31998L0039


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/39/KE tal-5 Ġunju 1998 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE fir-rigward ta’ l-apparat ta’ l-isteering ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterijaTest b’rilevanza għaż-ŻEE

 ĠU L 170, 16.6.1998, p. 15–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 23 P. 178 - 178
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 23 P. 178 - 178

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/39/KE

tal-5 Ġunju 1998

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE fir-rigward ta’ l-apparat ta’ l-isteering ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE tal-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-apparat ta’ l-isteering ta’ tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija [1], kif l-aħħar emendata mill-Parlament Ewropew u bid-Direttiva tal-Kunsill 97/54/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 ta’ l-istess,

Billi issa huwa xieraq li ħsara fil-magna tiġi meqjusa bħala kawża potenzjali ta’ ħsara fl-apparat speċjali ta’ l-assistenza li tista’ ġġiegħel l-isteering jillokkja;

Billi d-Direttiva 75/321/KEE għandha għalhekk tiġi emendata;

Billi d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament għall-Progress Tekniku introdott bid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/54/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Direttiva 75/321/KEE, l-ewwel sentenza fil-punt 2.2.4.1.2 għandha tinbidel bis-segwenti:

"Jekk it-trattur ikun mgħammar b’apparat servo-steering kif definit f’1.2.1.3, u sakemm dak l-apparat ikollu tagħmir ta’ l-isteering kollu idrawliku, għandu jkun possibbli, f’każ ta’ ħsara fl-apparat speċjali jew fil-magna, li jkunu jistgħu jsiru ż-żewġ manuvri speċifikati f’2.2.1.3 bl-użu ta’ apparat speċjali addizzjonali"

.

Artikolu 2

1. Mill-1 Mejju 1999 ebda Stat Membru ma jista’:

- jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, li joħroġ id-dokument li ssir referenza għalih fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, jew jagħti l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,

jekk dawk it-tratturi jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-Direttiva 75/321/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2. Mill-1 Ottubru 1999 l-Istati Membri:

- ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument li ssir referenza għalih fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal kull tip ta’ trattur li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tad-Direttiva 75/321/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tad-Direttiva 75/321/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 April 1999. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mill-ewwel dwar l-istess.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dik ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Ġunju 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 24.

[2] ĠU L 277, ta’ l-10.10.1997, p. 24.

[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet