31998F0428



Official Journal L 191 , 07/07/1998 P. 0004 - 0007


Azzjoni konġunta

tad-29 ta' Ġunju 1998

adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, rigward tal-ħolqien ta' Network Ġudizzjarju Ewropew

(98/428/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu K.3(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva meħuda mir-Renju tal-Belġju,

Wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata approvat mill-Kunsill Ewropew f'Amsterdam fi1-17 ta' Ġunju 1997, u partikolarment ir-Rakkommandazzjoni Nru 21 tiegħu,

Iżomm f'moħħu l-ħtieġa ta' kordinazzjoni bejn din l-inizjattiva u l-implementazzjoni tar-Rakkommandazzjoni Nru 19 f'dak il-Pjan ta' Azzjoni,

Billi jieħu konoxxenza tal-konklużjonijiet tar-seminars dwar "In-network Ġudizzjarju Ewropew u l-kriminalità organizzata", miżmuma fi Brussel mit-8 sa l-10 ta' Mejju 1996 u fid-19 sa l-20 ta' Ġunju 1997, li kienu organizzati mill-Ministeru tal-Ġustizzja Belġjan fin-network ta' programm parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, u wkoll tal-proċedimenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea,

Iżomm f'moħħu l-Azzjoni Konġunta 96/277/JHA tat-22 ta' April 1996 li tikkonċerna n-network għall-iskambju ta' maġistrati ta' kuntatt sabiex itejbu l-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea [1],

Billi huwa meħtieġ li jsir aktar tittjib għall-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, partijolarment fil-ġlieda kontra krimini serji ta' spiss ipperpetwati minn organizzazzjonijiet attwali, u f'ħafna każi transizzjonali;

Billi t-titjib effettiv tal-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri jeħtieġ l-adozzjoni ta' miżuri strutturali fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea ħalli jkunu jistgħu iseħħu l-kuntatti diretti xierqa li għandhom ikunu stabbiliti bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet l-oħrajn li huma responsabbli għall-koperazzjoni ġudizzjarja u l-azzjoni ġudizzjarja kontra għamliet ta' krimini serji, fi ħdan l-Istati Membri;

Billi din l-Azzjoni Konġunta hija mingħajr preġudizzju għall-konvenzjonijiet u l-ftehim eżistenti, partikolarment il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Għajnuna Reċiproka fil-Materji ta' l-Atti Kriminali ta' l-20 ta' April 1959.

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

TITOLU I

IL-PRINĊIPJI TAN-NETWORK ĠUDIZZJARJU EWROPEW

Artikolu 1

Ħolqien

Network ta' punti ġudizzjarji ta' kontatt għandu jkun stabbilit bejn l-Istati Membri, minn hawn il-quddiem referut bħala "in-network Ġudizzjarju Ewropew".

Artikolu 2

Kompożizzjoni

1. In-network Ġudizzjarju Ewropew għandu jkun iffurmat, billi jitqiesu r-regoli kostituzzjonali, it-tradizzjonijiet legali u l-istruttura nterna ta' kull Stat Membru, mill-awtoritajiet ċentrali responsabbli għall-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali u l-awtoritajiet ġudizzjarji u kompetenti oħrajn bir-responsabiltajiet speċifiċi fi ħdan il-kuntest tal-koperazzjoni internazzjonali, kemm ġeneralment u għal ċerti għamliet ta' krimini serji, bħal ma huma l-kriminalità organizzata, l-korruzzjoni, it-traffikar tan-narkotiċi jew it-terroriżmu.

2. Wieħed jew aktar punti ta' kuntatt ta' kull Stat Membru għandhom ikunu stabbiliti b'konformità mar-regoli nterni u mad-diviżjoni interna tar-responsabbiltajiet, billi titqies l-assigurazzjoni effettiva tal-koperta tat-territorju kollu tagħha u ta' l-għamliet ta' krimini serji.

3. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-punt jew il-punti tal-kuntatt tiegħu ikollhom tagħrif adekwat ta' lingwa ta' l-Unjoni Ewropea apparti minn dik tal-lingwa nazzjonali tiegħu, billi titqies il-ħtieġa li jkun jista jikkomunika mal-punti tal-kuntatt fl-Istati Membri l-oħrajn.

4. Meta l-maġistrati tal-kuntatt referuti fl-Azzjoni Konġunta 96/277/JHA ikollhom doveri analogi ma' dawk assenjati bl-Artikolu 4 fuq il-punti tal-kuntatt, dawn jistgħu jkunu marbuta man-network Ġudizzjarju Ewropew mill-Istat Membru li jaħtar il-maġistrat ta' kuntatt f'kull każ, b'konformità mal-proċeduri li għandhom ikunu stabbiliti minn dak l-Istat.

5. Il-Kummissjoni għandha tinnomina punt ta' kuntatt għall-dawk l-oqsma li huma fl-isfera tal-kompetenza tagħha.

Artikolu 3

Il-mod ta' l-operat tan-network

In-network Ġudizzjarju Ewropew għandu jopera partikolarment f'dawn it-tliet metodi li ġejjin:

(a) għandu jiffaċilita l-istabbiliment ta' kuntatti xierqa bejn il-punti tal-kuntatt fil-varji Stati Membri sabiex iwettqu l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4;

(b) għandu jorganizza laqgħat perjodiċi tar-rapreżentanti tal-Istati Membri b'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7;

(ċ) għandu b'mod kostanti jipprovdi ċertu ammont ta' informazzjoni bħala sfond aġġornat, notevolment permezz ta' Network xieraq tat-telekomunikazzjonijiet, permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 8, 9 u 10.

TITOLU II

KUNTATTI FI ĦDAN IN-NETWORK

Artikolu 4

Il-funzjonijiet tal-punti tal-kuntatt

1. Il-punti tal-kuntatt għandhom ikunu intermedjarji attivi bid-dover li jiffaċilitaw il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri, partikolarment fl-azzjoni ta' ġlieda ta' l-għamliet ta' krimini serji. Dawn għandhom ikunu disponibbli sabiex jiffaċilitaw lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn fil-pajjiż tagħhom, punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji lokali jew oħrajn fil-pajjiżi l-oħrajn sabiex jistabbilixxu l-kuntatti diretti l-aktar xierqa.

Dawn jistgħu, jekk ikunu meħtieġ, li jivvjaġġaw sabiex jiltaqgħu ma' punti tal-kuntatt ta' l-Istati Membri l-oħrajn, fuq il-bażi ta' ftehim bejn l-amministrazzjonijiet ikkonċernati.

2. Il-punti ta' kuntatt għandhom jipprovdu l-informazzjoni legali u prattika meħtieġa lejn l-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fil-pajjiż tagħhom, lejn il-punti tal-kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u lejn l-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fil-pajjiżi l-oħrajn sabiex dawn ikunu jistgħu iħejju talba effettiva għal koperazzjoni ġudizzjarja jew sabiex itejbu l-koperazzjoni ġudizzjarja b'mod ġenerali.

3. Huma għandhom itejbu l-kordinazzjoni tal-koperazzjoni ġudizzjarja fil-każi meta serje ta' talbiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fi Stat Membru joħolqu l-ħtieġa ta' azzjoni kkordinati fi Stat Membru ieħor.

TITOLU III

LAQGĦAT PERJODIĊI TAN-NETWORK ĠUDIZZJARJU EWROPEW

Artikolu 5

L-iskop tal-laqgħat perjodiċi

1. L-għanijiet tal-laqgħat perjodiċi tan-network Ġudizzjarju Ewropew għandhom ikunu kif ġej:

(a) sabiex jippermettu lill-punti tal-kuntatt li jsiru jafu aħjar lil xulxin u jagħmlu skambju ta' l-ideat, partikolarment dawk li jikkonċernaw l-operat tan-network;

(b) sabiex jipprovdu forum għal diskussjoni rigward il-problemi prattiċi u legali li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fil-kuntest tal-koperazzjoni legali, partikolarment fir-rigward ta' l-implementazzjoni ta' miżuri adottati mill-Unjoni Ewropea.

2. L-esperjenza relevati akwista fi ħdan in-network Ġunizzjarju Ewropew għandha tkun mgħoddija lill-korpi ta' ħidma kompetenti ta' l-Unjoni Ewropea ħalli jservu bħala bażi għad-diskussjoni u possibilment tibdil leġistalliv u tittjib prattiku fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali.

Artikolu 6

Frekwenza tal-laqgħat

1. In-network Ġudizzjarju Ewropew għandu jiltaqa' l-ewwel darba fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din l-Azzjoni Konġunta.

2. In-network Ġudizzjarju Ewropew għandu mbagħad jiltaqa' perjidikament fuq bażi ad hoc, skond kif il-membri tiegħu iħossu l-ħtieġa, fuq l-istedina tal-Presidenza tal-Kunsill, li wkoll għandha tieħu akkont tax-xewqat ta' l-Istati Membri għal Network sabiex jiltaqa.

Artikolu 7

Il-lokalità tal-laqgħat

1. Il-laqgħat għandhom, bi prinċipju, jinżammu fil-Kunsill fi Brussel, b'konformità mad-disposizzjonijiet stabiliti fir-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill.

2. B'dana kollu, laqgħat alternattivi fl-Istati Membri għandhom ikunu kkontemplati, sabiex jgħinu ħalli l-punti tal-kuntatt tal-Istati Membri kollha li jiltaqgħu ma l-awtoritajiet ta' l-Istat ospitanti apparti milli mal-punti tal-kuntatt u jżuru korpi speċifiċi fl-Istat b'responsabbilitajiet fil-kuntest tal-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali jew tal-ġlieda kontra ċerti tipi ta' krimini serji.

TITOLU IV

INFORMAZZJONI DISPONIBBLI FI ĦDAN IN-NETWORK ĠUDIZZJARJU EWROPEW

Artikolu 8

Il-kontenut ta' l-informazzjoni disseminata fi ħdan in-network Ġudizzjarju Ewropew

Il-punti tal-kuntatt għandhom ikollhom aċċess permanenti f'dawn l-erba' tipi ta' informazzjoni:

1. dettalji sħaħ tal-punti tal-kuntatt f'kull Stat Membru bi, fejn meħtieġ, spjegazzjoni tar-responsabbiltajiet tagħhom fil-livell nazzjonali;

2. lista simplifikata ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji u direttorju ta' l-awtoritajiet lokali f'kull Stat Membru;

3. informazzjoni konċiża legali u prattika li tikkonċerna s-sistemi ġudizzjarji u proċedurali fil-15-il Stat Membru;

4. it-testi ta' l-istrumenti legali relevanti u, għal konvenzjonijiet preżentament fis-seħħ, it-test tad-dikjarazzjonijiet u r-riservi.

Artikolu 9

Aġġornament ta' l-informazzjoni

1. L-informazzjoni ddisiminata fi ħdan in-network Ġudizzjarju Ewropew għandha mingħajr dubju tkun kontinwament aġġornata.

2. Għandha tkun ir-responsabbiltà ta' kull Stat Membru ndividwali li jivverifika l-eżatezza tad-dettalji li jinsabu fis-sistema u li jinforma lill-Kunsill immedjetament malli dettalji rigward wieħed mill-erba' punti referuti fl-Artikolu 8 jkunu jeħtieġu emenda.

3. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tan-network stabbilit permezz ta' din l-Azzjoni Konġunta. Partikolarment, għandu jkun responsabbli sabiex jara li l-informazzjoni referuta fl-Artikolu 8 tkun disponibbli għall-membri tan-network Ġudizzjarju Ewropew u għaż-żamma ta' l-informazzjoni meħtieġa għal funzjonament sewwa tan-network sabiex tkun kontinwament aġġornata.

TITOLU V

NETWORK TAT-TELEKOMUNIKAZZJONIJIET

Artikolu 10

Rapport li jikkonċerna sistema ta' telekomunikazzjonijiet

1. Fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din l-Azzjoni Konġunta, il-Kunsill għandu jeżamina, fuq il-bazi ta' rapport mill-Presidenza, imħejji wara konsultazzjoni man-network Ġudizzjarju Ewropew, jekk in-network għandux ikun marbut ma' Network tat-telekomunikazzjonijiet.

2. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi d-dettalji tal-konfigurazzjoni tas-sistema tat-telekomunikazzjonijiet f'deċiżjoni meħudha b'maġġoranza kwalifikata, b'konformità ma' l-Artikolu K.3(2)(b) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.

TITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Applikazzjoni territorjali

F'dak li jirrigwarda r-Renju Unit, id-disposizzjonijiet ta' din l-Azzjoni Konġunta għandhom japplikaw għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, iċ-Channel Islands u l-Isle of Man.

Artikolu 12

Studju dwar l-operat tan-network Ġudizzjarju Ewropew

IL-Kunsill għandu jwettaq studju inizzjali dwar l-operat tan-network Ġudizzjarju Ewropew fit-tmiem ta' l-ewwel fażi tal-bidu, li għandha tispiċċa sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din l-Azzjoni Konġunta.

Minn hemm 'il quddiem il-Kunsill għandu, ta' kull tliet snin fuq l-inizjattiva tal-Presidenza, jwettaq studju ta' l-operat tan-network Ġudizzjarju Ewropew fuq il-bażi ta' rapport imħejji min-network.

Meta r-rapport triennali jkun eżaminat, il-Kunsill għandu jħares lejn il-pożizzjoni li n-network jista jwettaq vis-à-vis il-Europol, fuq il-bażi ta' l-esperjenza fl-operazzjoni tan-network u ta' l-iżvilupp tal-poteri tal-Europol.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ xahar wieħed wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 14

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fil-Lussemburgu, fid-29 ta' Ġunju 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Cook

[1] ĠU L 105, tas-27.4.1996, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL

Il-Kunsill jiddikjara li l-Artikolu 11 ta' l-Azzjoni Konġunta dwar il-ħolqien ta' Network Ġudizzjarju Ewropew huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni territorjali ta' strumenti oħrajn.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet