħala wieħedli jilħaq il-ħtiġiet speċifiċi tal-paragrafi 2.6.1.3.3 tal-Anness I ta' din id-Direttiva, li għandu sensittivita' multipla'm' tip ta'retractor 4 "r4", u li l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent ingħata fl-Olanda "e4" skond din id-Direttiva (04) taħt in-numru ta'approvazzjoni 2439. Dan iċ-ċinturin għandu jiġi armat ma' vettura mgħammra b' airbag fil-pożizzjoni tat-tpoġġija bil-qieghda mogħtija. |

ANNESS IV

EŻEMPJU TA' L-APPARAT TAT-TEST TAD-DURABILITA' TAL-MEKKANIŻMU TAR-RETRACTOR

+++++ TIFF +++++

ANNESS V

EŻEMPJU TA' L-APPARAT LI JIVVERIFIKA IL-QFIL TAR-RETRACTORS TAL-QFIL TA' EMERĠENZA

Apparat adattat jidher fil-figura u jikkonsisti minn cam immexxi b'mutur li l-follower tiegħu huwa mwaħħal permezz ta' wajers ma karru żgħir armat fuq trakk. Il-cam follower jinkorpora it-tagħmir ta' "telf ta' moviment" li jassorbi kull moviment tas-serratura tar-rampila qabel il-full stroke tal-follower jintemm. Il-kumbinazzjoni tal-cam design u l-veloċita tal-mutur hija tali li tagħti l-aċċelerazzjoni meħtieġa f'rata ta' awment ta' aċċelerazzjoni hekk kif speċifikata f'2.7.7.2.2 ta' l-ANNESS 1, u l-istroke huwa irranġat sabiex jkun aktar mill-moviment massimu taċ-ċinga permess qabel ma jissakkar.

Fuq il-karru huwa armat karru li jkun jista' jiċċaqlaq ħalli r-retractor li ser jiġi armat ikun jista' jvarja il-pożizzjonijiet relattivi fid-direzzjoni tal-moviment tal-karru.

Meta jsir l-ittestjar tar-retractors għas-sensittivita' tal-moviment taċ-ċinga, ir-retractor jiġi armat fuq bracket adegwadament iffisata u ċ-ċinga hija mwaħħla mal-karru.

Meta jsiru dawn it-testijiet kull bracket, eċċ. li jissupplixxi l-manifattur jew xi rappreżentant tiegħu għandu jinkorpora it-test tal-installazzjoni sabiex jissimula viċin kemm jista' jkun l-installazzjoni intiża fil-vettura.

Kull bracket addizzjoni, eċċ, li tista' tkun meħtieġa sabiex tissimula l-installazzjoni intiża fil-vettura għandha tiġi provduta mill-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu.

+++++ TIFF +++++

ANNESS VI

EŻEMPJU TA' APPARAT LI JITTESTJA IR-RESISTENZA TAT-TRAB TAR-RETRACTORS

+++++ TIFF +++++

ANNESS VII

DESKRIZZJONI TAL-KARRU, SEDIL, ANKORAĠĠI U TGĦAMIR TAT-TWAQQIF

1. | KARRU Għat-testijiet fuq iċ-ċinturini tas-sigurtà il-karru, li jġorr is-sedil biss, għandu jkollu piż ta'400 ± 20 kg. Għat-testijiet fuq is-sistemi ta' trażżin il-karru, bl-istruttura tal-vettura imwaħħla, għandu jkollha piż ta' 800 kg. Madanakollu, jekk neċċessarju, il-piż totali tal-karru u ta' l-istruttura tal-vettura tista' tiżdied b'żidiet ta' 200 kg. Fl-ebda każ il-piż totali m'għandu jvarja mill-valur nominali b'iktar minn ± 40 kg. |

2. | SEDIL Bl-eċċezzjoni ta' testijiet fuq sistemi ta' trażżin, is-sedil għandu jkollu kostruzzjoni riġida u jippreżenta wiċċ lixx. Il-partikulari mogħtija fil-figura 1 t'hawn għandhom jiġu rispettatti, b'attenzjoni illi l-ebda parti metallika ma tiġi f'kuntatt maċ-ċinturin. |

3. | L-ANKORAĠĠI L-ankoraġġi għandhom jiġu pożizzjonati kif jidher fil-Figura 1. Il-marki ċirkulari li jaqblu ma' l-arranġament tal-ankoraġġi, juru fejn it-truf taċ-ċinturin għandhom jitwaħħlu mal-karru jew it-tgħabija transducer, skond il-każ. L-ankoraġġi għall-użu normali huma l-punti A, B u K jekk it-tul taċ-ċinga bejn it-tarf ta' fuq tal-bokkla u t-toqba tal-attachment tal-istrap support hija aktar minn250mm. Fin-nuqqas ta' dan, ghandhom jintuzaw il-punti A1 u B1. L-istruttura li ġġorr l-ankoraġġi għandha tkun riġida. L-ankoraġġ ta' fuq m'għandiex tkun spustjata b'iktar minn 0,2 mm fid-direzzjoni lonġitudinali meta xi tgħabija ta' 98 daN jiġi applikat f'dik id-direzzjoni. Il-karru għandu jinħadem b'tali mod illi l-ebda deformazzjoni permanenti m'għandha sseħħ fil-partijiet li fihom l-ankoraġġi matul it-test. It-tolleranza fil-pożizzjoni tal-punti tal-ankoraġġ hija tali illi kull punt tal-ankoraġġ għandu jitpoġġa l-iktar 50 mm mill-punti korrispondenti A, B u K indikati fil-Figura 1, jew A1, B1 u K, skond il-każ. Jekk ir-raba' ankoraġġ huwa neċessarjau sabiex jitwaħħal ir-retractor, dan l-ankoraġġ: Għandu jitwaħħal mal-pjan vertikali lonġitudinali li tgħaddi minn K,Għandha tippermetti lir-retractor li jiżżerżaq sal-angolu stipulat mill-manifattur,Għandha titqiegħed fuq l-ark taċ-ċirklu b'ċentru K u b'radiu KB1 = 790 mm jekk it-tul tal-gwida taċ-ċinga ta' fuq u l-ħruġ taċ-ċinga fir-retractor mhix inqas minn 540 mm jew, fil-każijiet l-oħra kollha, l-ark taċ-ċirklu għandu ċentru K u radiu ta' 350 mm. |

3.1. | Fil-każ ta' ċinturin armat b'tagħmir ta' aġġustament ta' ċinturin għall-għoli kif definit f'1.8.6 ta' din id-Direttiva, dan għandu jiġi żgurat jew bi frame riġidu, jew ma' parti tal-vettura li hija normalment armata li għanda tiġi iffissata mal-karru. |

4. | TAGĦMIR TAT-TWAQQIF Dan it-tagħmir jikkonsisti minn żewġ assorbenti identiċi armati paralleli, bl-eċċezzjoni tal-każ tas-sistemi ta' trażżin fejn erba' assorbenti għandhom jintużaw b'piż nominali ta' 800 kg. Jekk meħtieġ, assorbent addizzjonali għandu jintuża ta' 200 kg kull wieħed sabiex iżid il-piż nominali. Kull assorbent jinkludi: Casing ta' barra iffurmat minn tubu tal-azzar,tubu ta' assorbiment tal-enerġija tal-polyurethane,Pum forma ta' żebbuġa tal-azzar ibbliċjat li jgħaddi ġol-assorbent,xaft u platt ta' impatt.Id-dimensjonijiet tal-partijiet varji ta' dan l-assorbent ta' enerġija jidhru fil-Figuri 2, 3 u 4. Il-valuri karatteristiċi tal-materjali li jassorbi l-enerġija ingħata hawn taħt. Immedjatament qabel it-test, it-tubi għandhom jiġu kkundizzjonati għal temperatura ta' bejn 15 u 25 °C għal tal-inqas 12 ‘l siegħa mingħajr ma jintużaw. It-temperatura tat-tagħmir tat-twaqqif matul it-test dinamiku tac-cinturini tas-sigurta' u tas-sistemi ta' trażżin għandha tkun l-istess bħal dik matul it-test tal-kalibbrazzjoni sa ± 2 °C. Il-ħtiġiet dwar t-tagħmir ta' twaqqif insibuhom fl-ANNESS IX. Kull tagħmir li jagħti riżultati ekwivalenti huwa aċċettabbli. |

VALURI KARATTERISTIĊI TAL-MATERJAL LI JASSORBI L-ENERĠIJA

(Metodu ASTM D 735 sakemm il-kuntraju huwa mistqarr)

Shore hardness A: | | 95 ± 2 at 20 ± 5 °C |

Saħħa tal-ibbrejkjar: | | Ro 343 daN/cm2 |

Tul minimu: | | Ao 400 % |

Modulus: | | f' 100 % tul: ≥108 daN/cm2 |

| f' 300 % tul: ≥235 daN/cm2 |

Tqaxxir f'temperatura baxxa (ASTM metodu D 736) | ħames sigħat bil –55 °C |

Sett ta' kompressjoni (metodu B): | 22 siegħa bis-70 °C ≤ 45 % |

Densita' ta' 25 °C | | 1,05 sa 1,10 |

Jikkonsma f'arja (Metodu ASTM D 573): | |

70 siegħa f'100 °C | shore hardness A: | varjazzjoni massima ± 3 |

saħħa tal-ibbrejkjar: | naqqas < 10 % ta' Ro |

tul: | naqqas < 10 % ta' Ao |

piż: | naqqas < 1 % |

Immersjoni fiż-żejt (Metodu ASTM Nru 1 Żejt): | |

70 siegħa bil-100 °C | shore hardness A: | varjazzjoni massima ± 4 |

saħħa: | naqqas < 15 % ta' Ro |

tul: | naqqas < 10 % ta' Ao |

volum: | kambjament ± 5 % |

Imersjoni fiż-żejt (Metodu ASTM Nru 3 Żejt): | |

70 siegħa bil-100 °C | saħħa: | naqqas < 15 % ta' Ro |

tul: | naqqas < 15 % ta' Ao |

volum: | kambjament < 20 % |

Immersjoni fl-ilma distillat: | |

ġimgħa bis-70 °C | saħħa: | naqqas < 35 % ta' Ro |

tul: | żid: < 20 % ta' Ao |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

ANNESS VIII

DESKRIZZJONI TAL-MANIKIN

1. | SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-MANIKIN |

1.1. | Ġenerali Il-karatteristiċi ewlenin tal-manikin huma intiżi fil-figuri u tabellli li ġejjin: Figura 1vista' mil-ġenb tar-ras, l-għonq u s-sider;Figura 2l-quddiem tar-ras, l-għonq u s-sider;Figura 3tal-ġenb mill-ġenb, koxxox u parti t'isfel tas-sieq;Figura 4Quddiem tal-ġenb, koxxox u parti t'isfel tas-sieq;Figura5Dimensjonijiet prinċipali;Figura 6__NEWLINE__manikin bil-qiegħda, li juri:il-lokazzjoni taċ-ċentru ta' gravita',il-lokazzjoni tal-punti fejn il-moviment għandu jitkejjel,l-għoli tal-ispalla;tabella 1l-piż tar-ras,l-għonq, is-sider, il-koxxa u ‘l-parti t'isfel tas-sieqtabella 2Referenzi, ismijiet, materjali, dimensjonijiet prinċipali tal-komponenti tal-manikin. |

1.2. | Deskrizzjoni tal-manikin |

1.2.1. | struttura tal-parti t'isfel tas-sieq (ara Figuri 3 u 4) L-istruttura tal-parti t'isfel tas-sieq tikkonsisti minn tliet partijiet: sole plate (30),shin tube (29),tubu tal-irkobba (26).It-tubu tal-irkobba għandha żewġ lugs li jillimitaw il-moviment tal-parti t'isfel tas-sieq in relazzjoni mal-koxxa. Il-parti t'isfel tas-sieq tista' iddur lura b'madwar 120o mill-pożizzjoni wieqfa. |

1.2.2. | L-istruttura tal-koxxa (ara Figuri 3 u 4) L-istruttura tal-koxxa tikkonsisti minn tliet komponenti: tubu/i tal-irkobba (22),ħadida tal-pexxun (21),tubu tal-ġenb (20).Il-moviment tal-irkobba hija limitata għal żewġ cut-outs fit-tubu tal-irkobba (22) li jaqbdu mal-lugs tas-sieq. |

1.2.3. | L-istruttura tas-sider (ara Figuri 1 u 2) l-istruttura tat-torso tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin: tubu tal-ġenb (2),ir-roller chain (4),kustillji (6) u (7),sternum (8),twaħħil tal-katina (3 u, parzjalment, 7 u 8). |

1.2.4. | L-Għonq (ara Figuri 1 u 2) L-għonq jikkonsisti minn sebgħa diski tal-polyurethane (9). Il-grad ta'twebbis tal-għonq jista' jiġi aġġustat permezz ta' katini tat-tensjoni. |

1.2.5. | Ir-Ras (ara Figuri 1 u 2) Ir-ras (15) hija vojta; il-polyurethane huwa rinforzat permezz ta' stixxi tal-azzar (17). Iċ-chain tensioner li jippermetti lill-għonq li jiġi aġġustat jikkonsisti minn blokka tal-poliyamide (10), tubular spacer (11) u komponent ta' tensjoni (12 u 13). Ir-ras iddur mal-ġog bejn l-ewwel u t-tieni vertebra ċervikali (il-ġog tal-atlas-axis), li jikkonsisti minn manku ta' l-assemblaġġ (14 u 18), spacer (16) u blokka tal-polyamide (10). |

1.2.6. | ġog tal-irkobba (ara Figura 4) Il-parti t'isfel tas-sieq u l-koxox huma imwaħħla b'tubu (27) u tensioner (28). |

1.2.7. | ġog tal-ġenb (ara Figura 4) Il-koxox u s-sider huma imwaħħlin b'tubu (23), platti ta' frizzjoni (24) u tensioner (25). |

Tip: | PU 123 CH compound |

xedd: | 50 sa 60 shore A |

|

1.2.9. | Fuq kollox Il-manikin huwa kopert min-mant speċjali. |

2. | KORREZZJONI TAL-PIŻ Sabiex issir kalibrazzjoni tal-manikin għal ċertu valuri u l-piż totali tiegħu, id-distribuzzjoni tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz ta' sitt piżijiet ta' korrezzjoni ta' 1 kg kull wieħed li jistgħu jiġu armati mal-ġog tal-ġenb. Sitt piżijiet tal-polyurethane oħra ta' 1 kg kull wieħed jistgħu jiġu armati mad-dahar tat-torso. |

- egħbusija: 7 sa 10 shore A

- ħxuna: 25 ± 5 mm.

Jkun jista' jinbidel. |

4. | AĠĠUSTAMENT TAL-ĠOGI |

4.1. | Ġenerali Sabiex jinkisbu riżultati riproduċibbli, huwa neċessarju illi tispeċifika l-kontroll tal-frizzjoni f'kull ġogt. |

4.2. | Ġog tal-irkobba: Isikka l-ġog tal-irkobba; Issetja l-koxxa u l-parti ‘l isfel tas-sieq b'mod vertikali; Dawwar il-parti t'isfel tas-sieq b'30o; Naqqas it-tensioner sakemm il-parti t'isfel tas-sieq tibda tinżel bil-piż tagħha stess; Sakkar it-tensioner f'din il-pożizzjoni. |

4.3. | Ġogi tal-ġenb Żid ir-riġidita' tal-ġogi tal-ġenb minħabba l-aġġustamenti Poġġi l-koxxa f'pożizzjoni orizzontali u t-torso f'pożizzjoni vertikali: Dawwar it-torso ‘il-quddiem sakemm jifforma angolu ta' 60o mal-koxox; Naqqas it-tensioner bil-mod sakemm it-torso jibda jaqa' bil-piż tiegħu stess; Sakkar it-tensioner f'din il-pożizzjoni. |

4.4. | Ġog Atlas-Axis: Irranġa l-atlas-axis joint sabiex jkun jista' jirreżisti il-piż tiegħu stess ‘il quddiem u lura. |

4.5. | Għonq L-għonq għandu jiġi aġġustat permezz ta' katina tat-tensioner (13): Meta l-għonq huwa aġġustat, it-tarf ta' fuq tat-tensioner għandu jiġi rranġat bejn 40 u 60 mm meta suġġett għal piż orizzontali ta' 10daN. |

TABELLA 1

Komponenti tal-Manikin | Piż f'kilogrammi |

Ras u Għonq | 4,6 ± 0,3 |

Torso u Idejn | 40,3 ± 1,0 |

Koxox | 16,2 ± 0,5 |

Isfel tas-sieq u sieq | 9,0 ± 0,5 |

Piż Totali li jinkludi il-piżijiet korrettivi | 75,5 ± 1,0 |

TABELLA 2

Numru ta' Riferenza | Isem | Materjal | Dimensjonijiet |

1 | Ġisem | Polyurethane | — |

2 | Tubu tal-ġenb | Azzar | 76x70x100mm |

3 | Aċċessorji tal-katina | Azzar | 25x10x70mm |

4 | Roller chain | Azzar | 3/4mm |

5 | Pjan tal-ispalla | Polyurethane | — |

6 | Kustillji (rolled sezzjoni) | Azzar | 30x30x3x250mm |

7 | Kustillji | Platt tal-azzar ippreforat | 400x85x1,5mm |

8 | Sternum | Platt tal-azzar ippreforat | 250x90x1,5mm |

9 | Diski (6) | Polyurethane | Ø90x20mm;Ø80x20mm Ø75x 20mm;Ø70x20mm Ø65x 20mm; Ø60x20mm |

10 | Blokk | Polyamide | 60x60x25mm |

11 | Tubular Spacer | Azzar | 40x40x2x50mm |

12 | Tensioning Bolt | Azzar | M16 x 19mm |

13 | Tensioner Nut | Azzar | M16 |

14 | Tensioner for ġog tal-assi ta'atlas | Azzar | Ø12 x 130mm (M12) |

15 | Ras | Polyurethane | — |

16 | Tubular Spacer | Azzar | Ø 18 x 13 x 17mm |

17 | Platt ta' reinfurzar | Azzar | 30 x 3 x 500mm |

18 | Tensioner Nut | Azzar | M12 |

19 | Koxxox | Polyurethane | — |

20 | Tubu tal-ġenb | Azzar | 76 x 70 x 80mm |

21 | Ħadida tal-pexxun | Azzar | 30 x 30 x 440mm |

22 | Tubu tal-irkobba | Azzar | 52 x 46 x 40mm |

23 | Tubu li jwaħħal il-ġenb | Azzar | 70 x 64 x 250mm |

24 | Platti ta' frizzjoni (4) | Azzar | 160 x 75 x 1mm |

25 | Assemblaġġ tat-tensioner | Azzar | M12 x 320 mm plates u nuts |

26 | Tubu tal-irkobba | Azzar | 52 x 46 x 160mm |

27 | Tubi li jwaħħlu l-irkobba | Azzar | 44 x 39 x 190mm |

28 | Platt ta' tat-tensioner | Azzar | Ø 70 x 4 mm |

29 | Shin Tube | Azzar | 50 x 50 x 2 x 460mm |

30 | Sole plate | Azzar | 100 x 170 x 3mm |

31 | Piżijiet ta' korrezzjoni tat-torso (6) | Polyurethane | 1 kg kull waħda |

32 | Cushion | Foam tal-polyurethane | 350 x 250 x 25mm |

33 | B'kollox | Tajjar u ċineg tal-polyurethane | |

34 | Piżijiet ta' Korrezzjoni tal- ġogi tal-ġenb (6) | Azzar | massa ta' 1kg kull waħda |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Manikin qiegħed fil-pożizzjoni murija fl-ANNESS VII, Figura 1.

G = ċentru ta' gravita',

T = punt tal-kejl tat-torso (impoġġi fuq quddiem tal-linja taċ-ċentru tal-manikin),

P = Punt tal-kejl tal-pelvi (impoġġi fuq wara il-linja taċ-ċentru tal-manikin).

ANNESS IX

DESKRIZZJONI TAL- KURVA TAD-DEĊELLERAZZJONI TAT- KARRU SKOND IL-ĦIN

(Kurva għall-ittestjar tat-tagħmir tat-twaqqif)

+++++ TIFF +++++

| t | g |

A | 10 | 15 |

B | 15 | 20 |

C | 25 | 26 |

D | 45 | 26 |

E | 55 | 20 |

F | 60 | 0 |

G | 18 | 32 |

H | 60 | 32 |

I | 80 | 0 |

Il-kurva tad-deċellerazzjoni tal-karru mkejla bil-masses inerti sabiex tipproduċi piż totali ta' 455 kg +/- 20 kg għat-testijiet taċ-ċinturin tas-sigurtà u 910 kg +/- 40 kg għat-testijiet tar-sistema ta' trażżin, fejn il-piż nominali tal-karru u ta' l-istruttura tal-vettura hija 800 kg, għandha tibqa' mal-hatchet area t'hawn fuq. Jekk neċessarju, il-piż nominali tal-karru u tal-vettura imwaħħla tista' tiżdied b'inkrementi ta' 200 kg, f'liema każ il-massa inerta addizzjonali ta' 28 kg għandu jiżdied għal kull inkrement. Fl-ebda każ il-piż totali tal-karru, ta' l-istruttura tal-vettura u l-piżijiet inerti m'għandhomx jvarjaw mill-valur nominali tat-testijiet ta' kalibrazzjoni b'iktar minn +/- 40 kg. Id-distanza tat-twaqqif matul il-kalibrazzjoni tal-karru għandha tkun 400 +/- 20 mm u l-veloċita' tal-karru għandha tkun 50 +/- 1 km fis-siegħa.

Fiż-żewġ każijiet t'hawn fuq it-tagħmir tal-kejl għandu jkollu respons li huwa sostanzjalment flat sa 60 Hz b' roll off ta'100 Hz. Reżonanzi mekkaniċi assoċjati mat-transducer armat m'għandux jfixkel ir- readout data. Kunsiderazzjoni għandha tingħata lill-effett tat-tul tal-cable u t-temperatura tar-respons tal-frekwenza [1].

ANNESS X

STRUZZJONIJIET TAL-UŻU

Kull ċinturin ta' sigurta' tkun akkumpanjata mill-istruzzjonijiet li jkopru l-punti li ġejjin fil-lingwa jew lingwi tal-Istat Membru fejn ser titpoġġa fis-suq.

1. | Struzzjonijiet tal-installazzjoni (mhux rikjesti jekk il-manifattur jipprovdi il-vettura b'ċinturini ta' sigurta' diġa installati) li jispeċifikaw għal liema tipi ta' vetturi l-assemblaġġ hija adegwata u l-metodu korrett tat-twaħħil ta' l-assemblaġġ mal-vettura, bl-inklużjoni ta' twissija bħala protezzjoni għat-tgħerik taċ-ċineg. |

2. | Struzzjonijiet tal-użu (jistgħu jiġu inklużi fil-manwal tal-utent jekk il-manifattur jipprovdi l-vettura biċ-ċinturini ta' sigurta' imwaħħlin) li jinkludi l-istruzzjonijiet neċċessarji sabiex jiżguraw illi min jużahom jakkwista l-ikbar beneffiċju miċ-ċinturin tas-sigurta'. F'dawn l-istruzzjonijiet referenza għandha ssir lejn: (a)l-importanza li wieħed jilbes iċ-ċinturin ta' sigurta' f 'kull vjaġġ;(b)il-manjiera korretta li jintlibes iċ-ċinturin u b'mod partikulari:il-lokazzjoni intiża tal-bokkla,il-bżonn taċ-ċinturini li joqgħodu b'mod sod meta jintużaw,il-pożizzjoni korretta taċ-ċineg u l-bżonn li ma jitgħawwġux,il-fatt li kull ċinturin għandu jintuża minn okkupant wieħed biss, u liiċ-ċinturin m'għandux jitpoġġa ma' tarbija fuq il-ħoġor tal-passiġier(i);(ċ)il-metodu tal-issikar u ħall tal-bokkla;(d)il-metodu tal-aġġustament taċ-ċintorin;(e)il-metodu tat-tħaddim ta' kull retractor li huwa inkorporat fl-assemblaġġ u l-metodu tal-iċċekjar jekk hux imsakkar;(f)il-metodi rakkomandati tat-tindif taċ-ċinturin u tar-riassemblaġġ tagħha wara t-tindif meħtieġ;(g)il-bżonn li tbiddel is-ċinturin ta' sigurta' meta intużat f'inċident serju jew juri sinjali ta' deterjorazzjoni jew li ġew maqtugħa jew, meta ċ-ċinturin jkun armat b'tagħmir tal-pre-loading, meta dan ta' l-aħħar jiġi attivat;(h)il-fatt li ċ-ċinga m'għandiex tinbidel jew tiġi modifikata f'xi mod għaliex tali tibdiliet jistgħu jirrendu ċ-ċinturin ineffiċjenti, b'mod partikulari fejn id-disinn jippermetti illi partijiet jiġu żarmati, struzzjonijiet li jiżguraw twaħħil mill-ġdid għandhom jingħataw;(i)il-fatt li ċ-ċinturin huwa intiż għall-użu mill-okkupanti ta' binja adulta;(j)stivar taċ-ċinturin meta ma jintużax. |

3. | Fil-każ ta'ċinturini ta' sigurta' armati b'tip ta' retractor 4N, għandha tindika fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni fuq kull pakkett, li dan iċ-ċinturin mhux adegwat għall-installazzjoni u fuq xi ppakkettjar, li dan iċ-ċinturin mhux adattat għall-installazzjoni fil-vetturi tal-passiġġieri b'iktar minn disa' sedili, li jinkludu lis-sewwieq. |

4. | Il-manifattur tal-vettura għandu jinkludi fil-handbook tal-vettura parir dwar l-adegwadezza ta' kull pożizzjoni tas-sedil tal-passiġġieri għall-ġarr ta' tfal sa 12-il sena (jew 1,5 m twal), jew l-armar tas-sistemi ta' trażżin għat-tfal. L-informazzjoni tingħata fil-ligwa nazzjonali, jew tal-inqas waħda mil-lingwi nazzjonali, tal-pajjiż fejn il-vettura hija mibjugħa. |

4.1. | Għal kull pożizzjoni ta' bilqiegħda li tħares ‘il quddiem, il-manifattur għandu jew: |

4.1.1. | jindika l-pożizzjoni ta' bilqiegħda adattata għar-restrizzjoni tat-tfal ta' kategorija universali; |

4.1.2. | jipprovdi lista tas-sistemi ta' trażżin universali jew semi-universali, ristretti jew kategoriji speċifiċi, adattati għal dik il-pożizzjoni ta' ta' bilqiegħda tal-vettura, b'indikazzjoni tal-firxa tas-snin li għalihom ir-restrizzjonii huma intiżi; |

4.1.3. | jipprovdi restrizzjoni tat-tfal lest diġa bl-indikazzjoni tal-firxa ta' snin li għalihom ir-restrizzjoni huwa intiż f'kull konfigurazzjoni appropjata; jew |

4.1.4. | kull kombinazzjoni ta' 4.1.1, 4.1.2 u 4.1.3. |

4.1.5. | Jekk l-firxa tas-snin partikulari mhux kopert minn 4.1.1 - 4.1.4 fir-rigward ta' xi pożizzjoni ta' sedil partikulari, il-manifattur għandu jindika li t-tfal ta' dik l-firxa t' eta' m'għandux jinġarr f'dawk il-pożizzjonijiet tas-sedili. |

4.1.6. | Eżempju ta' format adattat ta' din l-informazzjoni hija mogħtija f'Appendiċi 1 tal-Anness. |

Appendiċi 1

| Grupp t'etajiet | Pożizzjoni ta' bilqiegħda |

| Passiġġier ta' quddiem | Passiġġier ta' wara | Sedili addizzjonali fiċ-ċentru ta' wara | Sedili addizzjonali |

< 10 kg (0 sa 9 xhur) | X | U | L | - | |

< 13 kg (0 sa 24 xhur) | U | U | L | - | |

9 sa 18 kg (9 sa 48 xhur) | UV | U | L | - | |

15 sa 36 kg (4 sa 12 snin) | U | U | B | - | |

Tifsir

U : Adattat għall-kategorija restrizzjonijiet "universali" approvati għall-użu f'dan il-grupp tal-eta.

UF : Adattat għall-kategorija restrizzjonii "universali" li jħarsu ‘l quddiem approvati għall-użu f'dan il-grupp tal-eta.

L : Adattat għal restrizzjonijiet tat-tfal partikulari fil-lista mehmuża. Dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jkunu ta' "vettura speċifika", "ristretti", "semi-universali" jew "universali".

B : Restrizzjoni built-in appruvat għal dan il-grupp tal-eta.

X : Pożizzjoni ta' bilqiegħda mhux adattat għat-tfal f'dan il-grupp tal-eta.

ANNESS XI

TEST TAL-BOKKLA DOPPJA

(imniżżel f'2.7.6.5 ta' l-ANNESS I)

+++++ TIFF +++++

ANNESS XII

TESTIJIET TA' BRIX U TA' MIKRO-SKORRIMENT

+++++ TIFF +++++

Eżempji tal-arranġamenti tat-test li jaqblu mat-tip ta' tagħmir ta' aġġustament

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

ANNESS XIII

TEST TA' KORRUŻJONI

1. | APPARAT TAT-TEST |

1.1. | L-apparat jikkonsisti minn kamra tan-nida, reċipjent b'soluzzjoni tal-melħ, skorta ta' arja kkondizzjonata kkompressata adattata, atomising nozzles waħda jew aktar, kampjuni tal-rfid, proviżjon biex tissaħħan il-kamra u l-mezzi neċessarji ta' kontroll. Id-dettalji tad-daqs u tal-kostruzzjoni ta' l-apparat huma addizzjonali, sakemm il-kundizzjonijiet tat-test jiġu milħuqa. |

1.2. | Huwa importanti illi jiġi żgurat li l-qtar tas-soluzzjoni li jakkumulaw fuq is-saqaf jew il-wiċċ tal-kamra ma jaqgħux fuq il-kampjuni tat-test, u |

1.3. | illi l-qtar tas-soluzzjoni li jaqgħu mill-kampjuni tat-test ma reġgħux lura fir-reċipjent u imbagħad jiġu atomizzati mill-ġdid. |

1.4. | L-apparat m'għandux jinħoloq minn materjali li jaffetwaw il-korruzjoni taċ-ċpar. |

2. | LOKAZZJONI TAL-KAMPJUNI TAT-TEST FIL-KAMRA TAN-NIDA |

2.1. | Kampjuni, bl-eċċezzjoni tar-retractors, għandhom jiġu sostnuti jew sospiżi bejn 15o u 30o mill-vertikali u preferribilment paralleli mid-direzzjoni prinċipali tal-milja orizzontali ġol-kamra taċ-ċpar, kif determinat, in relazzjoni mal-wiċċ dominanti li jkun qed jiġi ittestjat. |

2.2. | Ir-retractors għandom jiġu sostnuti jew sospiżi b'tali manjiera illi il-fusien tar-rukkell li jżomm iċ-ċinga huma normali mad-direzzjoni prinċipali tal-milja orrizzontali taċ-ċpar ġol-kamra. Iċ-ċinga li tinfetaħ ġor-retractor għandu jħares ukoll lejn id-direzzjoni prinċipali. |

2.3. | Kull kampjun għandu jitpoġġa b'tali mod illi ċ-ċpar jaqa' liberament fuq il-kampjuni kollha. |

2.4. | Kull kampjun għandu jitpoġġa b'tali mod sabiex ma tippermettix illi is-soluzzjoni tal-melħ illi taqa' minn kampjun għall-ieħor. |

3. | SOLUZZJONI TAL-MELĦ |

3.1. | Is-soluzzjoni tal-melħ għandha tiġi ppreparata billi tħoll 5 ± 1 partijiet mal-massa ta' sodium chloride f'95 partijiet ta' ilma distillat. Il-melħ għandu jkun sodium chloride sostanzjalment ħieles min nikil u r-ramm u jkun fih fi stat niexef mhux iktar minn 0,1 % ta' sodium iodide u mhux iktar minn 0,3 % ta' impuritajiet bħala total. |

3.2. | is-soluzzjoni għandha tkun tali illi meta tiġi atomizzata f'35 °C is-soluzzjoni miġbura hija ta' 6,5 sa 7,2 f'varjazzjoni tal-iskala pH. |

4. | SKORTA T'ARJA L-iskorta ta' arja kompressa saż-żennuna jew żennuni sabiex jsir atomizzazjoni tas-soluzzjoni tal-melħ għandha tkun ħielsa miż-żejt u impuritajiet, u miżmuma fi pressjoni ta' bejn 70 kN/m2 u 170 kN/m2. |

5. | KUNDIZZJONIJIET FIL-KAMRA TAĊ-ĊPAR |

5.1. | Iż-żona ta' espożizzjoni tal-kamra taċ-ċpar għandha tinżamm f'35 ± 5 °C. Tal-inqas żewġ kolletturi ta' nida' nodfa għandhom jitqiegħdu fiż-żona ta' espożizzjoni sabiex ma jħallux il-qtar tas-soluzzjoni mill-kampjuni tat-test jew xi sorsi oħra jakkumulaw. Il-kolletturi għandhom jitqiegħdu viċin tal-kampjuni tat-test, wieħed kemm jista jkun viċin taz-zennuni u l-ieħor kemm jista' jkun ‘il bogħod miż-żennuni. Iċ-ċpar għandu jkun tali illi, għal kull cm2 taż-żona ta' ġbir orizzontali, medja ta' bejn 1,0 u 2,0 ml ta' soluzzjoni fis-siegħa huwa miġbur f'kull kollettur meta imkejjel fuq tal-inqas 16-il siegħa. |

5.2. | Iż-żennuna jew zennuni għandhom jiġu diretti jew imqiegħda b'tali manjiera illi l-isprej ma jaħbatx direttament mill-kampjuni tat-test. |

ANNESS XIV

ORDNI KRONOLOĠIKU TAT-TESTIJIET

Punt tad-direttiva Korrispondenti | Test | Kampjuni |

Ċinturin jew Nru tal-RS | Nru ta' Scrap |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 |

2.2, 2.3.2., 2.4.1.1, 2.5.1.1 | Ispezzjoni taċ-ċinturin jew RS | * | | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.2.1, 2.4.2.2 | Ispezzjoni tal-bokkla | * | * | * | * | * | | | | | | | | | | | |

2.4.2.6, 2.4.2.7, 2.7.6.1, 2.7.6.5 | Test tas-saħħa tal-bokkla | | | * | | | | | | | | | | | | | |

2.4.3.2, 2.7.6.1 | Test tas-saħħa tat-tagħmir ta' aġġustament (u fejn neċessarju fuq ir-retractors) | | | * | | | | | | | | | | | | | |

2.4.4, 2.7.6.2 | Test tas-saħħa ta' l-aċċessorji (u fejn neċessarju fuq ir-retractors) | | | * | | | | | | | | | | | | | |

2.4.2.4, 2.7.6.3 | Test b'temperatura baxxa fuq il-bokkla | * | * | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.1.4, 2.7.6.4 | Test fuq temperatura baxxa fuq il-partijiet riġidi | * | * | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.3.3, 2.7.6.6 | Faċilita' tal-aġġustament | | | | * | | | | | | | | | | | | |

| Kunidizzjonament/ittestjar taċ-ċinga u tar-sistema ta' trażżin' qabel ma' jsir it-test dinamiku | | | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.2.3, 2.6.1.2. | Durabilita' tal-bokkla | * | * | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.1.2, 2.7.2 | Reżistennza għall-korrużjoni tal-partijiet riġidi | * | * | | | | | | | | | | | | | | |

| Kundizzjonament tar-retractors | | | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.5.1.1, 2.4.5.2.2, 2.4.5.2.3, 2.7.7.2 | Threshold ta' qfil | * | * | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.5.1.2, 2.4.5.2.4, 2.7.7.4 | Retracting force | * | * | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.5.1.3, 2.4.5.2.5, 2.7.7.1 | Durabilita' | * | * | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.5.1.3, 2.4.5.2.5, 2.7.2 | Korrużjoni | * | * | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.5.1.3, 2.4.5.2.5, 2.7.7.3 | Trab | * | * | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.5.1.2, 2.7.5 | Ittestjar tal-ħxuna taċ-ċinturin | | | | | | * | * | | | | | | | | | |

| Test tas-saħħa taċ-ċinga wara: | | | | | | | | | | | | | | | | |

2.5.2, 2.7.5, 2.7.3.1 | Kundizzjonament tal-kamra | | | | | | * | * | | | | | | | | | |

2.5.3, 2.7.5, 2.7.3.2 | Kundizzjonament tad-dawl | | | | | | | | * | * | | | | | | | |

2.5.3, 2.7.5, 2.7.3.3 | Kundizzjonament ta' temperatura baxxa | | | | | | | | | | * | * | | | | | |

2.5.3, 2.7.5, 2.7.3.4 | Kundizzjonament tas-sħana | | | | | | | | | | | | * | * | | | |

2.5.3, 2.7.5, 2.7.3.5 | Kundizzjonament tal-ilma | | | | | | | | | | | | | | * | * | |

2.4.3.1, 2.7.4 | Test tal-mkro-skorriment | | | | * | * | | | | | | | | | | | |

2.6.2, 2.7.3.6 | Test tal-brix | | | | * | * | | | | | | | | | | | |

2.6.1, 2.7.8 | Test dinamiku | * | * | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.2.5, 2.4.2.7, 2.7.8, 2.7.9 | Test tal-ftuħ tal-bokkla | * | * | | | | | | | | | | | | | | |

2.7.1.4 | Ritensjoni tal-kampjun taċ-ċinga | | | | | | | | | | | | | | | | * |

ANNESS XV

ĦTIĠIET MINIMI GĦAĊ-ĊINTURINI TAS-SIGURTA' U R-RETRACTORS

Nota:

Fil-każijiet kollha t-tip ta' ċinturin S jista' jiġi armat minflok it-tipi ta' ċinturini A u B, provdut illi l-ankoraġġi jaqblu mad-Direttiva 76/115/KEE jintużaw.

A : ċinturin bi tlieta

B : ċinturin bi tnejn

R : retractor

M : Retractor b'bokkla ta' emerġenza ta'sensittivita' multipla

3 : retractor li jaqfel awtomatikament

4 : retractor li jaqfel f'każ ta' emerġenza

N : Threshold ta'respons għola (Ara l-Anness 1.8.3 sa 1.8.5)

Kategorija tal-Vettura | Pożizzjonijiet ta' bilqiegħda lijħarsu fuq quddiem | Pożizzjonijiet ta' bilqiegħda li jħarsu fuq wara |

Pożizzjoni ta' bilqiegħda ta' barra | Pożizzjoni ta' bilqiegħda tan-nofs |

Quddiem | Barra minn quddiem | Quddiem | Barra minn quddiem |

MI | Ar4m | Ar4m | Ar4m | AR4Ar4m | B, Br3, Br4m |

M2s3,5T | Ar4m, Ar4Nm | Ar4m, Ar4Nm | Ar4m, Ar4Nm | Ar4m, Ar4Nm | Br3, Br4, Br4m |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

M2>3,5,T | Br3, Br4m, Br4Nm jew Ar4m, Ar4Nm | Br3, Br4m, Br4Nm jew Ar4m, Ar4Nm | Br3, Br4m, Br4Nm jew Ar4m, Ar4Nm | Br3, Br4m, Br4Nm jew Ar4m, Ar4Nm | Br3, Br4m, Br4Nm |

M3 | Ara punt 3.1.10 għall-kundizzjonijiet meta ċ-ċinturin addominali huwa permess | Ara punt 3.1.10 għall-kundizzjonijiet meta iċ-ċinturin addominali huwa permess | Ara punt 3.1.10 għall-kundizzjonijiet meta ċ-ċinturin addominali huwa permessaddominali | Ara punt 3.1.10 għall-kundizzjonijiet meta ċ-ċinturin addominali huwa permessaddominali | |

NI | Ar4m, Ar4Nm | B, Br3, Br4m, Br4Nm jew xejn | B, Br3, Br4m, Br4Nm jew A, Ar4mm Ar4Nm* | B, Br3, Br4m, Br4Nm jew xejn | Xejn |

| Punt 3.1.8 u 9 ċineg addominali huma meħtieġa f' posizzjonijiet ta' bilqiegħda esposti | Punt 3.1.7 ċineg addominali permessi jekk il-windscreen mhuwiex fiż-żona ta' interfenza | Punt 3.1.8 u 9 ċineg addominali huma meħtieġa f' posizzjonijiet ta' bilqiegħda esposti | |

N2 | B, Br3, Br4m, Br4Nm jew A, Ar4mm Ar4Nm* | B, Br3, Br4m, Br4Nm jew xejn | B, Br3, Br4m, Br4Nm jew A, Ar4mm Ar4Nm* | B, Br3, Br4m, Br4Nm jew xejn | Xejn |

N3 | Punt 3.1.7 ċinturini addominali permessi jekk il-windscreen huwa barra Iż-żona ta' inferenza u għas-sedill tas-sewwieq | Punt 3.1.8 u 9 ċinturini addominali huma meħtieġa f' posizzjonijiet ta' bilqiegħda esposti | Punt 3.1.7 ċinturini addominali permessi jekk il-windscreen mhuwiex fiż-żona ta' interferenza | Punt 3.1.8 u 9 ċineg addominali huma meħtieġa f' posizzjonijiet ta' bilqiegħda esposti | |

ANNESS XVI

KONTROLL TAL-KONFORMITA' TAL-PRODUZZJONI

1. | TESTIJIET Ċinturini ta' sigurta' jkunu meħtieġa sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet li fuqhom it-testijiet jkunu bbażati. |

1.1. | Verifikazzjoni tat-threshold tal-qfil u d-durabilita' tar-retractors tal-qfil ta' emerġenza Skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.7.7.2, fl-inqas direzzjoni favorevoli kif meħtieġ wara li jkunu għaddew mill-ittestjar ta' durabilita' imsemmi fil-punti 2.7.2, 2.7.7.1 u 2.7.7.3, bħala ħtieġa tal-punt 2.4.5.2.5. |

1.2. | Verifikazzjoni tad-durabilita' tar-retractors li jissakkru awtomatikament Skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.7.7.1, supplimementat mit-testijiet fil-punti 2.7.2 u 2.7.7.3, bħala ħtieġa ta' 2.4.5.1.3. |

1.3. | Test tas-saħħa taċ-ċineg wara l-kundizzjonament Skond il-proċedura deskritta fil-punt 2.7.5, wara l-kundizzjonament skond il-ħtiġiet tal-punti 2.7.3.1 sa 2.7.3.5. |

1.3.1. | Test tas-saħħa taċ-ċineg wara l-brix Skond il-proċedura deskritta fl-punt 2.7.5, wara l-kundizzjonament skond il-ħtiġiet deskritti fil-2.7.3.6. |

1.4. | Test tal-mikro-skorriment Skond il-proċedura deskritta fil-punt 2.7.4. |

1.5. | Test tal-partijiet riġidi Skond il-proċedura deskritta fil-punt 2.7.6. |

1.6. | Verifikazzjoni tal-ħtiġiet tal-kapaċita' taċ-ċinturin tas-sigurtà jew sistema ta' trażżin meta suġġettata għat-test dinamiku |

1.6.1. | Testijiet bil-kundizzjonament |

1.6.1.1. | Ċinturini jew sistemi ta' trażżin armati bir- retractor tal-qfil f'emerġenza; skond id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-punti 2.7.8 u 2.7.9, jużaw ċinturin li diġa ġie issuġġettata għal 45000 cikli fit-test tar-resistenza tar- retractor stipulat fil-punt 2.7.7.1 u t-testijiet definiti fil-punti 2.4.2.3, 2.7.2 u 2.7.7.3. |

1.6.1.2. | Ċinturini jew sistemi ta' trażżin armati fuq retractor li jissakkar awtomatikament: skond id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-punti 2.7.8 u 2.7.9, jużaw ċinturin li diġa ġie suġġettata għal 10000 cikli ta' test tas-saħħa tar- retractor stipulat fil-punt 2.7.7.1 kif ukoll għat-testijiet stipulati fil-punti 2.4.2.3, 2.7.2 u 2.7.7.3. |

1.6.1.3. | Ċinturin statiku: skond id-dispożizzjonijiet li nsibu fl-punti 2.7.8 u 2.7.9, dwar iċ-ċinturini tas-sigurta' ġie suġġettata għat-test stipulat fil-punti 2.4.2.3 u 2.7.2. |

1.6.2. | Testijiet mingħajr kundizzjonament Skond id-dispożizzjonijiet li nsibu fil-punti 2.7.8 u 2.7.9. |

2. | TESTIJIET TA' FREKWENZA U RIŻULTATI |

2.1. | Il-frekwenza tal-ittestjar skond il-ħtiġiet tal-punti 1.1 sa 1 5 għandhom jkunu statistikament kontrollati bla regola skond waħda mill-proċeduri regolari ta' assigurazzjonijiet ta' kwalità. |

2.1.1. | Iktar minn hekk, fil-każ ta' retractors tal-qfil ta' emerġenza, l-assemblaġġi kollha għandhom jiġu verifikati: |

2.1.1.1. | jew skond id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-punti 2.7.7.2.1 u 2.7.7.2.2, fid-direzzjoni l-aktar favorevoli, kid speċifikat fil-punt 2.7.7.2.1.2. Riżultati tat-testijiet għandhom jilħqu l-ħtiġiet tal-punti 2.4.5.2.1.1 u 2.4.5.2.3, |

2.1.1.2. | jew inkella skond id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-punt 2.7.7.2.3, fid-direzzjoni l-aktar favorevoli. Madanakollu, il-veloċita' ta' inklinazzjoni tista' tkun aktar mill-veloċita' stipulata sakemm ma teffetwax ir-riżultati tat-test. Riżultati tat-test għandhom jilħqu il-ħtiġiet tal-punt 2.4.5.2.1.4. |

2.2.1. | Testijiet mingħajr kundizzjonament |

2.2.1.1. | Fil-każ ta' ċinturini armati b' retractor ta' qfil ta'emerġenza, fejn il-produzzjoni hija ta' aktar minn 1000 ċinturin kuljum: wieħed kull 100000 ċinturin prodott b'frekwenza ta' wieħed kull ħmistax, fejn il-produzzjoni ta' kuljum hija anqas minn jew daqs 1000 ċinturin: wieħed kull 10000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta' wieħed fis-sena, għal kull sort ta' mekkaniżu tal-qfil, għandha tiġi suġġettata għat-test stipulat fil-punt 1.6.1.1 ta' dan l-Anness. [1] |

2.2.1.2. | Fil-każ ta' ċinturini armati b' retractor li jissakka awtomatikament u ta' ċineg statiċi, fejn il-produzzjoni hija ta' aktar minn 1000 ċinturin kuljum: wieħed kull 100000 ċinturin prodott b'frekwenza ta' wieħed kull ħmistax, fejn il-produzzjoni ta' kuljum hija anqas minn jew daqs 1000 ċinturint: wieħed kull 10000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta' wieħed fis-sena, għal kull xorta ta' mekkaniżmu ta' qfil, għandu jiġi suġġettat għat-test stipulat fil-punt 1.6.1.2 jew 1.6.1.3 ta' dan l-Anness rispettivament. |

2.2.2. | Testijiet mingħajr kundizzjonament |

2.2.2.1. | Fil-każ ta' ċinturini armati b'retractor bi qfil ta' emerġenza, in-numri ta' kampjuni li ġejjin għandhom jiġu suġġettati għat-test stipulat fil-punt 1.6.2 ta' dan l-Anness: |

2.2.2.1.1. | Għall-produzzjoni ta' mhux inqas minn 5000 ċinturin kuljum, żewġ ċinturini għal kull 25000 prodotti bi frekwenza minima ta' waħda kuljum, għal kull xorta ta' mekkaniżmu ta' qfil; |

2.2.2.1.2. | Għall-produzzjoni ta' inqas minn 5000 kuljum ċinturin, ċinturin għal kull 5000 prodotta bi frekwenza minima ta' waħda fis-sena, għal kull xorta ta' mekkaniżmu ta'qfil. |

2.2.2.2. | Fil-każ ta' ċinturini armati b'retractor li jissakkar awtomatikament u ta' ċinturini statiċi, in-numru li ġej ta' kampjuni għandu jiġi soġġettat għat-test stipulat fil-punt 1.6.2 ta' dan l-ANNESS: |

2.2.2.2.1. | Għall-produzzjoni ta' mhux inqas minn 5000 ċinturin kuljum, żewġ ċineg għal kull25000 prodotti bi frekwenza minima ta' waħda kuljum, għal kull tip appruvat, |

2.2.2.2.2. | Għall-produzzjoni ta' inqas minn 5000 ċinturin kuljum, ċinturin għal kull 5000 prodott bi frekwenza minima ta' wieħed fis-sena, għal kull tip appruvat. |

2.2.3. | Riżultati Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jilħqu il-ħtiġiet imniżżla fil-punt 2.6.1.3.1 ta' l-ANNESS 1. Il-moviment 'il quddiem tal-manikin jista' jiġi kontrollat fir-rigward tal-punt 2.6.1.3.2 ta' l-ANNESS I (jew punt 2.6.1.4 fejn applikabbli) matul it-test li jsir bil-kondizzjonament skond il-punt 1.6.1 ta' dan l-ANNESS permezz tal-metodu adattat simplifikat. |

2.2.3.1. | Fil-każ ta' appruvazzjoni wara paragrafu 2.6.1.3.3 ta' l-ANNESS I ta' din id-Direttiva u paragrafu 1.6.1 ta' dan l-ANNESS, huwa biss speċifikat illi l-ebda parti m'għandha tiġi imkissra jew żarmata, u l-veloċita' ta' 24 km fis-siegħa tal-punt ta' riferenza tas-sider f'300 mm moviment, m'għandhiex tinqabeż. |

2.3. | Meta l-kampjun tat-test ma jgħaddix minn test partikulari li għalih ġie sottopost, test ieħor bl-istess ħtiġiet għandu jsir fuq tal-inqas tliet kampjuni oħra. Fil-każ ta' testijiet dinamiċi jekk wieħed minn dawn ta' l-aħħar ma jgħaddix, id-detentur tal-appruvazzjoni jew rappreżentant kreditat tiegħu għandu jinnotifika lill-awtorita' kompetenti li tal-appruvazzjoni tat-tip u tindika l-passi li ttieħdu sabiex tiġi re-stabbilita l-konformita' tal-produzzjoni. |

ANNESS XVII

ĦTIĠIET TAS-SISTEMI TA' TRAŻŻIN GĦAT-TFAL

Il-ħtiġiet tal-approvazzjoni tas-sistemi ta' trażżin għat-tfal insibuhom f'paragrafi 2, 6, 7, 8, 9 u 14 ta4 Regolament 44 Tal-Kummissjoni Ekonomika tal-Ġnus Magħquda Għall-Ewropa [1], flimkien ma' L-ANNESSI 3 sa 21, sa, u jinkludu, is-serje 03 tal-emendi.

(Riferenza f'Paragrafi 6 sa 8 t'hawn fuq tar-Regolamenti 14, 16 u 21 huma miftiehma bħala Direttiva 76/115/KEE, din id-Direttiva u Direttiva 74/60/KEE.)

ANNESS XVIII

INSTALLAZZJONI U ĦTIĠIET TAS-SISTEMI TA' TRAŻŻIN GĦAT-TFAL

Il-ħtiġiet għall-installazzjoni tas-sistemi ta' trażżin għat-tfal insibuhom fl-ANNESS 13 tar-Risoluzzjoni Konsolidata tar-R.E.3 u tal-Kummissjoni Ekonomika tal-Ġnus Magħquda Għall-Ewropa, Punt 5.2 u Appendiċi 2, riprodotta fl-Appendiċi għal dan l-ANNESS.

Appendiċi 1

It-test riprodott hawn taħt jirreferi għall-ANNESS 13 (Punt 5.2 u Appendiċi 2) tar-Risoluzzjoni Konsolidata tal-Kummijssioni Ekonomika tal-Ġnus Magħquda Għall-Ewropa R.E.3. (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1 ta' 11 Awissu 1997).

ANNESS 13

RAKKOMANDAZZJONI TAL-ĦTIĠIET GĦALL-INSTALLAZZJONI TAĊ-ĊINTURINI TAS-SIGURTA' U SISTEMI TA' TRAŻŻIN GĦALL-OKKUPANTI ADULTI TA' VETTURI BIL-MUTUR BIS-SEDILI LI JĦARSU KEMM 'IL QUDDIEM KIF UKOLL LURA

5.2. | Il-kategorija "universali" ta' restrizzjoni tat-tfal tfisser restrizzjoni tat-tfal appruvat fil-kategorija "universali" tar-Regolament tal-KEE Nru 44, 03 serje ta' emendi. Pożizzjonijiet tas-sedili li huma indikati mill-manifattur tal-vettura bħala adegwati għall-installazzjoni tar-restrizzjonii tat-tfal tal-kategorija "universali" għandhom jaqblu mal-dispożizzjonijiet tal-appendiċI 2 ta' dan l-Anness. |

Appendiċi 2

Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-installazzjoni tal-kategorija "universali" tas-sistemi ta' trażżin għat-tfal installati bit-tagħmir taċ-ċinturini ta'sigurta' tal-vettura

1. | ĠENERALI |

1.1. | Il-proċedura tat-test u l-ħtiġiet f'din l-AppendiċI għandhom jintużaw sabiex jiddeterminaw l-adegwadezza tal-pożizzjoni tas-sedili għall-installazzjoni tar-restrizzjonii tat-tfal tal-kategorija "universali". |

1.2. | It-testijiet jistgħu jsiru fuq il-vettura jew parti rappreżentativa tal-vettura. |

2. | PROĊEDURA TAT-TEST |

2.1. | Aġġusta s-sedil sal-pożizzjoni l-aktar lura u 'l isfel. |

2.2. | Aġġusta l-angolu tas-sedil fil-pożizzjoni tad-disinn tal-manifattura(i). Fl-assenza ta' xi speċifikazzjoni, angolu ta' 25 grad mill-vertikali, jew l-eqreb pożizzjoni fissa tad-dahar tas-sedil, għandha tintuża. |

2.3. | Issetja l-ankoraġġ tal-ispalla l-aktar pożizzjoni 'l isfel. |

2.4. | Qiegħed biċċa tajjar fuq id-dahar tas-sedil u l-cushion. |

2.5. | Qiegħed l-apparat (kif deskritta fil-Figura 1 ta' dan l-Appendiċi) fuq is-sedil tal-vettura. |

2.6. | Jekk il-pożizzjoni tas-sedil huwa intiż illi jakkomoda sistema ta' trażżin universali 'il quddiem jew lura, ipproċedi skond paragrafi 2.6.1, 2.7, 2.8, 2.9 u 2.10. Jekk il-pożizzjoni tas-sedi huwa intiż sabiex jakkomoda biss sistema ta' trażżin universali 'l quddiem, ipproċedi skond paragrafi 2.6.2, 2.7, 2.8, 2.9 u 2.10. |

2.6.1. | Irranġa ċ-ċinga taċ-ċinturin ta'sigurta' madwar l-apparat fil-pożizzjoni korretta approssimattiva kif tidher fil-figuri 2 u 3, imbagħad issikka l-bokkla. |

2.6.2. | Irranġa ċ-ċinga taċ-ċinturin ta'sigurta' madwar il-fixture fil-pożizzjoni korretta approssimattiva madwar il-parti t'isfel ta' l-apparat ta' 150 mm radiu kif jidher fil-Figura 3, imbagħad issikka l-bokkla. |

2.7. | Aċċerta ruħek li l-apparat jinsab fil-linja taċ-ċentru tagħha apparenti l-pożizzjoni tas-sedil ± 25 mm bil-linja taċ-ċentru tiegħu paralleli mal-linja taċ-ċentru tal-vettura. |

2.8. | Aċċerta ruħek illi il-webbing slack ġie imneħħi. Uża forza suffiċjenti li tneħħi l-ħabel, tippruvax tisforza il-webbing. |

2.9. | Imbotta lura miċ-ċentru tal-wiċċ ta' l-apparat b'forza ta'100 N ± 10 N, applikata parallel mal-wiċċ 'l isfel, neħħi l-forza. |

2.10. | Imbotta vertikalment 'l isfel Iċ-ċentru tal-wiċċ ta' fuq tal-fixture b'forza ta' 100 N ± 10 N, u neħħi l-forza. |

3. | ĦTIĠIET |

3.1. | Il-bażi ta' l-apparat għandha tkun f'kuntatt kemm mal-partijiet ta' quddiem kif ukoll ta' wara tal-cushion surface tas-sedil. Jekk il-kuntatt ma jseħħx minħabba l-vojt fl-aċċess taċ-ċinturin ta' l-apparat tat-test, dan il-vojt jista' jiġi kopert mal-wiċċ ta' taħt ta' l-apparat tat-test |

3.2. | Il-porzjoni tad-dejl taċ-ċinturin għandha tmiss ma' l-apparat fuq iż-żewġ naħat fuq wara tal-mogħdija taċ-ċinga addominali (ara Figura 3). |

3.3. | Jekk il-ħtiġiet ma jilħqux l-aġġustamenti indikati fil-paragrafi 2.1, 2.2 u 2.3, is-sedil, id-dahar tas- sedil u l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurta' jistgħu jiġu aġġustati għal pożizzjoni alternattiva iffissata mill-manifattur għall-użu normali fuq liema il-proċedura ta' installazzjoni għandha tiġi ripetuta u l-ħtiġiet verifikati mill-ġdid u milħuqa. |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

[1] Kategoriji tal-vetturi f'L-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE

[2] ĠU L 38, tal-11.2.1974, p. 2.

[3] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 6.

[4] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 6.

[5] ĠU L 165, ta' l-20.6.1976, p. 16.

[6] Bħala żieda mal-ħtiġiet ta' 3.1, l-istati Membri jistgħu, permezz tal-liġi nazzjonali, jaċċettaw tipi oħra ta' ċinturini ta' sigurta' jew sistemi ta' trażżin koperti minn din id-Direttiva għal ċertu tipi ta' vetturi.

[7] ĠU L 221, tat-12.8.1974, p. 1.

[8] Ara 2.7.3.6.4.3.

[1] Ħassar fejn mhux applikabbli

[1] In-numri tal-punti u n-noti fil-qiegħ tal-paġna użati f'dan id-dokument ta'informazzjoni jaqblu ma dawk imniżżla f'L-ANNESS I tad- Direttiva 70/156/KEE. Punti mhux rilevanti għal dan il-għan tad-Direttiva m'humiex imniżżla.

[2] It-tabella tista tiġi estiża kif meħtieġ għal vetturi b'iktar minn żewġ ringieli jew jekk hemm iktar minn tliet sedilimal-wisa' tal-vettura.(L = naħa tax-xellug, R = naħa tal-lemin, C = ċentru)

[3] It-tabella tista tiġi estiża kif meħtieġ għal vetturi b'iktar minn żewġ ringieli jew jekk hemm iktar minn tliet sedilis mal-wisa' tal-vettura.(L = naħa tax-xellug, R = naħa tal-lemin, C = ċentru)

[1] Ħassar fejn japplika.

[2] Ħassar fejn japplika.

[3] Ħassar fejn japplika.

[4] Ħassar fejn japplika.

[5] Ħassar fejn japplika.

[6] Ħassar fejn japplika.

[7] Jekk il-mezzi tal-identifikazzjoni tat-tip fiha karattri mhux relevanti għal deskrizzjoni ta' vettura, komponent jew tip ta' unit tekniku seperat milħuq b'dan iċ-ċertifikat, dawn il-karattri għandhom ikunu rappreżentati f'din id-dokumentazzjoni bis-simbolu ? (eż 123 ???ABĊ ???)

[8] Hekk kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE.

[1] Jekk iċ-ċinga hija appruvata skond il-provedimenti tal-paragrafu 2.6.1.3.3 tal-ANNESS I ta' din id- Direttiva, din iċ-ċinga għandha titwaħħal biss fuq l-pożizzjoni tas-sewqan ta' barra protetta b'airbag fuq quddiem tagħha, b'kundizzjoni li l-vettura kkonċernata hija appruvata taħt Direttiva 96/79/KE tal-Parlament tal-Ewropa u tal-Kunsill (ĠU L 18, tal-21.1.1997, p. 7).

[2] Ħassar fejn mhux applikabbli.

[1] Ħassar fejn mhux applikabbli

[2] Ħassar fejn mhux applikabbli

[3] Ħassar fejn mhux applikabbli

[4] Ħassar fejn mhux applikabbli

[5] Ħassar fejn mhux applikabbli

[6] Ħassar fejn mhux applikabbli

[7] Jekk il-mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip fihom karattri irrilevanti għad-deskrizzjoni tal-vettura, komponent jew unit tekniku separat tat-tipi koperti min dan iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, dawn il-karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu "?" (eż. ABĊ??123??).

[8] Kif definita f'L-Anness II A tad-Direttiiva 70/156/KEE.

[1] Dawn il-ħtiġiet huma skond ir-rakkomandazzjoni tal-ISO R 6478/1980.

[1] Għall-għanijiet ta' dan l-ANNESS "xorta ta' mekkaniżmu ta'qfil" tfisser retractors ta' qfil ta' emerġenza kollha li l-mekkaniżmi tagħhom jvarjaw biss fl-angolu(i) taċ-ċomb tagħmir ta' sensittivita' mas-sistema' tar-riferenza tal-assi tal-vettura(i).

[1] Riprodotta u pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top