31998L0089


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/89/KE ta' l-20 ta' Novembru 1998 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE rigward il-veloċità massima skond id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

 ĠU L 322, 1.12.1998, p. 40–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 21 P. 317 - 318
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 21 P. 317 - 318
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 21 P. 317 - 318
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 21 P. 317 - 318
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 21 P. 317 - 318
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 21 P. 317 - 318
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 21 P. 317 - 318
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 21 P. 317 - 318
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 21 P. 317 - 318
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 25 P. 3 - 4
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 25 P. 3 - 4

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/89/KE

ta' l-20 ta' Novembru 1998

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE rigward il-veloċità massima skond id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-istima tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi bir-roti ta' l-agrikoltura jew l-forestrija [1], kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE ta' l-4 ta' Marzu dwar l-istima tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-veloċità massima skond id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija [3], kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 97/54/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi, minħabba ż-żieda fil-veloċità massima skond id-disinn għal 40 km/s u l-iżviluppi fit-teknoloġija l-iktar avvanzata, hu xieraq li tkun addattata l-ħtieġa rigward it-tolleranza fil-kejl tal-veloċità msemmija fil-punt 1.5 ta' l-Anness tad-Direttiva 74/152/KEE;

Billi l-miżuri li hemm provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-adozzjoni għall-progress tekniku mdaħħal permezz tad-Direttiva 74/150/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-punt 1.5 ta' l-Anness tad-Direttiva 74/152/KEE għandu jiġi emendat kif ġej: "li l-veloċità mkejla taqbeż il-veloċità massima skond id-disinn bi 5 %".

Artikolu 2

1. Mill-1 ta' Jannar 2000 l-ebda Stat Membru ma jista:

- jirrifjuta, rigward xi tip ta' trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, li joħroġ id-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz tat-tratturi,

jekk dawk it-tratturi iħarsu l-ħtieġijiet tad-Direttiva 74/152/KEE, kif emendata permezz ta' din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta' Ottubru 2004, l-Istati Membri:

- ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE ta' tip ta' trattur jekk dan ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 74/152/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward xi tip ta' trattur jekk dan ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 74/152/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jaderixxu ma' din id-Direttiva sa, l-aktar tard, il-31 ta' Diċembru 1999. Huma għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn ta' l-aħħar għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bl-imsemmija riferenza meta ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tagħhom. Il-kondizzjonijiet li jgħoddu għal dik ir-riferenza għandhom ikunu ntrodotti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[2] ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24.

[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 33.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet