Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/55/KE ta' l-1 ta' Ġunju 1999 li tadatta għall- progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/536/KEE dwar strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija. (Test b'relevanza ŻEE)
ĠU L 146, 11.6.1999, p. 28–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 24 P. 36 - 38
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 24 P. 36 - 38
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 24 P. 36 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 24 P. 36 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 24 P. 36 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 24 P. 36 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 24 P. 36 - 38
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 24 P. 36 - 38
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 24 P. 36 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 26 P. 232 - 234
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 26 P. 232 - 234
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/55/KE
ta' l-1 ta' Ġunju 1999
li tadatta għall- progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/536/KEE dwar strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija.
(Test b'relevanza ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari Artikolu 11 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/536/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ strutturi ta' protezzjoni kontra il-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [3], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari Artikolu 11 tiegħu,
(1) Billi, sabiex tkun mtejba s-sigurtà fid-dawl ta' varjeta dejjem tikber ta' tratturi fis-suq, issa huma meħtieġa dispożizzjonijiet li jassiguraw trattament ugwali għal tratturi b'pożizzjoni ta' sewqan riversibbli, jiġifieri, dawk li jkollhom sedil u steering wheel riversibbli ddisinjati biex iżidu l-versatilità operazzjonali u biex itejbu s-sorveljanza ta' l-implimenti;
(2) Billi l-arranġamenti għat-testijiet ta' strutturi ta protezzjoni kontra l-qlib għandhom jiġu armonizzati ma’ l- arranġamenti definiti fil-kodiċi 3 ta' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD) għat-testijiet uffiċjali ta' strutturi ta' protezzjoni għal tratturi għall-agrikoltura (testijiet dinamiċi);
(3) Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku stabbilit b'Artikolu 12 tad-Direttiva Nru 74/150/KEE,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Annessi I, II u III tad-Direttiva 77/536/KEE huma emendati kif muri fl-Anness ta' dan.
Artikolu 2
1. Mill-1 ta' Lulju 2000, l- Istati Membri ma jistgħux:
- jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, li joħorġu d-dokument li hemm provediment dwaru fit-tielet inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir- rigward ta' kull tip ta' trattur, jew
- jipprojbixxu id-dħul fis-servizz ta' tratturi,
jekk it-tratturi in kwistjoni jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/536/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.
2. Mill-1 ta' Jannar 2001, l- Istati Membri:
- ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li hemm provvediment dwaru fit-tielet inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta' kwalunkwe tip ta' trattur li ma jissodisfax il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/536/KEE kif emendata b'din id-Direttiva,
- jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' tip ta' trattur li ma jissodifax il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/536/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-30 ta' Ġunju 2000 l-aktar tard. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L- Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id- Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Ġunju 1999.
Għall- Kummissjoni
Martin Bangemann
Membru tal- Kummissjoni
[1] ĠU L 84, tas-26.6.1999, p. 10.
[2] ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24
[3] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 1.
--------------------------------------------------
ANNESS
Annessi I, II u III tad- Direttiva 77/536/KEE huma emendati kif ġej:
1. f'Anness I, il-punt 2.2, it- tielet inċiż li ġej huwa miżjud:
"- f'dak li jirrigwardja tratturi b'pożizzjoni tas-sewqan riversibbli (i.e. b'sedil u steering wheel riversibbli) jew mgħammra b'iktar sedili, biss il-metodu tal-ittestjar deskritt fil-parti B ta' Anness III għandu japplika.";
2. f'Anness II, il-punt 3.1.1.5 li ġej huwa miżjuda:
"3.1.1.5. Fil-każ ta' trattur b'pożizzjoni ta' sewqan riversibbli (i.e. b'sedil u steering wheel riversibbli), l- ewwel impatt għandu jkun lonġitudinali u għandu jiġi applikat fuq l-itqal estremità (b'aktar minn 50 % tal-massa tat-trattur). Dan għandu jiġi segwit minn test ta' tgħaffiġ fuq l-istess estremità.
It- tieni impatt għandu jkun fuq l-eħfef estremità, u t- tielet impatt għandu jkun mill-ġenb.
Fl- aħħar, għandu jitwettaq it-tieni test ta' tgħaffiġ fuq l-eħfef estremità.";
3. Il-Parti B ta' Anness III hija emendata kif ġej:
(a)
it-test li ġej huwa miżjud fit-tmiem tat-tieni paragrafu tal-punt 1.3.1:
"Fil-każ ta' trattur b'pożizzjoni ta' sewqan riversibbli (i.e. b'sedil u steering wheel riversibbli), il-punt ta' impatt għandu jiġi stabbilit b'relazzjoni mal-intersezzjoni tal-pjan medjan tat-trattur u ta' pjan perpendikulari miegħu, b'linja dritta li tgħaddi minn punt li huwa ekwidistanti miż-żewġ punti ta' referenza tas-sedil.";
(b) il-punt 2.2.11, 2.2.12 u 2.2.13 li ġejjin huma miżjuda:
"2.2.11. Fil-każ ta' trattur b'pożizzjoni ta' sewqan riversibbli (i.e. b' sedil u steering wheel riversibbli), l-ispazju għandu jkun il-kombinazzjoni taż-żewġ spazji stabbiliti miż-żewġ posizzjonijiet ta' l-isteering wheel u s-sedil.
2.2.12. Fil-każ ta' trattur li jista' jkun mgħammar b'iktar sedili, it-testijiet għandhom ikunu bażati fuq l-ispazju kkombinat tal-punti ta' referenza tas-sedil għal kull possibbiltà disponibli għat-twaħħil tas-sedilli. L-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib ma tistax tidħol fl-ispazju kkombinat madwar id- diversi punti ta' referenza tas-sedil.
2.2.13. Meta tkun proposta għażla ġdida għas-sedil wara li jkun sar it-test, għandha ssir kalkolazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk l-ispazju madwar il-punt ta' referenza ġdid tas-sedil jinsabx kompletament fl-ispazju kkombinat stabbilit preċedentament. Jekk dan ma jkunx il-każ, ikun meħtieġ li jsir test ġdid."
--------------------------------------------------
| Fuq |