Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/40/KE tat-8 ta’ Ġunju, 1998 li taddatta għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 74/346/KEE dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija
ĠU L 171, 17.6.1998, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 020 P. 311 - 312
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 020 P. 311 - 312
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 020 P. 311 - 312
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 020 P. 311 - 312
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 020 P. 311 - 312
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 020 P. 311 - 312
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 020 P. 311 - 312
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 020 P. 311 - 312
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 020 P. 311 - 312
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 23 P. 179 - 180
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 23 P. 179 - 180
DA DE EL EN ES FI FR IT NL PT SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/40/KE
tat-8 ta’ Ġunju, 1998
li taddatta għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 74/346/KEE dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 74/346/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-mirja li juru wara għal tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2] u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha,
Billi, in vista tal-komplessità li dejjem tikber tax-xogħol tat-tratturi, għandhom jiġu kunsidrati l-mirja li juru wara li jintużaw biex jikkontrollaw inġenji li mhumiex maħsuba għall-użu fit-triq;
Billi, biex tiżdied is-sigurtà, il-kundizzjonijiet li taħthom il-mirja li juru wara għandhom jiġu ssettjati mis-sewwieqa għandhom jiġu stabbiliti bir-reqqa: billi d-Direttiva 74/346/KEE għandha għaldaqstant tiġi emendata;
Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-addattament għall-progress tekniku stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE [3], kif l-aħħar emendati mid-Direttiva 97/54/KE
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 74/346/KEE qed jiġi emendat kif isegwi:
1. is-segwenti sentenza qed tiżdied ma’ l-Punt 1.1 "Il-mirja addizzjonali u l-mirja li juru wara maħsubin biex jikkontrollaw l-inġenji waqt li jkun qed isir xogħol fl-għelieqi m’għandhomx neċessarjament ikunu miftuħa għall-approvazzjoni tat-tip li tingħata lill-komponenti imma għandhom jiġu lokalizzati skond ir-rekwiżiti ta’ l-issettjar li jinstabu fl-Punti 2.3.3. sa 2.3.5"
2. Fl-Punt 2.4.2. l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:
"Is-sewwieq għandu jkun jista’ jirranġa l-mera esterna li turi wara bla ma jiċċaqlaq mill-post tas-sewwieq."
Artikolu 2
1. Mill-1 ta’ Mejju, 1999, l-ebda Stat Membru ma jista’:
- jirrifjuta fir-rigward ta’ xi tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, biex joħroġ dokument li jkun imsemmi fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew biex jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew
- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz tat-tratturi,
jekk dawk it-tratturi jilħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva 74/346/KEE, kif emendat minn din id-Direttiva.
2. Mill-1 ta’ Ottubru, 1999, l-Istati Membri:
- ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument imsemmi fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għat-tip tat-trattur li ma jilħaqx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 74/347/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,
- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward tat-tip ta’ trattur li ma jilħaqx ir-rikweżiti tad-Direttiva 74/346/KEE, kif emendat minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ April 1999. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-disposizzjonijiet, għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jkunu pubblikati uffiċjalment. Il-proċedura għal din ir-referza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li tadotta l-materjal kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara il--pubblikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Ġunju 1998.
Għall-Kummissjoni
Martin bangemann
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 191, tal-15.7.1974, p.1.
[2] ĠU L 277, ta’ l-10.10.1997, p. 24
[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p.10.
--------------------------------------------------
| Fuq |