31999R1783


Titolu u referenza

Ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

 ĠU L 213, 13.8.1999, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 14 Volume 01 P. 102 - 105
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 14 Volume 01 P. 102 - 105
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 14 Volume 01 P. 102 - 105
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 14 Volume 01 P. 102 - 105
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 14 Volume 01 P. 102 - 105
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 14 Volume 01 P. 102 - 105
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 14 Volume 01 P. 102 - 105
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 14 Volume 01 P. 102 - 105
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 14 Volume 01 P. 102 - 105

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
  pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV

Ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-12 ta’ Lulju 1999

dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali [1]

IL-PARLAMENT EWROPEW,

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 162 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kumissjoni [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [5],

(1) Billi l-Artikolu 160 tat-Trattat jipprovdi illi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) huwa maħsub sabiex jikkorreġi l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fi ħdan il-Komunità; billi għaldaqstant l-ERDF jgħin biex titnaqqas id-differenza fil-livelli ta’ l-iżvilupp fir-reġjuni u l-grad ta’ kemm għadhom lura r-reġjuni u l-gżejjer l-anqas ivvantaġġati, inklużi ż-żoni rurali.

(2) Billi l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [6], jipprovdi illi x-xogħol prinċipali ta’ l-ERDF huwa dak li jkkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-Objettivi 1 u 2 (minn issa ’l quddiem imsejħa l-"Objettivi 1 u 2") ta’ dan ir-Regolament; billi l-Artikoli 20 u 21 ta’ l-istess Regolament jipprovdu illi l-ERDF għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-kooperazzjoni trans-konfini, trans-nazzjonali u inter-reġjonali, kif ukoll għar-riġenerazzjoni ekonomika u soċjali ta’ l-ibliet u l-imkejjen urbani li jinsabu fi kriżi, permezz ta’ l-Inizjattivi Komunitarji; billi l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament fil-kwistjoni jiddikjaraw illi dan isir sabiex jagħti appoġġ lill-miżuri innovattivi fil-livell Komunitarju kif ukoll miżuri ta’ għajnuna teknika.

(3) Billi d-dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Stutturali huma ddikjarati fir-Regolament (KE) Nru 1260/1999; billi għandhom jiġu ddefiniti t-tip tal-miżuri li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-ERDF skond l-Objettivi 1 u 2, l-Inizjattivi Komunitarji u l-miżuri innovattivi.

(4) Billi għandha tiġi ddefinita l-kontribuzzjoni ta’ l-ERDF, fil-kuntest tal-ħidma tiegħu li jippromwovi l-iżvilupp reġjonali, għall-iżvilupp armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli ta’ l-attività ekonomika, għal grad għoli ta’ kompetittività, għal grad għoli ta’ xogħol, għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u għal livell għoli ta’ protezzjoni u titjib ambjentali.

(5) Billi l-ERDF għandu jipprovdi għajnuna ġewwa l-qafas ta’ strateġija komprensiva u integrata għall-iżvilupp sostenibbli u jiżgura s-sinerġija bil-għajnuna mill-Fondi Strutturali l-oħra.

(6) Billi, bħala parti mix-xogħol tiegħu, l-ERDF għandu jappoġġja l-ambjent produttiv u l-kompetittività ta’ l-intrapriżi, speċjalment l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju; l-iżvilupp ekonomiku u x-xogħol lokali, inklużi fl-oqsma tal-kultura u t-turiżmu fejn dawn jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ xogħol sostenibbli; ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku; l-iżvilupp ta’ networks lokali, reġjonali u trans-Ewropej inkluż il-provvediment ta’ l-aċċess approprjat għan-networks imsemmija fl-oqsma ta’ l-infrastruttura tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u ta’ l-enerġija; il-protezzjoni u t-titjib ta’ l-ambjent billi jitqiesu l-prinċipji tal-prekawzjoni u li għandha tittieħed azzjoni preventiva, illi l-ħsara ambjentali għandha bħala prijorità tiġi rettifikata mill-oriġini tagħha u li min iniġġeż għandu jħallas u billi jiġi mrawwem l-użu nadif u effiċjenti ta’ l-enerġija u l-iżvilupp tas-sorsi ta’ l-enerġija rinovabbli; u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tax-xogħol.

(7) Billi l-ERDF għandu jassumi rwol partikolari favur l-iżvilupp ekonomiku lokali, fil-kuntest tat-titjib tal-kwalità tal-ħajja u l-iżvilupp territorjali, speċjalment bil-promozzjoni ta’ patti territorjali dwar ix-xogħol u s-sorsi l-ġodda tax-xogħol.

(8) Billi l-ERDF għandu bħala parti tax-xogħol tiegħu jappoġġja l-investiment favur ir-rijabilitazzjoni taż-żoni abbandunati bil-ħsieb ta’ żvilupp ekonomiku lokali, rurali jew urbani.

(9) Billi l-miżuri ta’ interess Komunitarju li jittieħdu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għandhom rwol importanti x’jisvolġu sabiex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali ta’ l-azzjoni stutturali Komunitarja msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999; billi, għal dan l-iskop, bil-ħsieb tal-valur li dan iżid fil-livell Komunitarju, jeħtieġ illi l-ERDF jissokta jippromwovi l-kooperazzjoni trans-fruntieri, trans-nazzjonali u inter-reġjonali, inklużi r-reġjuni li qegħdin fuq il-fruntieri esterni ta’ l-Unjoni fis-sens tat-Trattat, il-gżejjer li huma l-anqas vantaġġati u r-reġjuni l-aktar periferali, minħabba l-kwalitajiet u d-diffikultajiet speċjali tagħhom; billi fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni, l-iżvilupp armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli tat-territorju Komunitarju kollu, inkluż f’konnessjoni mal-pjanifikazzjoni spazjali, iżid il-valur lill-azzjoni biex titkattar il-koeżjoni ekonomika u soċjali; billi l-kontribuzzjoni ta’ l-ERDF favur dan l-iżvilupp għandha tissokta u titkattar; billi iżjed minn hekk, hija ħaġa mixtieqa illi tiġi appoġġata r-riġenarazzjoni ekonomika u soċjali ta’ l-ibliet u l-imkejjen urbani li qegħdin fi kriżi bl-iskop li jitmexxa ’l quddiem l-iżvilupp urban sostenibbli;

(10) Billi huwa approprjat li jiġu stabbiliti l-poteri sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni u li jiġu ddikjarati dispożizzjonijiet transitorji.

(11) Billi għandu jiġi mħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4254/88 tad-19 ta’ Diċembru 1988 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali [7],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ix-xogħlijiet

Skond l-Artikolu 160 tat-Trattat u r-Regolament (KE) Nru 1260/1999, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ l-għajnuna kif imfissra fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament sabiex jippromwovi l-għaqda ekonomika u soċjali permezz tal-korrezzjoni ta’ l-iżbilanċi prinċipali reġjonali u jieħu sehem fl-iżvilupp u l-bidla tar-reġjuni.

Għal dak il-għan, l-ERDF għandu jikkontribwixxi wkoll sabiex jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u l-ħolqien ta’ xogħol sostenibbli.

L-Artikolu 2

Il-għan

1. Bħala parti mix-xogħlijiet kif imfissra fl-Artikolu 1, l-ERDF għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’;

(a) investiment produttiv għall-ħolqien u s-salvagward ta’ xogħol sostenibbli;

(b) investiment fl-infrastruttura:

(i) li, fir-reġjuni li huma koperti bl-Objettiv 1, jgħin sabiex jiżdiedu l-potenzjal ekonomiku, l-iżvilupp, l-aġġustament strutturali u l-ħolqien u ż-żamma ta’ xogħol sostenibbli f’dawn ir-reġjuni, inkluż l-investiment fl-infrastruttura li jikkontribwixxi għat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ networks trans-Ewropej fl-oqsma infrastrutturali tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u ta’ l-enerġija filwaqt li titqies il-ħtieġa ta’ rabta mar-reġjuni ċentrali tal-Komunità li jsofru minn żvantaġġi strutturali minħabba l-istat insulari tagħhom, in-nuqqas ta’ sbokki għall-baħar jew minħabba li huma fil-periferiji;

(ii) li, fir-reġjuni u ż-żoni koperti bl-Objettivi 1 u 2 jew l-inizjattivi Komunitarji riferiti fl-Artikolu 20(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, jirrigwarda d-diversifikazzjoni tal-postijiet ekonomiċi u ż-żoni industrijali li qegħdin isofru mid-deterjorament, it-tiġdid taż-żoni urbani depressi u l-ħajja mill-ġdid u t-titjib ta’ l-aċċess għaż-żoni rurali u ż-żoni li jiddependu fuq is-sajd; l-istrumenti infrastrutturali fejn il-modernizzazzjoni u r-riġenerazzjoni huma meħtieġa bil-quddiem għall-ħolqien u l-iżvilupp ta’ l-attivitajiet ekonomiċi li joħolqu x-xogħol, inklużi r-rabtiet infrastrutturali li fuqhom jiddependi l-iżvilupp ta’ dawn l-attivitajiet;

(ċ) l-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu permezz ta’ miżuri li jinkoraġġixxu u jappoġġjaw l-iżvilupp lokali u l-inizjattivi favur ix-xogħol u l-attivitajiet ta’ l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, li jinvolvu b’mod partikolari:

(i) għajnuna lis-servizzi għall-intrapriżi, b’mod partikolari fl-oqsma tal-maniġġjar, l-istudji u r-riċerka dwar is-swieq u s-servizzi komuni għal numru ta’ intrapriżi,

(ii) il-finanzjament tat-trasferiment tat-teknoloġija, inkluż b’mod partikolari l-ġbir u t-tixrid tat-tagħrif, l-organizzazzjoni komuni bejn l-intrapriżi u l-istabbilimenti tar-riċerka u l-finanzjament sabiex tiġi implimentata l-innovazzjoni fl-intrapriżi,

(iii) it-titjib ta’ l-aċċess mill-intrapriżi għall-finanzi u s-self, bil-ħolqien u l-iżvilupp approprjat ta’ l-istrumenti xierqa tal-finanzjament, riferiti fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999,

(iv) għajnuna diretta għall-investiment kif iddefinit fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, fejn ma teżisti l-ebda skema ta’ għajnuna,

(v) il-provvista ta’ infrastruttura fuq skala approprjata għall-iżvilupp lokali u dak tax-xogħol,

(vi) għajnuna għall-istrutturi li jipprovdu servizzi fil-viċinanzi li joħolqu impjiegi ġodda, imma teskludi l-miżuri ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (ESF);

(d) miżuri ta’ għajnuna teknika kif riferiti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

Fir-reġjuni nnominati skond il-Objettiv 1, l-ERDF jista’ jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ l-investiment fl-edukazzjoni u fis-saħħa li huma ta’ benefiċċju għall-aġġustament strutturali tar-reġjuni.

2. Fl-appikazzjoni tal-paragrafu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-ERDF għandha tappoġġja, fost ħwejjeġ oħra, dan li ġej:

(a) l-ambjent produttiv b’mod partikolari sabiex tiżdied il-kompetittività u l-investiment sostenibbli mid-ditti, speċjalment l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, u sabiex ir-reġjuni jsiru aktar attraenti, b’mod partikolari bit-titjib fl-istandard ta’ l-infrastruttura tagħhom;

(b) ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku bil-ħsieb li jippromwovu d-dħul ta’ teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tar-riċerka u ta’ l-iżvilupp teknoloġiku li jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali;

(ċ) l-iżvilupp tas-soċjetà ta’ l-informatika;

(d) l-iżvilupp tat-turiżmu u l-investiment kulturali inkluża l-protezzjoni tal-wirt kulturali u naturali, sakemm dawn joħolqu xogħol sostenibbli;

(e) il-protezzjoni u t-titjib ta’ l-ambjent, b’mod partikolari billi jitqiesu l-prinċipji tal-prekawzjoni u ta’ l-azzjoni preventiva b’appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku, l-użu nadif u effiċjenti ta’ l-enerġija u l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija li tiġġedded;

(f) l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-qasam tax-xogħol, prinċipalment billi jiġu stabbiliti ditti u permezz ta’ l-infrastruttura jew is-servizzi li jwasslu għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja ma’ dik tax-xogħol;

(g) il-kooperazzjoni trans-fruntieri, trans-nazzjonali u inter-reġjonali fl-iżvilupp sostenibbli regjonali u lokali.

L-Artikolu 3

L-inizjattiva Komunitarja

1. Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, l-ERDF għandu, bi qbil ma’ l-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament, jikkontribwixxi sabiex tiġi implimentatta l-inizjattiva Komunitarja rigward il-kooperazzjoni trans-fruntieri, trans-nazzjonali u inter-reġjonali maħsuba sabiex tħajjar l-iżvilupp armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli tat-territorju kollu tal-Komunità (l-"Interreg") kif ukoll sabiex tiġi implimentata l-inizjattiva Komunitarja għar-riġenerazzjoni ta’ l-ibliet u l-imkejjen urbani li qegħdin fi kriżi bl-iskop li jitkabbar l-iżvilupp urban sostenibbli ("URBAN").

2. Skond l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, l-iskop stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi estiż bid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni tal-Fondi għall-finanzjament tal-miżuri eliġibbli skond ir-Regolamenti (KE) Nru 1784/1999 [8], (KE) Nru 1257/1999 [9] u (KE) Nru 1263/1999 [10] bl-iskop li jiġu implimentati l-miżuri kollha ddikjarati fil-programm Komunitarju ta’ l-inizjattivi interessat.

L-Artikolu 4

Il-miżuri innovattivi

1. Skond l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, l-ERDF jista’ wkoll jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’:

(a) l-istudji mibdija mill-Kummissjoni sabiex jiġu identifikati u analizzati l-problemi u s-soluzzjonijiet ta’ l-iżvilup regjonali, b’mod partikolari l-iżvilupp armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli tat-territorju kollu tal-Komunità, inkluża l-Perspettiva Ewropea għall-Iżvilupp ta’ l-Ispazji;

(b) il-proġetti pilota sabiex jiġu identifikati u ttestjati soluzzjonijiet ġodda ta’ żvilupp reġjonali u lokali bl-iskop li dawn jiġu inklużi fil-għajnuna wara li jintwera li jistgħu jsiru;

(ċ) l-iskambji ta’ l-esperjenzi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-innovazzjoni bl-iskop li tiġi sfruttata u ttrasferita l-esperjenza miksuba fil-qasam ta’ l-iżvilupp reġjonali jew lokali.

2. Skond l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, l-iskop stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi estiż bid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni tal-Fondi li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-miżuri li huma eliġibbli skond ir-Regolamenti (KE) Nru 1784/1999, (KE) Nru 1257/1999 u (KE) Nru 1263/1999, bl-iskop li jiġu implimentati l-miżuri kollha fil-proġett pilota interessat.

L-Artikolu 5

Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni

Kull regola ddettaljata sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

L-Artikolu 6

It-tħassir

Ir-Regolament (KEE) Nru 4254/88 għandu jiġi mħassar b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2000.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 7

Il-klawsola dwar ir-reviżjoni

Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2006.

Għandhom jaġixxu fuq din il-proposta skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 162 tat-Trattat.

L-Artikolu 8

Dispożizzjonijiet transitorji

Id-dispożizzjonijiet transitorji riferiti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Lulju 1999.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-robles

Għall-Kunsill

Il-President

S. Niinistö

[1] Din il-pubblikazzjoni tikkanċella u tibdel il-pubblikazzjoni tal-ĠU L 161 tas-26.6.1999, p.43.

[2] ĠU C 176, tad-9.6.1998, p.35 uĠU C 52, tat-23.2.1999, p.12.

[3] ĠU C 407 tat-28.12.1998, p.74.

[4] ĠU C 51, tat-22.2.1999, p.1.

[5] L-Opinjoni tal-Parlament Eweropew tad-19 ta’ Novembru 1998 (ĠU C 379, tas-7.12.1998, p.178), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ April 1999 (ĠU C 134, ta’ l-14.5.1999, p.1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Mejju 1999 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 1999.

[6] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p.1.

[7] ĠU L 374, tal-31.12.1988, p. 15. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2083/93 (ĠU L 193, tal-31.7.1993, p. 34).

[8] ĠU L 213, tat-12.7.1999, p. 5.

[9] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF) (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80).

[10] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1263/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 54).

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet