31999L0057


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/57/KE tas-7 ta' Ġunju 1999 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva ta' Kunsill 78/64/KEE dwar is-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija bir-roti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

 ĠU L 148, 15.6.1999, p. 35–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 24 P. 41 - 42
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 24 P. 41 - 42
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 24 P. 41 - 42
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 24 P. 41 - 42
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 24 P. 41 - 42
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 24 P. 41 - 42
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 24 P. 41 - 42
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 24 P. 41 - 42
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 24 P. 41 - 42
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 26 P. 237 - 238
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 26 P. 237 - 238

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html   html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/57/KE

tas-7 ta' Ġunju 1999

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva ta' Kunsill 78/64/KEE dwar is-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija bir-roti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta' Marzu 1974 fuq l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tipi ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija bir-roti [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 fuq l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija bir-roti [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/54/KE, u b'mod partikolari Artikoli 10 tagħha,

(1) Billi, sabiex tittejjeb is-sigurtà, issa huwa neċessarju li jiġi speċifikat fid-dettall kif is-sedil tas-sewwieq għandu jitwaħħal u li ma jkunx hemm ergonomija ħażina;

(2) Billi l-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Addattament tad-Direttivi lil Progress Tekniku stabbilit b'Artikolu 12 tad- Direttiva 74/150/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-punt 1.1.5 ta' Anness IV tad- Direttiva 78/764/KEE huwa b'dan mibdul kif ġej:

"1.1.5. meta l-pożizzjoni tas-sedil huwa aġġustabbli fit-tul u vertikalment biss, l-assi lonġitudinali li jgħaddi mill-punt ta' riferenza tas-sedil irid jimxi mall-pjanċa vertikali lonġitudinali tat-trattur li jgħaddi min-nofs tar-rota tal-isteering u li mhux aktar minn 100 mm minn dik il-pjanċa;"

.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta' Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:

- jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni ta' tip KEE, li joħorġu d-dokument stipulat fit-tielet inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni ta' tip nazzjonali, jew

- jwaqqaf id-dħul fis-servizz ta' tratturi, jekk it-tratturi involuti huma skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 78/764/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta' Jannar 2001, l-Istati Membri:

- ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument stipulat fit-tielet inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta' trattur li ma jkunx skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 78/764/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali ta' tip għal tip ta' trattur li ma jkunx skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 78/764/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrrattivi neċessarji għall-ħarsien ta' din id-Direttiva l-aktar tard sat-30 ta' Ġunju 2000. Għandhom javżaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-7 ta'Ġunju 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[2] ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24.

[3] ĠU L 255, tat-18.9.1978, p. 1.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet