31999D0352


Titolu u referenza

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 1999 li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (notifikata fid-dokument numru SEC(1999) 802)

 ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 01 Volume 03 P. 110 - 112
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 01 Volume 03 P. 110 - 112
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 01 Volume 03 P. 110 - 112
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 01 Volume 03 P. 110 - 112
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 01 Volume 03 P. 110 - 112
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 01 Volume 03 P. 110 - 112
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 01 Volume 03 P. 110 - 112
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 01 Volume 03 P. 110 - 112
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 01 Volume 03 P. 110 - 112
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 01 Volume 02 P. 148 - 150
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 01 Volume 02 P. 148 - 150

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta' April 1999

li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

(notifikata fid-dokument numru SEC(1999) 802)

(1999/352/KE, KEFA, Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 162 tagħha,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 131 tiegħu,

(1) Billi l-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri jagħtu l-importanza kbira lill-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u għall-ġlieda kontra l-frodi u kull attività illegali oħra li tagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet; billi l-importanza ta' l-azzjoni għal dak il-għan huwa ikkonfermat bl-Artikolu 209a tat-Trattat KE, l-Artikolu 78i tat-Trattat ECSC, l-Artikolu 183a tat-Trattat Euratom kif ukoll bl-Artikolu 280 tat-Trattat KE fformulat mit-Trattat ta' Amsterdam;

(2) Billi għandhom jintużaw il-mezzi kollha disponibbli sabiex jinkiseb dan l-oġġettiv bis-sħiħ, notevolment fit-termini ta' funzjonijiet ta' investigazzjoni trasferiti għal-livell tal-Komunità, sakemm l-allokazzjoni u l-bilanċ kurrenti kif jinsabu bejn il-livelli nazzjonali u tal-Komunità għandhom jinżammu;

(3) Billi x-xogħol li għandu jsir biex isiru l-investigazzjonijiet amministrattivi għall-għan li jkunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet s'issa ingħata lit-Task Force għall-Kordinament tal-Prevenzjoni tal-Frodi, li ħadu post l-Unità għall-Kordinament tal-Prevenzjoni tal-Frodi (OLAF);

(4) Billi l-ħtieġa li tiżdied l-effettività tal-ġlieda kontra l-frodi u l-attivitajiet illegali l-oħra li jagħmlu ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet teħtieġ it-twaqqif ta' l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "l-Uffiċċju" li għandu jeżerċita l-poteri investigattivi tiegħu f'indipendenza sħiħa;

(5) Billi l-indipendenza tad-Direttur ta' l-Uffiċċju u r-rwol tal-Kumitat tas-Sorveljanza li titqajjem minn din id-Deċiżjoni, u mir-Regolamenti tal-KE u tal-Euratom li jikkonċernaw l-investigazzjonijiet li jagħmel l-Uffiċċju, ifittxu li jiggarantixxu l-kondotta tajba ta' l-investigazzjonijiet ta' l-Uffiċċju mingħajr ma' jindaħal max-xogħolijiet l-oħra tiegħu, bħalma huma dawk li huma l-prerogattiva tal-Kummissjoni, b'mod partikolari f'affarijiet ta' leġislazzjoni;

(6) Billi r-responsabbilità ta' l-Uffiċċju għandha tinvolvi, apparti mill-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji, l-attivitajiet kollha magħquda mal-protezzjoni ta' l-interessi tal-komunità minn atti irregolari li x'aktarx iwasslu għall-proċeduri amministrattivi jew penali;

(7) Billi d-definizzjoni tal-funzjonijiet ta' l-Uffiċċju għandhom jinkludu x-xogħolijiet li saru s'issa mill-Grupp tal-Ħidma għall-kordinament ta' Prevenzjoni tal-Frodi, b'mod partikolari dawk ix-xogħolijiet li jikkonċernaw il-preparament tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji fl-oqsma ta' l-attività ta' dan l-Uffiċċju, li jinkludu l-interessi li jinsabu fit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Twaqqif ta' l-Uffiċċju

Permezz tal-preżenti, qiegħed jitwaqqaf Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (UEKF), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-"Uffiċċju". L-Uffiċċju għandu jieħu post il-Grupp ta' Ħidma għall-Kordinament tal-Prevenzjoni tal-Fordi u jieħu xogħolijiet kbar.

Artikolu 2

Xogħolijiet ta' l-Uffiċċju

1. L-Uffiċċju għandu jeżerċita l-poteri tal-Kummissjoni biex jagħmel investigazzjonijiet amministrattivi esterni bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li tolqot ħażin lill-interessi finanjarji tal-Komunità, kif ukoll kull att ta' operaturi bil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità.

L-Uffiċċju għandu jkun responsabbili li jeżegwixxi l-investigazzjonijiet amministrattivi interni maħsuba:

(a) sabiex jiġġieled il-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Komunità b'mod ħażin,

(b) sabiex jinvestiga fatti serji relatati ma' l-andament ta' l-attivitajiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu ksur ta' obbligi minn uffiċċjali u impjegati li x'aktarx iwasslu għall-proċeduri dixxiplinarji u, f'każijiet xierqa, proċeduri kriminali jew ksur analogu ta' l-obbligi mill-Membri ta' l-istituzzjonijiet u korpi, kapijiet tal-korpi jew membri tal-persunal ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi mhux suġġetti għar-Regolamenti ta' l-Istaff ta' Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' l-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet.

L-uffiċju għandu jeżerċita l-poteri tal-Kummsisjoni kif inhuma definiti fid-dispożizzjonijiet imwaqqfa fil-qafas tat-Trattati, u suġġetti għal-limiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti fihom.

L-uffiċċju jista' jkun fdat b'investigazzjonijiet f'oqsma oħra mill-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet jew korpi oħrajn.

2. L-Uffiċċju għandu jkun responsabbli biex jipprovdi l-appoġġ tal-Kummissjoni fil-koperazzjoni ma' l-Istati Membri fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi.

3. L-Uffiċċju għandu jkun responsabbili għall-attività li jiżviluppa kunċett għall-ġlieda kontra l-frodi kif hemm imsemmi fil-paragrafu 1.

4. L-uffiċċju għandu jkun responsabbili għall-preparament ta' l-inizzjattivi leġiżlattivi u regolatorji tal-Kummissjoni bil-għan ta' prevenzjoni tal-frodi kif hemm imsemmi fil-paragrafu 1.

5. L-Uffiċċju għandu jkun responsabbili għal kull attività operazzjonali tal-Kummissjoni f'relazzjoni mal-ġlieda kontra l-frodi kif hemm imsemmi fil-paragrafu 1, u b'mod partikolari:

(a) jiżviluppa l-infrastruttura meħtieġa;

(b) jiżgura l-ġbir u l-analiżi ta' informazzjoni;

(ċ) jagħti appoġġ tekniku, b'mod partikolari fil-qasam tat-taħriġ, lill-istituzzjonijiet jew korpi l-oħra kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

6. L-Uffiċċju għandu jkun f'kuntatt dirett mal-pulizija u ma' l-awtoritajiet ġudizzjarji.

7. L-Uffiċċju għandu jirrapreżenta lill-Kummissjoni, fil-livell ta' servizz, fil-forums konċernati, fl-oqsma koperti minn dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Indipendenza tal-funzjoni investigattiva

L-Uffiċċju għandu jeżerċita l-poteri ta' investigazzjoni li saret referenza għalihom fl-Artikolu 2(1) fl-indipendenza kompluta. Fl-eżerċizzju ta' dawn il-poteri, id-Direttur ta' l-Uffiċċju la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjoni mill-Kummissjoni, kull istituzzjoni jew korp ieħor tal-gvern.

Artikolu 4

Kumitat tas-Sorveljanza

Għandu jitwaqqaf Kumitat ta' Sorveljanza, li l-kompożizzjoni u s-setgħat tiegħu jkunu stabbiliti minn leġiżlazzjoni tal-Komunità. Dan il-Kumitat għandu jkun responsabbili għas-sorveljanza regolari tal-qadi tal-funzjoni investigattiva mill-Kumitat.

Artikolu 5

Id-Direttur

1. L-Uffiċċju għandu jkun presedut minn Direttur, nominat mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni fil-Parlament Ewopew u mal-Kunsill, għal terminu ta' ħames snin, li jista' jiġġedded darba. Bil-għan li jinħatar id-Direttur, il-Kummisjsoni għandha, ladarba tingħata opinjoni favorevoli mill-Kumitat tas-Sorveljanza, tipprepara lista ta' diversi kandidati kwalifikati b'mod xieraq, wara sejħa għall-applikazzjonijiet li għandhom, jekk xieraq, ikunu ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Id-Direttur għandu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' l-investigazzjonijiet.

2. Il-Kummissjoni għandha teżerċita, fir-rigward tad-Direttur, il-poteri mogħtija lill-awtorità li tinnomina. Kull miżura fl-Artikoli 87, 88 u 90 tar-Regolementi ta' l-Istaff ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandha tittieħed, wara li ssir konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Sorveljanza, b'deċiżjoni motivata mill-Kummissjoni. Din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Artikolu 6

Tħaddim ta' l-Uffiċċju

1. Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal ta' l-Uffiċċju, il-poteri mogħtija lilu bir-Regolament tal-Persunal ta' l-Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej mill-awtorità li tinnomina u mill-Kondizzjonijiet ta' Impieg ta' l-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet fuq l-awtorità awtorizzata li tikkonkudi l-kuntratti ta' l-impieg. Għandu jkun permess li jiddelega dawk il-poteri. Skond ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impieg ta' l-Impjegati l-Oħra id-Direttur għandu jpoġġi l-kondizzjonijiet u l-arranġament dettaljati għall-ingaġġar, b'mod partikolari fejn għandu x'jaqsam it-tul tal-kuntratti u t-tiġdid tagħhom.

2. Wara li jikkonsulta mal-Kumitat tas-Sorveljanza, id-Direttur għandu jibgħat lid-Direttur-Ġenerali għall-Estimi, abbozz ta' stima preliminari li għandha tiddaħħal fit-titolu speċjali għall-Uffiċċju fl-Estimi annwali ġenerali.

3. Id-Direttur għandu jaġixxi bħala uffiċċjal ta' l-awtorizzazzjoni għall-implimentazzjoni tat-titolu speċjali għall-estimi għall-parti A ta' l-estimi, li tikkonċerna l-Uffiċju, u t-titoli speċifiċi kontra l-frodi tal-parti B. Għandu jkun permess li d-Direttur jiddelega l-poteri tiegħu.

4. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jikkonċernaw l-organizzazzjoni interna għandhom japplikaw lill-Uffiċċju safejn huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-Uffiċċju adottati mill-leġislatur tal-Komunità, ma' din id-Deċiżjoni u mar-regoli dettaljati li jimplimentawha.

Artikolu 7

Data effettiva

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) li jikkonċerna l-investigazzjonijiet eżekwiti mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi. Sa l-ewwel jum mix-xahar ta' wara l-ħatra tad-Direttur ta' l-Uffiċju, ix-xogħol kurrenti ta' l-Uffiċċju għandu jieħu ħsiebu d-Direttur tal-Grupp ta' Ħidma għall-Kordinament tal-Prevenzjoni tal-Frodi.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' April 1999.

Għall-Kummissjoni

Jacques Santer

Il-President

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet