EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0039

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/39/KE tal-5 Ġunju 1998 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE fir-rigward ta’ l-apparat ta’ l-isteering ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterijaTest b’rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 170, 16.6.1998, p. 15–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 020 P. 310 - 310
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 023 P. 178 - 178
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 023 P. 178 - 178

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/39/oj

31998L0039



Official Journal L 170 , 16/06/1998 P. 0015 - 0015


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/39/KE

tal-5 Ġunju 1998

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE fir-rigward ta’ l-apparat ta’ l-isteering ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE tal-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-apparat ta’ l-isteering ta’ tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija [1], kif l-aħħar emendata mill-Parlament Ewropew u bid-Direttiva tal-Kunsill 97/54/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 ta’ l-istess,

Billi issa huwa xieraq li ħsara fil-magna tiġi meqjusa bħala kawża potenzjali ta’ ħsara fl-apparat speċjali ta’ l-assistenza li tista’ ġġiegħel l-isteering jillokkja;

Billi d-Direttiva 75/321/KEE għandha għalhekk tiġi emendata;

Billi d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament għall-Progress Tekniku introdott bid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/54/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Direttiva 75/321/KEE, l-ewwel sentenza fil-punt 2.2.4.1.2 għandha tinbidel bis-segwenti:

"Jekk it-trattur ikun mgħammar b’apparat servo-steering kif definit f’1.2.1.3, u sakemm dak l-apparat ikollu tagħmir ta’ l-isteering kollu idrawliku, għandu jkun possibbli, f’każ ta’ ħsara fl-apparat speċjali jew fil-magna, li jkunu jistgħu jsiru ż-żewġ manuvri speċifikati f’2.2.1.3 bl-użu ta’ apparat speċjali addizzjonali"

.

Artikolu 2

1. Mill-1 Mejju 1999 ebda Stat Membru ma jista’:

- jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, li joħroġ id-dokument li ssir referenza għalih fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, jew jagħti l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,

jekk dawk it-tratturi jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-Direttiva 75/321/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2. Mill-1 Ottubru 1999 l-Istati Membri:

- ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument li ssir referenza għalih fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal kull tip ta’ trattur li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tad-Direttiva 75/321/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tad-Direttiva 75/321/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 April 1999. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mill-ewwel dwar l-istess.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dik ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Ġunju 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 24.

[2] ĠU L 277, ta’ l-10.10.1997, p. 24.

[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

--------------------------------------------------

Top