32000D0602


Titolu u referenza

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2000 dwar il-ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi.

 ĠU L 257, 11.10.2000, p. 23–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 11 Volume 34 P. 166 - 166
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 11 Volume 34 P. 166 - 166
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 11 Volume 34 P. 166 - 166
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 11 Volume 34 P. 166 - 166
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 11 Volume 34 P. 166 - 166
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 11 Volume 34 P. 166 - 166
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 11 Volume 34 P. 166 - 166
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 11 Volume 34 P. 166 - 166
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 11 Volume 34 P. 166 - 166
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 11 Volume 21 P. 144 - 144
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 11 Volume 21 P. 144 - 144

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Settembru 2000

dwar il-ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi.

(2000/602/KE)

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 30 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 dwar l-istabbiliment ta' Ċentru Ewropew għall-Monitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi [3], jipprovdi, fl-Artikolu 13 tiegħu, illi ċ-Ċentru għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li ma humiex fil-Komunità li jaqsmu l-interessi tal-Komunità u dawk ta' l-Istati Membri tagħha, fl-għanijiet u x-xogħol taċ-Ċentru.

(2) Il-Ftehim bejn il-Komunità u n-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fiċ-Ċentru Ewropew għall-Monitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi, negozjat, f'isem il-Komunità Ewropea mill-Kummissjoni, għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat biex jinnomina l-persuna li għandha tkun awtorizzata biex tiffirma l-Ftehim bl-għan li jorbot il-Komunità u li jagħti n-notifika permezz ta' nota diplomatika prevista fl-Artikolu 12 tal-Ftehim [4].

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2000.

F'isem il-Kunsill

Il-President

D. Vaillant

[1] ĠU C 376 E, 28.12.99, p. 58.

[2] Opinjoni mogħtija fis-16 Ġunju 2000 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 36, tat-12.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru. 3294/94 (ĠU L 341, tat-30.12.1994, p. 7.)

[4] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandu tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet ta' l-Ewropa mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet