Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/58/KE tas-7 ta' Ġunju 1999 li taddatta l-progress għad-Direttiva tal-Kunsill 79/533/KEE dwar il-mekkaniżmi tat-tqabbid u l-irriversjar għal tratturi bir-roti ghall-agrikoltura jew għall-forestrijaTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 148, 15.6.1999, p. 37–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 24 P. 43 - 44
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 24 P. 43 - 44
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 24 P. 43 - 44
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 24 P. 43 - 44
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 24 P. 43 - 44
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 24 P. 43 - 44
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 24 P. 43 - 44
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 24 P. 43 - 44
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 24 P. 43 - 44
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 26 P. 239 - 240
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 26 P. 239 - 240
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/58/KE
tas-7 ta' Ġunju 1999
li taddatta l-progress għad-Direttiva tal-Kunsill 79/533/KEE dwar il-mekkaniżmi tat-tqabbid u l-irriversjar għal tratturi bir-roti ghall-agrikoltura jew għall-forestrija
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari Artikolu 11 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 79/533/KEE tas-17 ta' Mejju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-mekkaniżmu tat-tqabbid u t-treġġiegħ lura ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-forestrija [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/54/KE, u b'mod partikolari Artikolu 4 tagħha,
(1) Billi, sabiex tittejjeb is-sigurtà, huwa issa meħtieġ li jiġu ċċarati l-ħtiġiet għal dawk il-mekkaniżmi ta' tqabbid;
(2) Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit b'Artikolu 12 tad-Direttiva 74/150/KEE,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Il-parti 3 ta' Anness I li jinsab mad-Direttiva 79/533/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:
1. l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Il-mekkaniżmu għandu jkun tat-tip slotted-jaw. Il-ftuħ taċ-ċentru tal-pern tal-qfil għandu jkun ta' 60 mm + 0,5/- 1,5 mm u l-fond tal-qfil imkejjel miċ-ċentru tal-pern għandu jkun ta' 62 mm ± 0,5 mm.";
2. id-disinn huwa mħassar
Artikolu 2
1. Mill-1 ta' Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:
- jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE, li joħorġu d-dokument li għalih jipprovdi t-tielet inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, dwar xi tip ta' trattur, jew
- iwaqqfu id-dħul fis-servizz ta' trattur,
jekk it-tratturi in kwistjoni jkunu jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 79/533/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.
2. Mill-1 ta' Jannar 2001, l-Istati Membri:
- ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li għalih jipprovdi t-tielet indent ta' Artikolu 10(1) ta' Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta' tip ta' trattur li ma jħarisx ir-rekwiżiti ta' d-Direttiva 79/533/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,
- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta' tip ta' trattur li ma jħarisx ir-rekwiżiti ta' d-Direttivi 79/533/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva l-aktar tard sat-30 ta' Ġunju 2000. Għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni.
Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lil l-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Ġunju 1999.
Għall-Kummissjoni
Martin Bangemann
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.
[2] ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24.
[3] ĠU L 145, tat-13.6.1979, p. 20.
--------------------------------------------------
| Fuq |