31998L0006


Titolu u referenza

Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi

 ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 15 Volume 04 P. 32 - 35
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 15 Volume 04 P. 32 - 35
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 15 Volume 04 P. 32 - 35
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 15 Volume 04 P. 32 - 35
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 15 Volume 04 P. 32 - 35
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 15 Volume 04 P. 32 - 35
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 15 Volume 04 P. 32 - 35
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 15 Volume 04 P. 32 - 35
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 15 Volume 04 P. 32 - 35
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 15 Volume 04 P. 206 - 209
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 15 Volume 04 P. 206 - 209

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf   pdf     pdf           pdf pdf pdf pdf   pdf   pdf pdf pdf    
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-16 ta' Frar 1998

dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 120 (2) tiegħu,

Wara li kunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1]

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2]

Waqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fid-9 ta' Diċembru 1997,

(1) Billi l-ħidma trasparenti tas-suq u l-informazzjoni korretta hija ta' benefiċċju għall-protezzjoni tal-konsumatur u kompetizzjoni f'saħħitha bejn l-intrapriżi u l-prodotti;

(2) Billi l-konsumaturi għandhom ikunu garantiti minn livell għoli ta' protezzjoni; billi l-Komunità għandha tikkontribwixxi għal dan b'azzjoni speċifika li tappoġġja u tissupplimenta l-politika segwita mill-Istati Membri rigward informazzjoni preċiża, trasparenti u li m'hix ambigwa għall-konsumaturi dwar il-prezzijiet ta' prodotti offruti lilhom;

(3) Billi r-Resoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 1975 dwar programm preliminari tal-Komunità Ekonomika Ewropea għal politika ta' protezzjoni u informazzjoni tal-konsumatur [4]) u r-Resoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1981 dwar programm ieħor tal-Komunità Ekonomika Ewropea għal politika ta' protezzjoni u informazzjoni tal-konsumatur [5]) jipprovdi għat-twaqqif ta' prinċipji komuni fl-indikazzjoni tal-prezzijiet;

(4) Billi dawn il-prinċipji ġew stabbiliti mid-Direttiva 79/581/KEE li tikkonċerna l-indikazzjoni ta' prezzijiet ta' ċerti affarijiet ta' l-ikel [6] u d-Direttiva 88/314/KEE li tikkonċerna l-indikazzjoni ta' prezzijiet ta' oġġeti li m'humiex ta' l-ikel [7]

(5) Billi n-ness bejn l-indikazzjoni tal-prezz ta' prodott wieħed u l-ippakkeġġjar minn qabel fi kwantitajiet stabbiliti minn qabel jew kapaċitajiet li jikkorrispondu mal-valuri tal-varjetajiet adottati fil-livell tal-Komunità pruvat li hija komplikata wisq sabiex tiġi applikata; billi huwa meħtieġ b'hekk li din l-għaqda tiġi abbandunata favur mekkaniżmu ġdid simplifikat u fl-interess tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju lir-regoli li jirregolaw standardizzazzjoni ta' l-ippakkeġġjar;

(6) Billi l-obbligu li jkun indikat il-prezz tal-bejgħ u l-prezz ta' prodott wieħed jikkontribwixxi sostanzjalment sabiex titjieb l-informazzjoni tal-konsumatur, peress li dan huwa l-eħfef mod li jgħin lill-konsumaturi sabiex jevalwaw u jikkomparaw il-prezz ta' prodotti fl-aħjar manjiera u b'hekk jagħmlu għażliet informati abbażi ta' paraguni sempliċi;

(7) Billi, għal dan il-għan, għandu jkun hemm obbligu ġenerali li jkunu indikati sew il-prezz tal-bejgħ u sew il-prezz ta' prodott wieħed għall-prodotti kollha ħlief għall-prodotti mibjugħin bil-massa, fejn il-prezz tal-bejgħ ma jistax ikun determinat sakemm il-konsumatur jindika kemm għandu bżonn mill-prodott;

(8) Billi huwa meħtieġ li jingħata każ il-fatt li ċerti prodotti normalment jinbiegħu fi kwantitajiet differenti minn kilogramma, litru, metru, metru kwadru jew metru kubu; billi huwa b'hekk xieraq li l-Istati Membri jitħallew jawtorizzaw li l-prezz ta' unità jirreferi għal unità waħda ta' kwantità differenti, jingħata każ tan-natura tal-prodott u l-kwantitajiet li bihom jinbiegħu bħas-soltu fl-Istat Membru konċernat;

(9) Billi l-obbligu li jkun indikat il-prezz ta' unità jista' jinvolvi piż eċċessiv għal ċerti negozji bl-imnut żgħar f'ċerti ċirkostanzi; billi l-Istati Membri għandhom b'hekk jitħallew iżommu lura milli japplikaw dan l-obbligu waqt perijodu ta' transizzjoni xieraq;

(10) Billi l-Istati Membri għandhom jitħallew ħielsa sabiex jirrinunzjaw l-obbligu li jkun indikat il-prezz ta' unità fil-każ ta' prodotti li għalihom dan l-indikazzjoni tal-prezz ma jkunx bżonnjuż jew li jkun jista' joħloq konfużjoni per eżempju meta l-indikazzjoni tal-kwantità m'hix rilevanti għall-għanijiet ta' paragun tal-prezz, jew meta prodotti differenti jkunu preżentati għall-bejgħ fl-istess pakkett.

(11) Billi fil-każ ta' prodotti li m'humiex ikel, l-Istati Membri, bil-għan li jħaffu l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu implimentat, huma ħielsa li jagħmlu lista ta' prodotti jew kategoriji ta' prodotti li għalihom l-obbligu li l-prezz ta' unità jkun indikat jibqa' jgħodd.

(12) Billi r-regoli fil-livell tal-Komunità jistgħu jiżguraw informazzjoni ta' l-istess xorta u trasparenti li tibbenefika lill-konsumaturi kollha fil-kuntest tas-suq intern; billi t-tqarrib ġdid, simplifikat huwa sew meħtieġ u suffiċjenti sabiex jinkiseb dan il-għan;

(13) Billi l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema hija effettiva; billi t-trasparenza tas-sistema għandha tinżamm meta jkun introdott l-Ewro; billi, għal dak il-għan, in-numru massimu ta' prezzijiet li għandhom ikunu indikati għandu jkun limitat;

(14) Billi għandha tingħata attenzjoni partikolari lil negozji ta' l-imnut żgħar; billi, għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha, fir-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva li għandu jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn tlett snin wara d-data li saret riferenza għalih fl-Artikolu 11(1), jagħtu każ partikolari lill-esperjenza miġbura fl-applikazzjoni tad-Direttiva minn negozji ta' l-imnut żgħar, inter alia, b'rigward għall-iżviluppi teknoloġiċi u l-introduzzjoni ta' munita waħda; billi dan ir-rapport, b'konsiderazzjoni għall-perijodu ta' transizzjoni li saret riferenza għalih fl-Artikolu 6, għandu jkun akkumpanjat minn proposta,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jistipula indikazzjoni tal-prezz tal-bejgħ u l-prezz għal kull unità ta' kejl ta' prodotti offruti mill-negozjanti lill-konsumaturi sabiex titjieb l-informazzjoni lill-konsumatur u tiffaċilita l-paragun tal-prezzijiet.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

(a) il-prezz tal-bejgħ għandu jfisser il-prezz finali għal unità tal-prodott, jew kwantità mogħtija tal-prodott, li jinkludi l-VAT u t-taxxi l-oħra kollha;

(b) prezz ta' unità għandu jfisser il-prezz finali, li jinkludi l-VAT u t-taxxi l-oħra kollha, għal kilogramma, litru, metru, metru kwadru jew metru kubu tal-prodott jew unità ta' kwantità waħda differenti li jintuża ħafna u li s-soltu jintuża fl-Istat Membru konċernat fil-kummerċ ta' prodotti speċifiċi;

(ċ) prodotti mibjugħin bl-ingrossa għandhom ifissru prodotti li m'humiex ippakkjati minn qabel u li jitkejjlu fil-preżenza tal-konsumatur;

(d) negozjant għandu jfisser kull persuna naturali jew legali li jbiegħ jew li joffri għall-bejgħ prodotti li huma fl-ambitu ta' attività kummerċjali jew professjonali tiegħu;

(e) konsumatur għandha tfisser kull persuna naturali li jixtri prodott għall-għanijiet li ma ma humiex fl-isfera ta' l-attività kummerċjali jew professjonali tiegħu.

Artikolu 3

1. Il-prezz tal-bejgħ u l-prezz ta' unità għandhom ikunu indikati għall-prodotti kollha li saret riferenza għalihom fl-Artikolu 1, l-indikazzjoni tal-prezz ta' unità tkun soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5. Il-prezz tal-unità m'għandux għalfejn ikun indikat jekk huwa identiku għall-prezz tal-bejgħ.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1 lill-:

- prodotti fornuti waqt il-provvediment ta' servizz,

- bejgħ bl-irkant u bejgħ ta' opri ta' arti u antikitajiet.

3. Għall-prodotti mibjugħin bl-ingrossa, il-prezz ta' unità biss għandu jkun indikat.

4. Kull riklam li jsemmi l-prezz tal-bejgħ ta' prodotti li saret riferenza għalihom fl-Artikolu 1 għandhom jindikaw il-prezz ta' unità soġġett għall-Artikolu 5.

Artikolu 4

1. Il-prezz tal-bejgħ u l-prezz ta' unità m'għandhomx ikunu ambigwi, għandhom ikunu identifikabbli faċilment u jinqraw b'mod ċar. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li n-numru massimu tal-prezzijiet li għandhom ikunu indikati ikun limitat.

2. Il-prezz ta' unità għandu jirreferi għal kwantità dikjarata b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u tal-Komunità.

Fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jew tal-Komunità jeħtieġu l-indikazzjoni ta' piż nett u l-piż nett xott għal ċerti prodotti pakkjati minn qabel, għandu jkun biżżejjed li jkun indikat il-prezz ta' unità tal-piż nett xott.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw l-obbligu li jindikaw il-prezz ta' unità ta' prodotti li għalihom din l-indikazzjoni ma tkunx bżonnjuża minħabba n-natura jew l-għan tal-prodott jew li jkunu jistgħu joħolqu konfużjoni.

2. Bl-iskop li jiġi implimentat il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, fil-każ ta' prodotti li m'humiex ta' l-ikel, jistabbilixxu lista ta' prodotti jew kategoriji ta' prodotti li għalihom l-obbligu li l-prezz ta' unità jkun indikat jibqa' jgħodd.

Artikolu 6

Jekk l-obbligu li jkun indikat il-prezz ta' unità jikkostitwixxi piż eċċessiv għal ċerti negozji ta' l-imnut żgħar minħabba n-numru ta' prodotti għall-bejgħ, iż-żona tal-bejgħ, in-natura jew il-post tal-bejgħ, kundizzjonijiet speċifiċi għall-bejgħ fejn id-prodott m'huwiex aċċessibbli direttament għall-konsumatur jew ċerti forom ta' negozju, bħalma huma ċerti tipi ta' kummerċ mit-triq, l-Istati Membri jistgħu, għal perijodu ta' transizzjoni wara d-data li hemm rifrenza għaliha fl-Artikolu 11(1), jipprovdu li l-obbligu li jkun indikat il-prezz ta' prodotti barra minn dawk mibjugħin bl-ingrossa, li jinbiegħu fin-negozji imsemmija, m'għandhomx jgħoddu, soġġett għall-Artikolu 12.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jipprovdu miżuri xierqa sabiex jinfurmaw lill-persuni kollha konċernati dwar il-liġi nazzjonali li jieħdu post din id-Direttiva.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jinponu penali għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżuraw li dawn ikunu inforzati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

Artikolu 9

1. Il-perjodu ta' transizzjoni ta' disa' snin li saret riferenza għalih fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 95/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Novembru 1995 li temenda d-Direttiva 79/581/KEE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' l-oġġetti ta' l-ikel u d-Direttiva 88/314/KEE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti li m'humiex ikel [8] għandu jkun estiż sad-data li ssir riferenza għaliha fl-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva.

2. Id-Direttivi 79/581/KEE u 88/314/KEE għandhom jitħassru b'effett mid-data li ssir riferenza għaliha fl-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva.

Artikolu 10

Din id-Direttiva m'għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw jew imantnu d-dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli b'rigward l-informazzjoni u paragrun tal-prezz lill-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom fit-Trattat.

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-18 ta' Marzu 2000. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. Id-dispożizzjonijiet adottati għandhom jgħoddu minn dik id-data.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-riferenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

3. L-Istati Membri għandhom jibgħatu d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-penali li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 8, u kull emenda oħra ta' din li saret wara.

Artikolu 12

Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn tlett snin wara d-data li saret riferenza għaliha fl-Artikolu 11(1), tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6, akkumpanjati minn proposta.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, b'din il-bażi, jerġgħu jeżaminaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u għandhom jaġixxu, f'konformità mat-Trattat, fi żmien tlett snin minn meta l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta li saret riferenza għaliha fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 13

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 14

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fis-16 ta' Frar 1998.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-Robles

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Cunningham

[1] ĠU C 260, tal-5.10.1995, p. 5 u ĠU C 249, tas-27.8.1996, p. 2.

[2] ĠU C 82, tad-19.3.1996, p. 32.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 1996 (ĠU C 141, tat-13.5.1996, p. 191). Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 1996 (ĠU C 333, tas-7.11.1996, p. 7) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Frar 1997 (ĠU C 85, tas-17.3.1997, p. 26). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 1997 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1997.

[4] ĠU C 92, tal-25.4.1975, p. 1.

[5] ĠU C 133, tat-3.6.1981, p. 1.

[6] ĠU L 158, tas-26.6.1979, p. 19. Direttiva emendata l-aħħar bid-Direettiva 95/58/KE (ĠU L 299, tat-12.12.1995, p. 11).

[7] ĠU L 142, tad-9.6.1988, p. 19. Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 95/58/KE (ĠU L 299, tat-12.12.1995, p. 11).

[8] ĠU L 299, tat-12.12.1995, p. 11.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet