Id-Deċiżjoni tal-Kunsil tal-25 ta'Mejju 1999 dwar il-kondizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni biex tiġi evitata l-frodi, il-korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li tmur kontra l-interessi tal-Komunitajiet
ĠU L 149, 16.6.1999, p. 36–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 01 Volume 03 P. 115 - 117
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 01 Volume 03 P. 115 - 117
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 01 Volume 03 P. 115 - 117
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 01 Volume 03 P. 115 - 117
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 01 Volume 03 P. 115 - 117
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 01 Volume 03 P. 115 - 117
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 01 Volume 03 P. 115 - 117
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 01 Volume 03 P. 115 - 117
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 01 Volume 03 P. 115 - 117
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 01 Volume 02 P. 153 - 155
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 01 Volume 02 P. 153 - 155
HR.ES Chapter 01 Volume 002 P. 119 - 121
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsil
tal-25 ta'Mejju 1999
dwar il-kondizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni biex tiġi evitata l-frodi, il-korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li tmur kontra l-interessi tal-Komunitajiet
(1999/394/KE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partikolarment l-Artikolu 207(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, partikolarment l-Artikolu 121(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill, partikolarment l-Artikolu 21(2) tiegħu,
(1) Billi r-Regolament (KE) Numru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 [1] u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Numru 1074/1999 tal-25 ta' Mejju 1999 [2] dwar l-investigazzjonijiet mwettqa mill-Uffiċju Ewropew Konta l-Frodi (OLAF) jipprovdu li l-Uffiċju għandu jibda' u jmexxi investigazzjonijiet amministrattivi fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji stabbiliti mit-/jew abbażi tat-Trattati tal-KE jew tal-Euratom;
(2) Billi r-responsabbiltà ta'l Uffiċċu Ewropew Konta l-Frodi kif stabbilit mill-Kummissjoni jestendi 'il hinn mill-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji u, għalhekk, jinkludi l-attivitajiet kollha ta' l-Uffiċju relatati mal-bżonn li jiġu salvagwardati l-interessi tal-Komunità kontra kondotta irregolari li tista' tirreżulta f'proċeduri amministrattivi jew kriminali;
(3) Billi l-iskop tal-ġlieda kontra l-frodi għandha titwessa u l-effettività imsaħħa billi tiġi sfruttata l-ħila fil-qasam ta' investigazzjonijiet amministrattivi;
(4) Billi għalhekk, abbażi ta' l-awtonomija amministrattiva tagħhom, l-istituzzjonijiet kollha, korpi u uffiċċji u aġenziji għandhom jafdaw lill-Uffiċju l-kompitu li jmexxu investigazzjonijiet amministrattivi interni bl-għan illi jiġu esposti sitwazzjonijiet serji relatati mar-rilaxx ta' dmirijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas ta' ħarsien ta' l-obbligazzjonijiet ta' l-uffiċċjali u l-impjegati tal-Komunitajiet, skond l-Artikoli 11, 12, it-tieni u t-tielet paragrafi, 13, 14, 16 u 17, l-ewwel paragrafu, tar-Regolamenti ta' l-Impjegati għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (hawnhekk iżjed 'il quddiem "Regolamenti ta' l-Impjegati"), li jmorru kontra l-interessi ta' dawk il-Komunitajiet u li kapaċi jirreżultaw f'proċeduri dixxiplinarji jew, meta xieraq, proċeduri kriminali, jew kondotta serjament hażina, skond l-Artikolu 22 tar-Regolamenti ta' l-Impjegati, jew nuqqas li jitħarsu l-obbligazzjonijiet analogi tal-Membri, managers jew impjegati ta' l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Komunitajiet li mhumiex suġġetti għar-Regolamenti ta' l-Impjegati jew in-nuqqas li jitħarsu l-obbligazzjonijiet imposti mil-liġi tal-Komuità fuq il-Membri tal-Kunsill u tal-korpi tagħha skond id-dmirijiet professjonali f'dik il-kapaċità;
(5) Billi dawn l-investigazzjonijiet għandhom jitmexxew bl-istess mod u taħt l-istess kundozzjonijiet fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji kollha tal-Komunità; billi l-assenjazzjoni ta' dan ix-xogħol lill-Uffiċju m'għandux jolqot r-responsabbiltajiet ta' l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji u m'għandhomx bl-ebda mod jnaqqsu l-protezzjoni legali tan-nies konċernati;
(6) Billi, sakemm jidħlu l-emendi tar-Regolamenti ta' l-Impjegati, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti prattiċi biex il-Membri ta' l-istituzzjonijiet u korpi, il-managers ta' l-uffiċċji u l-aġenziji u l-uffiċċjali u l-impjegati ta' l-istituzzjonijiet, korpi u uffiċċji u aġenziji jkunu jistgħu jikkoperaw fl-operazzjoni bla xkiel ta' l-investigazzjonijiet interni;
(7) Billi r-Regolament (KE) Numru 1073/1999 u r-Regolament (Euratom) Numru 1074/1999 jipprovdu, fl-Artikolu 4(6), li kull istituzzjoni, korp, Uffiċju u aġenzija għandha tadotta deċiżjoni li tinkludi regoli dwar id-dmirijiet tal-Membri, managers, uffiċċjali u impjegati oħra ta' l-istituzzjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji biex jikkoperaw ma' l-impjegati ta' l-Uffiċju u li jipprovdulhom l-informazzjoni, il-proċeduri li għandhom jiġu osservati mill-impjegati ta' l-Uffiċju meta jmexxu investigazzjonijiet interni u jiggarantixxu d-drittijiet tan-nies li għandhom x'jaqsmu ma' investigazzjoni interna;
(8) Billi l-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea tal-Kummissjoni l-Komunità Ewropea li tikkonċerna l-investigazzjonijiet mill-Uffiċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) [3] jobbliga lill-istituzzjonijiet li ffirmaw, u l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji li ffirmaw il-ftehim, li jadottaw deċiżjoni interna skond il-mudell anness mal-ftehim u li ma jitbiegħdux minn dak il-mudell ħlief meta għall-ħtiġijiet tagħhom jkun teknikament neċessarju li jitbiegħdu;
(9) Billi m'hemx ħtiġijiet partikolari fejn huwa teknikament neċessarju li jitbiegħdu mid-deċizjoni mudell fir-rigward ta' uffiċċjali u impjegati oħrajn tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa "s-Segretarjat Ġenerali");
(10) Billi l-Kunsill għandu jagħti lill-Uffiċju l-funzjoni li jwettaq inkjesti amministrattivi fih nnifisu biex jiġu investigati sitwazzjonijiet serji li jistgħu jammontaw għal nuqqas lejn l-obbligazzjonijiet imposti mil-liġi tal-Komunità fuq persuni li huma membri tal-Kunsill u l-korpi tiegħu; billi, madankollu, għandu jiġi kkunsidrat, b'mod kuntrarju għal membri ta' istituzzjonijiet oħra, li l-Membri tal-Kunsill tal-korpi tagħha jeserċitaw funzjonijiet essenzalment nazzjonali li, f'dak l-eserċizju tagħhom, jibqgħu suġġetti għal-liġi nazzjonali, billi, għalhekk, l-applikazzjoni ta' din id-Deċizjoni għandha tiġi llimitata għal attivitajiet professjonali ta' dawn il-persuni fil-kapaċità tagħhom bħala membri ta' l-istituzzjoni u l-korpi tagħha;
(11) Billi l-Uffiċju m'għandux poteri ġudizzjarji u jmexxi biss investigazzjonijiet amministrattivi; billi dawn l-investigazzjonijiet għandhom jitmexxew b'mod sħiħ skond id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattati li jistabbilixxu il-Komunitajiet Ewropej, partikolarment il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, it-testijiet li jimplimentawhom u r-Regolamenti ta' l-Impjegati;
(12) Billi dawn l-investigazzjonijiet għandhom jitmexxew skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-regoalmenti tal-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika; billi dawn ir-regolamenti, madankollu, ma jagħtux lill-Uffiċju dritt għal aċċess għall-bini okkupat mill-Istati Membri, partikolarment mir-rappreżentazzjonijiet permanenti;
(13) Billi d-deċiżjoni interna prevista fil-Ftehim Ineristituzzjonali huwa limitat b'mod strett li jiddeskrivi d-dmir tal-koperazzjoni ma' l-Uffiċju u li jiġi pprovdut bl-informazzjoni, id-dmir ta' l-Uffiċju tas-Sigurtà li jgħin l-impjegati ta' l-Uffiċju u d-dmir reċiproku ta' l-Uffiċju li jinforma n-nies li fir-rigward tagħhom hemm allegazzjonijiet bħala riżultat ta' xi investigazzjoni,
IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Id-dmir ta' koperazzjoni ma' l-Uffiċċju
Is-Segretarju-Ġenerali, is-servizzi u kull uffiċċjal jew impjegat tas-Segretarjat Ġenerali huwa meħtieġ li jikkopera b'mod sħiħ ma' l-impjegati ta' l-Uffiċju u li jassisti skond il-bżonn fl-investigazzjonijiet. B'dak l-għan, għandhom jipprovdu informazzjoni u spjegazzjonijiet utli lill-impjegati.
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, partikolarment il-Protokoll dwar il-privileġġi u immunitajiet u t-testi li jimplientawhom, il-Membri tal-Kunsill, u l-korpi tiegħu, għandhom jikkoperaw b'mod sħiħ ma' l-Uffiċċju.
Artikolu 2
Id-dmir li tingħata l-informazzjoni
Kull uffiċċjal jew impjegat tas-Segretarjat Ġenerali li jinduna b'xi evidenza li jista' jirriżulta f'preżunzjoni ta' każ ta' frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li tmur kontra l-interessi tal-Komunitajiet, jew b'xi sitwazzjonijiet serji dwar ir-rilaxx ta' dmirijiet professjonali li jistgħu jammontaw għal nuqqas ta' ħarsien lejn l-obbligazzjonijiet ta' uffiċċjali jew impjegati tal-Komunitajiet li kapaċi jirreżultaw f'proċeduri dixxipplinarji jew, f'każijiet xierqa, proċeduri kriminali, jew bin-nuqqas li jitħarsu l-obbligazzjonijiet ordnati mil-liġi tal-Komunità fuq il-Mebri tal-Kunsill u l-korpi tagħha fis-sens tad-dmirijiet tagħhom f'dik il-kapaċità, fejn dak in-nuqqas imur kontra l-interessi tal-Komunità, għandhom jinfurmaw minnufih il-Kap tas-Servizz jew id-Direttur Ġenerali jew, jekk jaħseb li huwa xieraq, direttament lis-Segretarju Ġenerali ta' l-Uffiċċju.
Is-Segretarju Ġenerali, id-Direttorat Ġenerali u l-Kapijiet tas-Servizzi tas-Segretarjat Ġenerali għandhom jibagħatu minnufih lill-Uffiċju l-provi kollha li saru jafu bihom u li minn dawn jistaw jirreżultaw xi irregolaritajiet skon l-ewwel paragrafu.
Uffiċċjali jew impjegati tas-Segretarjat Ġenerali m'għandhom bl-ebda mod jsofru trattament diskriminatorju kawża ta' l-isforz tagħhom biex jibgħatu l-informazzjoni skond l-ewwel u t-tieni paragrafi.
Membri tal-Kunsill u rappreżentanti Permanenti li jsiru konxji tal-fatti fl-ewwel paragrafu għandhom jinfurmaw lill-President tal-Kunsill jew, jekk jaħsbu li hu utli, lill-Uffiċju direttament. Delegati ta' l-Istati Membri li jiskopru xi informazzjoni skond l-ewwel paragrafu għandhom jinformaw ir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri tagħhom.
Artikolu 3
Assistenza mill-Uffiċju tas-Sigurtà
Mat-talba tad-Direttur ta' l-Uffiċċju, l-Uffiċju tas-Sigirtà tas-Segretarjat Ġenerali għandu jassisti l-Uffiċju fit-tmexxijja partikolari ta' l-investigazzjonijiet.
Artikolu 4
Għandha tiġi infurmata l-parti interessata
F'kaz li huwa possibbli li jirriżultaw implikazzjonijiet personali fir-rigward ta' Membru tal-Kunsill jew ta' wieħed mill korpi tiegħu, jew t'uffiċċjal jew impjegat tas-Segretarjat Ġenerali, il-parti interessata għandha tiġi infurmata malajr sakemm dan ma jikkawżax preġudizzju lill-investigazzjoni. F'kull każ, m'għandhomx isiru konklużjonijiet li jirreferu bl-isem għal wieħed minn dawk il-persuni mingħajr ma jkollhom l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar il-fatti konċernati.
F'każijiet fejn hemm il-bżonn li tinżamm segretezza assoluta għat-tmexxijja ta' l-investigazzjonijiet u fejn hemm bżonn preoċeduri investigattivi li jridu jkunu taħt awtorità ġudizzjarja nazzjonali, l-obbligazzjoni li tiġi mistiedna l-persuna kkonċernata biex tagħti l-opinjoni tagħha tista' ma titħarisx bi ftehim mal-President tal-Kunsill jew is-Segretarju Ġenerali, kif xieraq.
Artikolu 5
Informazzjoni dwar l-egħluq ta' l-investigazzjoni mingħajr ebda azzjoni oħra
F'każ li, wara investigazzjoni interna, m'hemx każ kontra l-persuna kontra min saru l-allegazzjonijiet, l-investigazzjoni interna li tikkonċerna dik il-persuna għandha tingħalaq mingħajr ebda azzjoni oħra, u dan b'deċizjoni tad-Direttur ta' l-Uffiċċju, li għandu jinnotifika l-persuna kkonċernata bil-miktub.
Artikolu 6
Rinunzja ta' immunità
Kull talba mingħand il-Pulizija nazzjonali jew mingħand l-awtorità ġudizzjarja dwar ir-rinunzja ta' l-immunità minn proċeduri ġudizzjarji ta' uffiċċjal jew impjegat tas-Segretarjat Ġenerali li jikkonċernaw każijiet fejn hemm probbabiltà ta' frodi, korruzzjoni jew kull att illegali ieħor għandha tindbagħat lid-Direttur Ġenerali ta' l-Uffiċju biex jagħti l-opinjoni tigħu. F'każ illi talba għar-rinunzja ta' l-immunità tikkonċerna Membru tal-Kunsill jew ta' wieħed mill-korpi tiegħu, l-Uffiċju għandu jiġi infurmat.
Artikolu 7
Data effettiva
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1999.
Magħmula fi Brussel, il-25 ta'Mejju 1999.
Għall-Kunsill
Il-President
H. Eichel
[1] ĠU L 136, 31.05.1999, p. 1.
[2] ĠU L 136, 31.05.1999, p. 8.
[3] ĠU L 136, 31.05.1999, p. 15.
--------------------------------------------------
| Fuq |