Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/1/KE ta' l-14 ta' Jannar 2000 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 89/173/KEE fir-rigward ta' ċerti komponenti u karatteristiċi ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 21, 26.1.2000, p. 16–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 24 P. 249 - 255
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 24 P. 249 - 255
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 24 P. 249 - 255
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 24 P. 249 - 255
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 24 P. 249 - 255
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 24 P. 249 - 255
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 24 P. 249 - 255
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 24 P. 249 - 255
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 24 P. 249 - 255
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 28 P. 130 - 136
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 28 P. 130 - 136
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/1/KE
ta' l-14 ta' Jannar 2000
li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 89/173/KEE fir-rigward ta' ċerti komponenti u karatteristiċi ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/54/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,
Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 89/173/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma’ ċerti komponenti u karatteristiċi ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/54/KE, u partikolarment l-Artikolu 9 tagħha,
Billi:
(1) Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, huwa issa neċessarju li jiġu riveduti ċerti disposizzjonijiet li jikkonċernaw id-dimensjonijiet u l-masses, u partikolarment dawk ta' agganċjar mekkaniku, sabiex isir l-aħjar użu possibbli ta' l-istandards ISO; u, sabiex titjieb is-sigurtà, l-arranġamenti ta' testing għandhom jiġu speċifikati fid-Direttiva 89/173/KEE, għall-konfigurazzjonijiet kollha possibbli.
(2) Id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku stabbiliti bl-Artikolu 12 tad-Direttiva 74/150/KEE,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 89/173/KEE huma hawnhekk emendati kif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. Mill-1 ta' Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:
- jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE, sabiex joħroġ id-dokument previst fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew biex jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward ta' tip ta' trattur, jew
- jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta' tratturi,
jekk it-tratturi in kwistjoni jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 89/173/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.
2. Mill-1 ta' Jannar 2001, Stati Membri:
- ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument previst fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta' tip ta' trattur li ma jissodisfax il-ħtiġiet tad-Direttiva 89/173/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva,
- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' trattur li ma jissodisfax il-ħtiġiet tad-Direttiva 89/173/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2000. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali ta' liġi domestika li huma jaddottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Jannar 2000.
Għall-Kummissjoni
Erkki Liikanen
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.
[2] ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24.
[3] ĠU L 67, ta' l-10.3.1989, p. 1.
--------------------------------------------------
ANNESS
L-Annessi I, II, IV u V għad-Direttiva 89/173/KEE huma emendati kif ġej:
Anness I:Fil-punt 2.1.2, "2.5 m" huwa sostitwit b"2.55 m (meta jiġi injorat kwalunkwe sporġiment tat-tyres li huwa f'kuntatt ma’ l-art)".
Anness II:
1.(a)(b) Fil-punt 2.3.2.7.1:Is-sentenza li ġejja tiddaħħal."Meta l-konnessjonijiet l-aktar baxxi huma direttament attivati bil-mekkaniżmu ta' l-irfigħ, il-pjan ta' referenza huwa determinat bil-pjan medjan trasvers vertikali ta' dawk il-konnessjonijiet."Il-Figura 3 hija sostitwita bil-figura li ġejja:"
+++++ TIFF +++++
+++++ TIFF +++++
"
2. Fil-punt 2.3.2.15.2, Tabella 6, il-valur "a" huwa mnaqqas minn"50" għal"40".
Anness IV:
1. Il-punt li ġej 2.8 hu miżjud:
"2.8. Sakemm mill-inqas ganċ mekkaniku wieħed ikun irċieva komponent ta' l-approvazzjoni tat-tip KE, tipi oħrajn ta' rbit mekkaniku jew ganċijiet użati fl-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati għal perijodu ta' 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva mingħajr l-invalidazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip KE tat-trattur."
2. L-ewwel sentenza tal-punti 3.4.1. hija emendata biex tinqara:
"3.4.1. It-tratturi kollha b'massa mgħobbija li teċċedi 2.5 tunnellati għandu jkollhom anness magħhom ganċ ta' karru b'distanza mill-art li tissodisfa waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin:
+++++ TIFF +++++
jew"
+++++ TIFF +++++
3. Fl-Appendiċi 1, il-Figura 1 hija sostitwita bil-Figuri 1a, 1b u 1ċ li ġejjin:
+++++ TIFF +++++
+++++ TIFF +++++
"Figura 1a
Igganċjar mhux awtomatiku tal-karru b'pinn ċilindriku li jagħlaq
+++++ TIFF +++++
Figure 1b
Igganċjar awtomatiku tal-karru b'pinn ċilindriku li jagħlaq
+++++ TIFF +++++
Figure 1c
Igganċjar awtomatiku tal-karru b'pinn b'nofs tond li jagħlaq"
4. Fl-Appendiċi 2, il-punt 3.2, il-formula:
+++++ TIFF +++++
tiġi sostitwita bil-formula li ġejja:
+++++ TIFF +++++
5.(a)(b) Fl-Appendiċi 4:
Il-kliem ta' introduzzjoni u t-test tat-tieni inċiż huma sostitwiti b'dan li ġej:
"Il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent KE tikkonsisti f’:
— rettanglu madwar l-ittra żgħira "e" segwita mill-kodiċi ta' distinzjoni (ittra(i) jew numru) ta' l-Istat Membru li ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent:
1 għall-Ġermanja; 2 għal Franza; 3 għall-Italja; 4 għall-Olanda; 5 għall-Isvezja; 6 għall-Belġju; 9 għal Spanja; 11 għar-Renju Unit; 12 għall-Awstrija; 13 għall-Lussemburgu; 17 għall-Finlandja; 18 għad-Danimarka; 21 għall-Portugall; 23 għall-Ġreċja; 24 għall-Irlanda."
Fit-tieni inċiż il-kliem
"taħt u"
huma mħassra.
Anness V:
Il-Punt 2.1.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Numru ta' approvazzjoni tat-tip KE:
In-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip KE jikkonsisti fl-ittra żgħira "e" segwita mill-kodiċi ta' distinzjoni (ittra(i) jew numru) ta' l-Istat Membru li ta' l-approvazzjoni tat-tip KE:
1 għall-Ġermanja; 2 għal Franza; 3 għall-Italja; 4 għall-Olanda; 5 għall-Isvezja; 6 għall-Belġju; 9 għal Spanja; 11 għar-Renju Unit; 12 għall-Awstrija; 13 għall-Lussemburgu; 17 għall-Finlandja; 18 għad-Danimarka; 21 għall-Portugall; 23 għall-Ġreċja; 24 għall-Irlanda,
u n-numru ta' approvazzjoni tat-tip li jikkorrispondi għan-numru taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip maħruġ għal din it-tip ta' vettura.
Titqiegħed stilla bejn l-ittra "e" segwita mill-kodiċi ta' distinzjoni tal-pajjiż li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE u n-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip."
--------------------------------------------------
| Fuq |