31997L0080


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/80/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar il-piż tal-prova f'każijiet ta' diskriminazzjoni bbażati fuq is-sess

 ĠU L 14, 20.1.1998, p. 6–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 05 Volume 03 P. 264 - 266
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 05 Volume 03 P. 264 - 266
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 05 Volume 03 P. 264 - 266
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 05 Volume 03 P. 264 - 266
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 05 Volume 03 P. 264 - 266
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 05 Volume 03 P. 264 - 266
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 05 Volume 03 P. 264 - 266
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 05 Volume 03 P. 264 - 266
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 05 Volume 03 P. 264 - 266
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 05 Volume 05 P. 32 - 34
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 05 Volume 05 P. 32 - 34

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-direttiva tal-kunsill 97/80/KE

tal-15 ta' Diċembru 1997

dwar il-piż tal-prova f'każijiet ta' diskriminazzjoni bbażati fuq is-sess

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-politika soċjali anness mal-Protokoll (Nru 14) dwar il-politika soċjali anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li jaġixxi, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat, f'koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [3],

(1) Billi, fuq il-bażi tal-Protokoll dwar il-politika soċjali anness mat-Trattat, l-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "l-Istati Membri"), waqt li jixtiequ jimplementaw il-Karta Soċjali ta' l-1989, ikkonkludew Ftehim dwar il-politika soċjali;

(2) Billi l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fondamentali tal-Ħaddiema tirrikonoxxi l-importanza li tiġġieled kull forma ta' diskriminazzjoni, inkluża diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, kulur, razza, opinjonijiet u twemmin;

(3) Billi l-paragrafu 16 tal-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fondamentali tal-Ħaddiema dwar it-trattament ugwali għall-irgiel u n-nisa, tipprovdi, inter alia, li l-azzjoni għandha tiġi intensifikata biex tassigura l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' ugwaljanza għalirġiel u nisa fir-rigward, b'mod partikolari, ta' aċċess għall-impjieg, remunerazzjoni, kondizzjonijiet tax-xogħol, protezzjoni soċjali, edukazzjoni, formazzjoni professjonali u żvilupp fil-karriera;

(4) Billi, skond l-Artikolu 3(2) tal Ftehim dwar il-politika soċjali, il-Kummissjoni kkonsultat ma' l-amministrazzjoni u x-xogħol f'livell Komunitarju dwar id-direzzjoni possibli ta' azzjoni Komunitarja fuq il-piż tal-prova f' każijiet ta' diskriminazzjoni bbażata fuq sess;

(5) Billi l-Kummissjoni, waqt li tirrakkomanda l-azzjoni Komunitarja wara din il-konsultazzjoni, għal darba oħra kkonsultat ma' l-amministrazzjoni u l-ħaddiema dwar il-kontenut tal-proposta kkontemplata skond l-Artikolu 3(3) ta' l-istess Ftehim; billi ta' l-aħħar bagħtu l-opinjonijiet taghħom lill-Kummissjoni;

(6) Billi, wara t-tieni konsultazzjoni, la l-amministrazzjoni u lanqas ix-xogħol ma infurmaw lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jibdew il-proċess — li possibilment iwassal għall-ftehim — previst fl-Artikolu 4 ta' l-istess Ftehim;

(7) Billi, skond l-Artikolu 1 tal-Ftehim, il-Komunità u l-Istati Membri qiegħdu bħala l-objettiv tagħhom, interalia, it-titjib fil-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol; billi implementazzjoni effettiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali għal irġiel u nisa kienet tikkontribwixxi biex tintlaħaq dik il-mira;

(8) Billi l-prinċipju ta' trattament ugwali ġie ddikjarat fl-Artikolu 119 tat-Trattat, fid-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE ta' l-10 ta' Frar 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta' l-Istati Membri relatati mal-prinċipju ta' paga ugwali għall-irġiel u n-nisa [4] u fid-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta' Frar 1976 dwar l-implementazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għal irġiel u nisa fir-rigward ta' aċċess għall-impjieg, formazzjoni professjonali u promozzjoni u kondizzjonijiet tax-xogħol [5];

(9) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE ta' 19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkuraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol għall-ħaddiema inċinti u ħaddiema li welldu riċentement jew qegħdin ireddgħu [6] ukoll tikkontribwixxi għall-implementazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa; billi dik id-Direttiva m'għandhiex tkun għad-detriment tad-Direttivi imsemmija qabel dwar it-trattament ugwali; billi, għallhekk, ħaddiema nisa koperti b'dik id-Direttiva għandhom bl-istess mod jibbenefikaw mill-adattament tar-regoli fuq il-piż tal-prova;

(10) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas dwar leave tal-ġenituri konkluż mill-UKIIEE, ĊEIPP u l-KETU [7], huwa wkoll ibbażat fuq il-prinċipju tat-trattament ugwali għal irgiel u nisa;

(11) Billi ir-referenzi għall-"proċess ġudizzjarju" u "qorti" jkopru mekkaniżmi li permezz tagħhom jistgħu jiġu sottomessi kwistjonijiet għall-kontroll u d-deċiżjoni lill-korpi indipendenti li jistgħu jgħaddu deċiżjonijiet li jorbtu fuq il-partijiet għal dawk id-disputazzjonijiet;

(12) Billi l-espressjoni "proċeduri barra mill-qorti" tfisser b'mod partikolari proċeduri bħall-konċiljazzjoni u l-medjazzjoni;

(13) Billi l-apprezzament tal-fatti li minnhom jista' jiġi presunt li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta huwa kwistjoni għal korpi nazzjonali kompetenti ġudizzjarja jew oħrajn, skond il-liġi jew il-prattika nazzjonali;

(14) Billi huma l-Istati Membri li għandhom jintroduċu, f'kull stadju approprjat tal-proċeduri, regoli ta' prova li huma aktar favorevoli għall-atturi;

(15) Billi huwa neċessarju li tittieħed konsiderazzjoni tal-fatturi speċifiċi ta' ċerti sistemi legali ta' l-Istati Membri, interalia meta titfassal inferenza ta' diskriminazzjoni jekk il-konvenut jonqos milli jipproduċi prova li tissodisfa l-qorti jew l-awtorità kompetenti oħra li ma kien hemm l-ebda ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali;

(16) Billi l-Istati Membri m'għandhomx japplikaw il-piż tal-prova għall-proċeduri fejn hija l-qorti jew korp kompetenti ieħor li għandhom jinvestigaw il-fatti tal-każ; billi l-proċeduri hekk imsemmija huma dawk fejn l-attur mhuwiex meħtieġ jipprova l-fatti, li l-qorti jew il-korp kompetenti għandhom jinvestigaw;

(17) Billi l-atturi jistgħu jiġu mċaħħda minn kull mezz effettiv biex jidħol fis-seħħ il-prinċipju tat-trattament ugwali quddiem il-qrati nazzjonali jekk l-effetti ta' l-introduzzjoni ta' prova ta' diskriminazzjoni apparenti kienu li ma jiġix impost fuq il-konvenut il-piż tal-prova li l-prattika tiegħu mhijiex infatti diskriminatorja;

(18) Billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għalhekk sostniet li r-regoli dwar il-piż tal-prova għandhom jiġu addattati meta jkun hemm każ primafacie ta' diskriminazzjoni u li, biex il-prinċipju tat-trattament ugwali jiġi applikat effettivament, il-piż tal-prova għandu jmur lura għall-konvenut meta tinġieb evidenza ta' din id-diskriminazzjoni;

(19) Billi huwa iktar diffiċli li wieħed jipprova d-diskriminazzjoni meta tkun indiretta; billi huwa għalhekk importanti li tiġi definita diskriminazzjoni indiretta;

(20) Billi il-mira li r-regoli fuq il-piż tal-prova jiġu adegwatament addattati ma ntlaħqitx b'mod sodisfaċenti fl-Istati Membri kollha u, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà dikjarat fl-Artikolu 3b tat-Trattat u skond dak tal-proporzjonalità, dik il-mira għanda tintlaħaq fil-livell Komunitarju; billi din id-Direttiva tillimita ruħha għall-azzjoni minima meħtieġa u ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju għal dak l-iskop,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Iskop

L-iskop ta' din id-Direttiva għandu jkun biex jiġi assigurat li l-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali jsiru aktar effettivi, sabiex il-persuni kollha li jikkunsidraw lilhom infushom trattati ħażin minħabba li l-prinċipju tat-trattament ugwali ma ġiex applikat għalihom ikun jista' jkollhom id-drittijiet tagħhom iddikjarati mill-proċess ġudizzjarju wara rikors possibbli għal korpi kompetenti oħrajn.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

1. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttivà, il-prinċipju ta' trattament ugwali għandu jfisser li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni affattu bbażata fuq sess, kemm direttament jew indirettament.

2. Għall-iskopijiet tal-prinċipju tat-trattament ugwali imsemmi fil-paragrafu 1, diskriminazzjoni indiretta għandha teżisti meta disposizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali jiżvantaġġaw proporzjon sostanzjalment ogħla tal-membri ta' sess wieħed ħlief jekk dik id-disposizzjoni, kriterju jew prattika hija approprjata u neċessarja u tista tiġi ġustifikata minn fatturi oġġettivi li mhumiex relatati mas-sess.

L-Artikolu 3

L-Iskop

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal:

(a) sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 119 tat-Trattat u mid-Direttivi 75/117/KEE, 76/207/KEE u, safejn hija kkonċernata d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, 92/85/KEE u 96/34/KE;

(b) kull proċedura ċivili jew amministrattiva li tikkonċerna s-settur pubbliku jew privati li jipprovdi għal mezz ta' korrezzjoni taħt il-liġi nazzjonali skond il-miżuri msemmija f'(a) bl-eċċezzjoni ta' proċeduri barra mill qorti ta' natura volontarja jew li jkun hemm ipprovdut għalihom fil-liġi nazzjonali.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal proċeduri kriminali, ħlief jekk provdut xort'oħra mill-Istati Membri.

L-Artikolu 4

Il-piż tal-prova

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-miżuri li huma neċessarji, skond is-sistemi nazzjonali ġudizzjarji tagħhom, biex jiżguraw li, meta persuni li jikkunsidraw ruħhom ittrattati ħażin minħabba li l-prinċipju tat-trattament ugwali ma ġiex applikat lilhom jistabilixxu, quddiem qorti jew awtorità kompetenti, fatti li minnhom jista' jiġi presunt li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta, għandu jkun il-konvenut li jipprova li ma kien hemm ebda ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali.

2. Id-Direttiva m'għandhiex iżżomm lill-Istati Membri milli jintroduċu regoli ta' prova li huma aktar favorevoli għall-atturi.

3. L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw il-paragrafu 1 għall-proċeduri meta hija il-qorti jew il-korp kompetenti li għandhom jinvestigaw il-fatti tal-każ.

L-Artikolu 5

Informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-mizuri meħuda skond din id-Direttiva, flimkien mad-disposizzjonijiet digà fis-seħħ, jinġiebu għall-attenzjoni tal-persuni kollha kkonċernati permezz tal-proċeduri approprjati kollha.

L-Artikolu 6

Non-rigressjoni

L-implementazzjoni ta' din id-Direttiva m'għandha taħt l-ebda ċirkustanza tkun ta' bażi suffiċjenti għal tnaqqis fil-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema fl-oqsma li tapplika għalihom, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istati Membri li jwieġbu għal bidliet fis-sitwazzjoni billi jintroduċu liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jvarjaw minn dawk fis-seħħ man-notifika ta' din id-Direttiva, sakemm il-ħtiġiet minimi ta' din id-Direttiva jiġu rispettati.

L-Artikolu 7

L-Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex huma jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' Jannar 2001. Huma għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi biex isiru dawn ir-referenzi għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-informazzjoni kollha neċessarja biex il-Kummissjoni tfassal rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-C. Juncker

[1] ĠU C 332, tas-7.11.1996, p. 11 u ĠU C 185, tat-18.6.1997, p. 21.

[2] ĠU C 133, tat-28.4.1997, p. 34.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta'April 1997 (ĠU C 132, tat-28.4.1997, p. 215), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' 24 ta' Lulju 1997 (ĠU C 307, tat-8.10.1997, p. 6) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Novembru 1997 (ĠU C 358, ta' l-24.11.1997).

[4] ĠU L 45, tad-19.2.1975, p. 19.

[5] ĠU L 39, ta' l-14.2.1976, p. 40.

[6] ĠU L 348, tat-28.11.1992, p. 1.

[7] ĠU L 145, tad-19.6.1996, p. 4.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet