Official Journal L 206 , 05/08/1999 P. 0019 - 0021
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/75/KE tat-22 ta' Lulju 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/45/KE id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta' Lulju 1995 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità fir-rigward ta' kuluri għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [1], kif emendat mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/34/KE [2], u b'mod partikolari Artikoli 3(3)(a) tagħha; Wara li kkonsultaw lill-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel, (1) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar kuluri għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel [3] għandha listi ta' dawk is-sustanzi li jistgħu jintużaw bħala kuluri fl-oġġetti ta' l-ikel. (2) Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta' Lulju 1995 li tistabbilixxi kriterji speċifiċia ta' purità fir-rigward ta' kuluri għal użu fl-oġġetti ta' l-ikel [4] stabbiliet il-kriterji ta' purità għall-kuluri msemmija fid-Direttiva 94/36/KE; (3) Billi huwa meħtieġ, fid-dawl tal-progress tekniku, li jigu emendati l-kriterji ta' purità stabbiliti fid-Direttiva 95/45/KE għal karoteni mħallta (E 160 a (i)); billi huwa għaldaqstant meħtieġ li tiġi adottata din id-Direttiva; (4) Billi huwa approprjat li jiġu meqjusa l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi ta' teknika analitika għall-kuluri kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti FAO/WHO dwar Addittivi ta' l-Ikel (JECFA); (5) Billi l-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta' l-Ikel; ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 95/45/KE hija b'hekk emendata kif ġej: Fl-Anness parti B il-kapitolu li jirrigwarda E 160a (i) Karoteni Mħallta huwa mibdul bit-test ta' l-Anness ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex dawn ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l- 1.7.2000. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 1. Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Karel van Miert Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. [2] ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 1. [3] ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 13. [4] ĠU L 226, tat-22.9.1995, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS "E 160 a (i) karoteni mħallta 1. KAROTENI MILL-PJANTI | | | | sinonimi | CI Oranġo ta' l-ikel 5 | tifsira | Il-Karoteni mħallta huma miksuba b'estratt ta' tidwib ta' tipi naturali ta' pjanti tajbin għall-ikel, zunnarija, żjut tal-ħxejjex, alfalfa (Lucerne) u ħurrieq. Il-prinċipju ewlieni tal-kulur jikkonsisti f’karotenojdi li minnhom il-beta-karote hija parti ewlenija. α, γ- Il-karotena u pigmenti oħrajn jistgħu ikunu preżenti. Apparti mill-pigmenti tal-kulur, din is-sustanza jista’ jkun fiha żjut, xaħmijiet u xemgħat naturali li jinsabu fil-materjal tas-sorsi. Dawn is-solventi biss jistgħu jintużaw biss fl-estrazzjoni: acetone, methyl ethyl ketone, metanol, etanol, propan-2-ol, hexane, dichloromethane u karbonju diossidu. | klassi | Karotenojd | Kulur – Nru ta’ l-indiċi | 75130 | EINECS | 230-636-6 | Formola kimika | β-Karotina C40H56 | Piż molekulari | β-Karotina 536,88 | Assay | Il-kontenut ta' karotini (ikkalkolati bħala β-Karotina) ma jkunx anqas minn 5 %. Għal prodotti miksuba b'estrazzjoni ta' żjut veġetali: mhux anqas minn 0.2 % f'xaħmijiet li jittieklu. 1 % E1cm1%= 2500 fi ca 440 nm – 457 nm fi cyclohexane | Identifikazzjoni A. Spettrometrija | Massimu ta' cyclohexane fi 440 nm – 457 nm u 470 nm – 486 nm | Purità Residwi tas-solventi | Acetone | Mhux aktar minn 50 mg/kg. Singola jew f'taħlita | Methyl ethyl ketone | Metanol | Propan-2-ol | Hexane | Ethanol | Dichloromethane | Mhux aktar minn 10 mg/kg | Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg | Ċomb | Mhux aktar minn 10 mg/kg | Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg | Kadmjum | Mhux aktar minn 1 mg/kg | Metalli tqal (bħal Pb) | Mhux aktar minn 40 mg/kg | 2. KAROTENI MILL-ALGA tifsira | Karotini mħallta magħmula mill-alga Dunaleilla salina, mkabbra fl-għadajjar kbar mielħin li jinsabu f'Whyalla, l-Awstralja ta'Isfel. Il-Beta-karotina hija estratta bl-użu ta' żejt essenzjali. Il-preparazzjoni hija 20-30 % sospenzjoni fiż-żejt tal-fażola tas-sojja li jkun fiha karotini mħallta magħmula mill-alga Dunaleilla salina, mkabbra fl-għadajjar kbar mielħin li jinsabu f'Whyalla, l-Awstralja ta' Isfel. Il-Beta-karotina hija estratta bl-użu ta' żejt essenzjali. Il-preparazzjoni hija 20-30 % sospenzjoni fiż-żejt tal-fażola tas-sojja li jkun fiha tocopherols naturali (sa 0,3 %). Ir-relattività ta' trans cisiosomers hija fil-medja ta' 50/50 – 71/29. Il-prinċipju ewlieni tal-kulur jikkonsisti f’karotenojdi li minnhom il-beta-karote hija l-parti ewlenija. L-alfa-karotina, lutein, zeaxanthin u beta-cryptoxanthin jistgħu jkunu preżenti. Minbarra l-pigmenti tal-kulur, din is-sustanza jista’ jkun fiha żjut, xaħmijiet u xemgħat naturali li jinsabu fil-materjal tas-sorsi. | klassi | Karotenojd | Kulur – Nru ta’ l-indiċi | 75130 | Assay | Kontenut ta' karotini (ikkalkolati bħala β-Karotina) ma jkunx anqas minn 20 %. | Identifikazzjoni A. Spettrometrija | Massimu ta' cyclohexane f'448 nm – 457 nm u 474 nm – 486 nm | Purità Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg | Ċomb | Mhux aktar minn 10 mg/kg | Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg | Kadmjum | Mhux aktar minn 1 mg/kg | Metalli tqal (bħal Pb) | Mhux aktar minn 40 mg/kg" | --------------------------------------------------