Official Journal L 345 , 16/12/1997 P. 0045 - 0046
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2510/97 tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċertu oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffa u n-nomenklatura ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar amendat mir-Regolament (KE) Nru 2308/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3; Billi hija aċċettata li informazzjoni tat-tariffa li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għal perjodu ta' tliet xhur mid-detentur; Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tat-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhix konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament tista' tkompli tintalab taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fil-15 ta' Diċembru 1997. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 321, tat-22.11.1997, p. 1. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kodiċi tan-NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | (% bħala toqol) | butir… | 77,5 | melħ… | 7,7 | zokkor… | 3,1 | lamtu tal-patata… | 4,65 | tursin… | 6,2 | togħmiet oħra… | 0,85 | | | 04052030 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-Nota 2 (b) tal-Kapitolu 4 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 0405 u 04052030. | 2. Qamħ bi żbul li jitfarfar malajr (Triticum spelta 1.), li minnu tneħħa l-iżbul (iżda mhux il-pericarp). | 11042919 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, min-Nota 1 (b) tal-Kapitolu 10 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 1104, 110429 u 11042919. It-tneħħija tal-qamħ bi żbul li jitfarfar malajr, anki jekk ma ssirx ħsara għall-pericarp, teskludi l-prodott mill-Kapitolu 10. | 3. Ħmira (Saccharomuces cerevisiae), magħmula 95 % inattiva bl-ixxuttar. Il-prodott huwa tat-tip li jintuża fl-għalf ta' l-annimali. | 21022919 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM2102210220 u 21022019. Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata, l-intestatura 21.02, il-paragrafu 4. | --------------------------------------------------