31999D0396


Titolu u referenza

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 1999 dwar it-termini u l-kondizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni rigward il-prevenzjoni ta' frodi, korruzzjoni u kull xorta ta' attivita` illegali li hija ta' ħsara lejn l-interess tal-Komunitajiet (notifikata taħt dokument numru SEC(1999) 802)

 ĠU L 149, 16.6.1999, p. 57–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 01 Volume 03 P. 118 - 120
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 01 Volume 03 P. 118 - 120
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 01 Volume 03 P. 118 - 120
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 01 Volume 03 P. 118 - 120
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 01 Volume 03 P. 118 - 120
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 01 Volume 03 P. 118 - 120
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 01 Volume 03 P. 118 - 120
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 01 Volume 03 P. 118 - 120
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 01 Volume 03 P. 118 - 120
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 01 Volume 02 P. 156 - 158
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 01 Volume 02 P. 156 - 158
 HR.ES Chapter 01 Volume 002 P. 122 - 124

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta' Ġunju 1999

dwar it-termini u l-kondizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni rigward il-prevenzjoni ta' frodi, korruzzjoni u kull xorta ta' attivita‘ illegali li hija ta' ħsara lejn l-interess tal-Komunitajiet

(notifikata taħt dokument numru SEC(1999) 802)

(1999/396/KE, KEFA, Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 218 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u partikolarment l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1) Regolament (KE) Numru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [1] u Regolament tal-Kunsill (Euratom) Numru 1074/1999 [2] rigward l-investigazzjonijiet mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra il-frodi (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "l-Uffiċċju") jipprovdi li l-Uffiċċju għandu jibda jagħti bidu u jmexxi investigazzjonijiet amministrattivi minn ġewwa l-istituzzjoni, korpi u l-uffiċċji u aġenziji stabbiliti minn jew a bażi tat-trattat ta' l-Komunità' u t-trattatta' ta' l-Euratom.

(2) ir-responsabbilita' ta' l-Uffiċċju kif stabbiliti mill-Kummissjoni twassal lil hinn mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji, biex tinkludi kull attività konessa mal-bżonn li tipproteġi l-interess tal-Komunità kontra kull kondotta irregolari li hija suġġetta għall-proċeduri amministrattivi jew kriminali:

(3) l-iskop tal-ġlieda kontra il-frodi għandha tiġi etiża u l-effettività tagħha għandha tiġi mkabbra billi tiġi sfruttata il-ħila li diġa' teżisti fil-kamp ta' l-investigazzjoni amministrattiva:

(4) għalhekk, a bażi ta' l-awtonomija amministrattiva, il-Kummissjoni għandha tafdha f'idejn l-Uffiċċju ix-xogħol li jmexxi investigazzjonijiet amministrattivi bl-iskop li jinstabu sitwazzjonijiet serji dwar ir-rilaxx ta' obbligi professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas ta' ħarsien ta' l-obbligazzjonijiet ta' l-uffiċjali u l-impjegati tal-Komunitajiet, kif imsejħa fl-Artikolu 11, 12, it-tieni u t-tielet paragrafu, 13, 14, 16 and 17, l-ewwel paragrafu, tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa bħala "Regolamenti dwar il-Persunal"), li huma ta' ħsara lejn l-interess tal-Komunitajiet u li huma suġġeti għall-proċeduri dixxiplinari jew, fil-każijiet xierqa, suġġetti għal proċeduri kriminali, jew suggetti għal kondotta li hija serjament ħazina, kif msejħa fl-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal, jew f'nuqqas ta' ħarsien ta' obbligazzjonijiet analoġi mill-Membri tal-Kummissjoni jew mill-membri tal-persunal tal-Kummissjoni li mhumiex regolati mir-Regolamenti dwar il-Persunal;

(5) dawn l-investigazzjonijiet għandhom ikunu mmexxija skond id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabblixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment il-Protokoll fuq il-privileġġi u immunitajiet, it-test li jimplimenthom u-Regolamenti dwar il-Persunal;

(6) dawk l-investigazzjonijiet għandhom ikunu magħmula skond il-kondizzjonijiet li huma ekwivalenti fl-istituzzjonijiet, il-korpijiet u l-aġenziji kollha tal-Komunità: it-tqassim ta' dan ix-xogħol m'għandhux jaffetwa ir-responsabbilità ta' l-istituzzjonijiet, il-korpijiet u l-aġenziji nfushom u m'għandhu b'ebda mod inaqqas il-protezzjoni legali lil persuni konċernati

(7) sakemm isiru l-emendi tar-Regolamenti dwar il-Persunal, arranġamenti prattiċi li jistipulaw kif il-Membri tal-Kummissjoni u l-uffiċjali tagħha u l-impjegati għandhom jikkoperaw biex ikun hemm funzjonament bla xkiel ta' l-investigazzjonijiet interni, għandhom jiġu stabbiliti;

(8) id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 1998 rigward l-investigazzjonijiet li saru mill-Forza Operattiva "Nikkordinaw il-ġlieda kontra il-frodi", kif ukoll r-regoli tad- 9 ta' Diċembru 1998 li jimplimentawha, għandhom jiġu mħassra,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Obbligazzjoni li tikkopera ma' l-Uffiċċju

Is-Segretarju Ġenerali, is-servizzi u kull impjegat jew uffiċjal tal-Kummissjoni meħtieġ li jikkopera b'mod sħiħ mar-rappreżentanti ta' l-Uffiċċju u jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-investiġazzjoni. In vista ta' l-għan, li huma se jipprovdu lir-rappreżentanti ta' l-Uffiċċju bl-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet utili.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattati jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, partikolarment il-Protokoll dwar il-privileġġi u immunitajiet, u t-test li jimplimenthom, il-Membri tal-Kummissjoni ghandhom jikkoperaw b'mod sħiħ ma' l-Uffiċċju.

Artikolu 2

Obbligazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni

Kull uffiċjal jew impjegat tal-Kummissjoni li jsir jaf b'evidenza li tagħti lok għal preżunzjoni ta' l-eżistenza ta' possibilita' ta' każijiet ta' fordi, korruzzjoni jew attivita' illegali oħra, li hija ta' ħsara għal Komunitajiet, jew b'sitwazzjonijiet serji relatati mar-rilaxx ta' obbligazzjonijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas ta' ħarsien ta' l-obbligazzjonijiet ta' uffiċjali jew impjegati tal-Kumunitajiet u li jagħtu lok għal proċeduri dixxiplinari, u fil-kazijiet xierqa, fi proċeduri kriminali, jew f'nuqqas ta' ħarsien ta' obbligazzjonijiet analoġi tal-Membri tal-Kummissjoni jew membri tal-persunal tal-Kummissjoni li mhumiex soġġetti għar-Regolamenti dwar il-Persunal, huma meħtiega li jinfurmaw mingħajr dewmien lil Kap tas-Servizz jew lid-Direttur Ġenerali jew, jekk jikkonsidrah utili, lis-Segretarju tal-Kummissjoni jew lill-Uffiċċju dirett.

Is-Segretarju Ġenerali, id-Direttur Ġenerali u il-Kap tas-Servizz tal-Kummissjoni għandhom mingħajr dewmin jagħtu lil l-Uffiċċju kull evidenza, li jsiru jafu biha, li l-eżistenza ta' l-irregolarità tagħha kif msejħa fl-ewwel paragrafu tista tiġi preżunta.

L-Uffiċjali jew l-impjegat tal-Kummussjoni m'għandhom bl-ebda mod isofru inugwaljanza jew diskriminazzjoni minħabba li kkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafu.

Il Membri tal-Kummissjoni li jsiru jafu b'fatti msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jinfurmaw lil President tal-Kummissjoni jew, jekk jaħsbu li tkun ħaġa utili, lill-Uffiċċju dirett.

Artikolu 3

Assistenza mill-Uffiċċju tas-Sigurtà

Fuq it-talba tad-Direttur ta' l-Uffiċċju, l-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jassisti lill-Uffiċċju fit-tmexxijja prattika ta' l-investigazzjonijiet.

Artikolu 4

Notfika lill-parti interessata

Fejn l-implikazzjonijiet possibbli ta' Membru, uffiċjal jew impjegat tal-Kummissjoni isiru evidenti, il-parti interressata għandha tkun informata malajr, basta dan ma jkunx ta' ħsara għall-investigazzjnijiet. Għal kull fini, konkluzjonijiet li jirreferu bl-isem dwar xi Membru, uffiċjal jew impjegat tal-Kummissjoni ma jistgħux jiġu magħmula ġaladarba l-investigazzjoni tkun għal kollox lesta mingħajr mal-parti interessata kienet setgħat tagħti l-opinjonijiet tagħha dwarhu.

F'każijiet li jinħtieġu li tinżamm is-segretezza assoluta għal fini ta' l-investigazzjonijiet u li jkollhom il-ħtieġa ta' proċeduri invetigativi li jaqgħu fil-jurisdizzjoni ta' l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali, l-obbligazzjoni li tistieden lill-membru, l-uffiċjal u l-impjegat tal-Kummissjoni biex jagħtu il-fehmiet tagħhom tista titħalla biex dawn jiġu deċiżi flimkien ma' l-President tal-Kummissjoni jew mas-Segretarju Ġenerali tagħha rispettivament.

Artikolu 5

L-informazzjoni dwar l-għeluq ta' l-investigazzjoni meta ma jkunux ittieħdu aktar azzjonijiet

Jekk, wara investigazzjoni interna, ma' jkunx hemm każ kontra Membru, uffiċjal, jew impjegat tal-Kummissjoni li kellhu allegazzjonijiet magħhmula kontra tiegħu, l-investigazzjoni interna li tirrigwarda lilhu għandha, permezz ta' deċiżjoni tad-Direttur ta' l-Uffiċċju, li għandha tiġi trasmessa lil parti interessata bil-miktub, tiġi magħluqa, mingħajr ebda azzjoni ma tittieħed kontrieħ.

Artikolu 6

Rinunzja għall-immunità

Kull talba mingħand il-pulizija nazzjonali jew mingħand l-awtorità ġudizjarja li tirrigwarda ir-rinunzja għall-immunità minn proċeduri ġudizjarji kontra uffiċjal jew impjegat tal-Kummissjoni dwar possibilità ta' każijiet ta' frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra, għandha tiġi mogħtija li d-Direttur ta' l-Uffiċċju biex dan ikun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu. Jekk it-talba għal rinunzja mill-immunità tirrigwarda Membru tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju għandu jiġi infurmat.

Artikolu 7

Mħassar

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Lulju 1998 dwar l-investigazzjonijiet magħmula mill-Forża Operattiva "Nikkordinaw il-ġlieda kontra frodi" flimkien mar-regoli tad- 9 ta' Diċembru 1998 li jimplimentawha, huma hawnhekk imħassra.

Artikolu 8

Data tad-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni sa tidħhol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1999.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Ġunju 1999.

Għall-Kummissjoni

Jacques Santer

Il-President

[1] ĠU L 136, 31.05.1999, p. 1.

[2] ĠU L 136, 31.05.1999, p. 8.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet