31998L0038


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/38/KE tat-3 ta’ Ġunju 1998 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 75/151/KEE dwar ċerti komponenti u karatteristiċi tat-tratturi bir-roti għall-agrikolura jew għall-foresterija

 ĠU L 170, 16.6.1998, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 020 P. 308 - 309
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 020 P. 308 - 309
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 020 P. 308 - 309
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 020 P. 308 - 309
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 020 P. 308 - 309
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 020 P. 308 - 309
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 020 P. 308 - 309
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 020 P. 308 - 309
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 020 P. 308 - 309
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 23 P. 176 - 177
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 23 P. 176 - 177

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/38/KE

tat-3 ta’ Ġunju 1998

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 75/151/KEE dwar ċerti komponenti u karatteristiċi tat-tratturi bir-roti għall-agrikolura jew għall-foresterija

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati għall-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [1] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u partikolarment l-Artikolu 13 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE tal-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li tirrigwardja ċert partijiet u kratteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [3], kif l-aħħar emendata id-Direttiva 97/54/KE, u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha,

Billi in vista ta’ l-esperjenza u tal-progress teknoloġiku miksub, huwa issa ż-żmien opportun li tadatta l-ħtiġiet li jikkonċernaw il-komponenti u l-karatteristiċi riferiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 74/151/KEE;

Billi l-miżuri li hemm disposizzjoni dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-adattament għall-progress tekniku introdott bid-Direttiva 74/150/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I sa VI tad-Direttiva 74/151/KEE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta’ Mejju 1999 l-ebda Stat Membru ma jista’:

- jiċħad, li fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE, għal ħruġ tad-dokument riferit fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,

jekk dawn it-tratturi jilħqu il-ħtiġiet tad-Direttiva 74/151/KEE, kif emendat b’din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1999, l-Istati Membri:

- ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument riferiti fl-Artikolu 10(1), l-inċiż finali, tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li ma jilħaqx il-ħtiġiet tad-Direttiva 74/151/KEE kif emendat b’din id-Direttiva,

- jistgħu jiċħdu l-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ trattur jekk din ma’ tilħaqx il-ħtiġiet tad-Direttiva 74/151/KEE kif emendat b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Mejju 1999. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membru jadottaw dawn id-disposizzjonijiet dawn ta’ l-aħħar għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’din ir-referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-kundizzjonijiet mehmuża ma’ dik ir-referenza għandhom ikunu stabiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Ġunju 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[2] ĠU L 277, ta’ l-10.10.1997, p. 24.

[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 25.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Annessi I sa VI tad-Direttiva 74/151/KEE huma emendati kif ġej:

(a) l-Anness I, "Piż" huwa mibdul b’ "massa"

(b) Fl-Anness II

- iż-żewġ inċiżi tad-dettall 1 huma mibdula b’dan li ġej:

- "— tul: 255 jew 520mm,

- — wisa: 165 jew 120mm,

L-għażla trid tieħu konsiderazzjoni tal-qisien eżistenti fl-Istati Membri tad-destinazzjoni",

- dettall 2.1 hu mibdul b’dan li ġej:

"2.1. Il-pożizzjoni laterali tal-pjanċa

Iċ-ċentru tal-pjanċa ma jistax ikun aktar lejn il-lemin mill-pjan tas-simetrija tat-trattur.

It-tarf laterali tax-xellug tal-pjanċa ma jistax ikun aktar lejn ix-xellug mill pjan vertikali parallel għall-pjan tas-simetrija tat-trattur u tanġenti għall-punt ta’ fejn id-dijagonali tat-trattur hija l-aktar wiesa.",

- it-test tad-dettall 2.4 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-għoli tax-xifer t’isfel tal-pjanċa ‘l fuq mill-art ma jistax ikun anqas minn 0.3 metri; l-għoli tax-xifer ta’ fuq tal-pjanċa ‘l fuq mill-art m’għandux jeċċedi l- 4.0 metri."

(ċ) Fl-Anness III; it-test li ġej huwa miżjud mal-punt 2:

"l-istruttura tal-pajpijiet għall-forniment tal-karburanti u l-fetħa għall-mili għandhom ikunu nstallati ‘l barra mill-kabina."

(d) l-Anness IV huwa mibdul b’dan li ġej:

ANNESS IV

IL-PIŻIJIET TAS-SABORRA

Jekk it-trattur ikunu sejrin jitwaħlulu l-piżijiet tas-saborra sabiex jilħaq mal-ħtiġijiet l-oħra ta’ l-approvazzjoni ta’ l-KE, dawk il-piżijiet tas-saborra għandhom ikunu fornuti mill-manifattur tat-trattur, li jkunu ntiżi biex ikun nstallati, u jkollhom fuqhom il-marka tal-manifattur u stqarrija tal-massa tagħhom f’kilogrammi b’eżattezza ta’ ± 5 %. Il-piżijiet tas-saborra ta’ quddiem ikunu ġew imfassla għat-tneħħija/għall-installar frekwenti għandhom iħallu spazju ta’ sigurtà għall-anqas ta’ 25mm għall-qabda tal-maqbad. Il-metodu tat-tqegħid tas-saborra għandu jkun tali hekk li kull separazzjoni mhux mistennija tkun evitata (e.g. fil-każ li t-trattur jitgerbeb)

(e) fl-Anness V; id-dettall 2.14 huwa mibdul b’dan li ġej:

"2.1.4. Il-valur massimu għal-livell tal-pressjoni tal-ħoss għandu għall anqas ikun 93 dB(A) u l-aktar 112 dB(A)."

(f) Fl-Anness VI, it-test li ġej huwa miżjud mad-dettall II.1:

"Il-pajp ta’ wara ta’ l-exhaust għandu jitqiegħed b’tali mod li l-gassijiet ta’ l-exhaust ma jkunux jistgħu jidħlu fil-kabina."

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet