31997R1458



Official Journal L 199 , 26/07/1997 P. 0011 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 1458/97

tas-25 ta' Lulju 1997

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċertu oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1195/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża ma' dan ir-Regolament iridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet NM approprjati indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi huwa xieraq li, soġġetti għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' kontroll doppju u għas-sorveljanza ta' qabel u rettrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti ma' l-importazzjoni fil-Komunità, informazzjoni tat-tariffa li jorbot fl-affari tal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu mitluba skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992, li tistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għal perjodu ta' 60 ġurnata mid-detentur;

Billi t-taqsima tat-tariffa u tan-nomenklatura statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma wasslietx opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-president tagħha rigward il-prodott Nru 4 fl-iskeda annessa,

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tat-taqsima tan-nomenklatura tat-tariffa u statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali rigward il-prodotti Nri 1, 2, 3, 5 fl-iskeda annessa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda skond il-kodiċijiet NM approprjati indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

L-Artikolu 2

Soġġetti għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' kontroll doppju u għas-sorveljanza ta' qabel u rettrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti ma' l-importazzjoni fil-Komunità, informazzjoni tat-tariffa li jorbot fl-affari tal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li m'għadhomx konformi ma' dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu mitluba skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' 60 ġurnata.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1997.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 170, tat-28.6.1997, p. 11.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni (kodiċi NM) | Raġuni |

(1) | (2) | (3) |

1.Ħxuna mhux minsuġa (tul: 180-220 ċm, wisa' 70-160 ċm, ħxuna madwar 5 ċm, b'toqol li jaqbeż il-150 g/m2), magħmul minn xibka ta' ħafna saffi ta' fibri tal-coconut armati matul il-ħxuna tax-xibka permezz ta' sostanza li tgħaqqad (latex) u trattament tas-sħana. | 56039490 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, nota 8(b) tat-Taqsima XI, nota 3 tal-Kapitolu 56 u l-kliem tal-kodiċi NM 5603, 560394 u 56039490. Ara wkoll in-noti ta' spjegazzjoni tas-Sistema Armoniżżata ta' l-intestatura 5603. Dan l-Artikolu ma jistax ikun ikklassifikat taħt l-intestatura għax inbidel għal artikolu tal-fibri. |

2.Gozz tubi tas-suf iduru, ta' sintetiċi mħallta u ħjut artifiċjali, ittrattati bil-polyglucolethylene.Il-prodott jitqiegħed fil-biċċa, f'rollijiet ta' madwar 23 metri tul b'wisa' meta jkun ċatt, ta' 7,5ċm.It-tubu tad-drapp, wara l-proċess, jista' jintuża bħala "kopertura biex tnaqqas il-ħoss" jew "tubu biex inaqqas il-ħoss" għal ċilindri ta' makkinarju ta' l-istampar. | 60012200 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 6001 u 60012200. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 5911 hija eskluża, għax il-ħtiġijiet ta' nota 7(b) tal-Kapitolu 59 ma tħarsux peress li l-prodott inkwestjoni għad baqalu jgħaddi minn aktar proċessar. |

3.Ilbies b'ħafna kuluri mhux ħafif magħmul minn ħafna drappijiet ħoxnin mgħollija minn ġewwa (55 % qoton, 45 % polyester) ta' ħxunijiet differenti b'aktar minn 10 punti għal kull ċentimetru lineari, maqtugħa dritti, maħsuba biex ikopru l-parti ta' fuq tal-ġisem sal-kuxxtejn. Għandu l-keffa fit-tarf tal-komma u t-tarf t'isfel.Għandu kmiem twal, dawra ta' l-għonq li toqgħod issikkata b'ribbing fid-dawra ta' l-għonq u fetħa parzjali fuq quddiem li tingħalaq b'żipp.Għandu wkoll qatgħat dekorattivi u, fuq quddiem, disinni dekorattivi meħjutin.(Ilbies simili għal pullover)(Ara r-ritratt Nru 563) | 61102099 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, noti 4 u 9 tal-Kapitolu 61 u l-kliem tal-kodiċi NM 6110, 611020 u 61102099. Wara li jkunu kkunsidrati il-qatgħa tagħha u d-dehra ġenerali (partikolarment il-fibra ħoxna u l-presenza taar-ribbing applikat ma' l-għonq) dan l-ilbies huwa kklassifikat bħala artikolu simili għal pullover. |

4.Lbies minsuġ li joqgħod wiesgħa (65 % polyster, 35 % qoton), maħsub biex ikopri l-parti t'isfel tal-ġisem mill-qadd sa l-għaksa, li jissikka biż-żipp jinqafel mix-xellug għal fuq il-lemin minn quddiem. Fuq wara għandu żewġ tabs biex jissikkaw li jippermettu lil min jilbsu li jaġġusta l-qadd.L-ilbies għandu żewġt ibwiet meħjutin fuq quddiem, żewġt ibwiet minn ġewwa fuq wara u żewġt ibwiet fil-ġenb meħjutin l-għoli tal-koxox.L-ilbies għandu wkoll biċċiet ta' l-istess drapp fl-irkubbtejn u fejn tiqgħod bilqiegħda.It-truf tas-saqajn jispiċċaw f'keffa mgħoddija bi spaga li tinġibed li tippermetti li min jilbsu li jissikka l-qalziet minn isfel.(Qalziet komdu)(Ara r-ritratt Nru 562) | 62034319 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, bin-nota tas-sub-intestatura 2(A) tat-Taqsima XI, bin-nota 8 tal-Kapitolu 62 u bil-kliem tal-kodiċi NM 6203, 620343 u 62034319. Id-dehra ġenerali ta' dan l-ilbies ma tagħmilhiex ċara li kien iddisinjat biex jintlibes biss jew primarjament sabiex jipprovdi protezzjoni (fiżika jew ta' saħħa) għal ilbies ieħor u/jew persuni matul attivitajiet industrijali, professjonali jew domestiċi. |

5.Lbies magħmul minn drapp minsuġ ta' kulur tiegħu stess ta' ħxuna ta' 0,3mm (100 % polyester), maħsub biex ikopri l-parti t'isfel tal-ġisem mill-qadd sa l-għaksa, b'inforra sewda, b'issikkar li jiżżerżaq fuq quddiem u żipp li jinqafel mix-xellug għal fuq il-lemin. L-ilbies għandu żewġ ċineg u żewġ apparat biex jissikka mill-qadd. Għandu wkoll fetħa li tibda minn isfel nett tas-sieq mgħammra b'issikkar li jiżżerżaq u issikkar "tat-tip tal-Velcro".Id-drapp għandu disinn stampat fuq quddiem ta' sieq waħda u taħt il-but ta' wara u huwa kopert minn folja ta' plastik ċellulari li tidher bl-għajn.(Qalziet ta' l-iski)(Ara r-ritratt Nru 564) | 62104000 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-nota 2(a)(5) tal-Kapitolu 59, in-noti 5 u 8 tal-Kapitolu 62 u l-kliem tal-kodiċi NM 6210 u 62104000. Wara li jkunu kkunsidrati l-ħxuna tiegħu (ta' madwar 0,2mm ta' nisġa kontra biss 0,1mm għal-folja tal-plastik), is-saħħa u l-istabbilità tiegħu, il-ħdim sod tiegħu u l-użu tiegħu bħala materjal tal-wiċċ ta' barra, dan l-insiġ jagħti l-ilbies il-karattru essenzjali tiegħu (i.e. l-insiġ iservi għal aktar milli skopijiet biex isaħħaħ biss). Ara wkoll in-noti ta' spjegazzjoni tas-Sistema Armoniżżata tal-Kapitolu 39, Konsiderazzjonijiet Ġenerali (taħlit ta' plastik u tessuti) |

+++++ TIFF +++++

|

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet