31997L0054


Titolu u referenza

Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 1997 li temenda, fir-rigward tal-veloċità massima skond id-disinn ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttivi tal-Kunsill 74/150/KEE, 74/151/KEE, 74/152/KEE, 74/346/KEE, 74/347/KEE, 75/321/KEE, 75/322/KEE, 76/432/KEE, 76/763/KEE, 77/311/KEE, 77/537/KEE, 78/764/KEE, 78/933/KEE, 79/532/KEE, 79/533/KEE, 80/720/KEE, 86/297/KEE, 86/415/KEE u 89/173/KEE

 ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 019 P. 247 - 248
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 019 P. 247 - 248
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 019 P. 247 - 248
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 019 P. 247 - 248
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 019 P. 247 - 248
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 019 P. 247 - 248
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 019 P. 247 - 248
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 019 P. 247 - 248
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 019 P. 247 - 248
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 22 P. 54 - 55
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 22 P. 54 - 55

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-23 ta’ Settembru 1997

li temenda, fir-rigward tal-veloċità massima skond id-disinn ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, id-Direttivi tal-Kunsill 74/150/KEE, 74/151/KEE, 74/152/KEE, 74/346/KEE, 74/347/KEE, 75/321/KEE, 75/322/KEE, 76/432/KEE, 76/763/KEE, 77/311/KEE, 77/537/KEE, 78/764/KEE, 78/933/KEE, 79/532/KEE, 79/533/KEE, 80/720/KEE, 86/297/KEE, 86/415/KEE u 89/173/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

Billi l-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mat-tip ta’ approvazzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [4] hija fil-preżent limitata għal tratturi li għandhom veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u t-30 km/siegħa;

Billi l-veloċità massima skond id-disinn ta’ għadd kbir ta’ tratturi illum teċċedi 30 km/siegħa; billi sar għalhekk meħtieġ li tiġi emendata d-Direttiva 74/150/KEE u d-Direttivi separati li jagħmlu parti mis-sistema Ewropea ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi sħaħ applikabbli għal dawn il-vetturi, biex jiġi evitat li l-proċedura tkun tapplika għal anqas u anqas vetturi;

Billi d-Direttivi separati 74/151/KEE [5], 74/152/KEE [6], 74/346/KEE [7], 74/347/KEE [8], 75/321/KEE [9], 75/322/KEE [10], 76/432/KEE [11], 76/763/KEE [12], 77/311/KEE [13], 77/537/KEE [14], 78/764/KEE [15], 78/933/KEE [16], 79/532/KEE [17], 79/533/KEE [18], 80/720/KEE [19], 86/297/KEE [20], 86/415/KEE [21] u 89/173/KEE [22], fihom definizzjoni speċifika ta’ l-ambitu tagħhom dwar il-veloċità massima disinjata; billi dawn id-direttivi jeħtieġu wkoll wkoll li jiġu emendati taħt il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 74/150/KEE, biex jiġi evitat li dawn ikunu applikabbli biss għal anqas u anqas vetturi;

Billi żieda xierqa fil-veloċità skond id-disinn hija minn 30 sa 40 km/siegħa;

Billi awment fil-veloċità massima disinjata użat biex jiddefinixxi l-ambitu tad-Direttiva 74/150/KEE u ċerti direttivi individwali jeħtieġ ukoll bidla fid-Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE tas-6 ta’April 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’l-Istati Membri relatati mal-mekkaniżmu tal-brejkijiet ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [23]; billi din il-bidla, li ssir f’att separat, għandha tidħol fis-seħħ mhux aktar tard minn din id-Direttiva;

Billi huwa meħtieġ li jittejbu u jiġu armonizzati l-aspetti kollha ta’ sigurezza bħall-istallazzjoni ta’ ċinturini tas-sigurezza;

Billi t-tniġġiż mit-tratturi għandu jkun is-suġġett ta’ leġislazzjoni Komunitarja fil-futur,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Il-kliem ‘30 km/siegħa’ għandhom jiġu sostitwiti b’40 km/siegħa’:

- fl-Artikolu 1(2) tad-Direttivi 74/150/KEE, 74/151/KEE, 74/152/KEE, 74/346/KEE, 74/347/KEE, 75/321/KEE, 75/322/KEE, 76/432/KEE, 76/763/KEE, 77/311/KEE, 77/537/KEE, 78/933/KEE, 79/532/KEE, 79/533/KEE, 80/720/KEE, 86/297/KEE, 86/415/KEE u 89/173/KEE,

- fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 78/764/KEE,

- il-punt 1.5 fl-Anness għad-Direttiva 74/152/KEE.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva qabel it-23 ta’ Settembru 1998. Huma għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni bihom. Dawn għandhom japplikaw il-miżuri mit-23 ta’ Settembru 1998.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew għandu jkun hemm magħhom referenza ta’ din ix-xorta meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-forma tar-referenza għandha tiġi deċiża mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Settembru 1997.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-robles

Għall-Kunsill

Il-President

F. Boden

[1] ĠU C 186, tas-26.6.1996, p. 11.

[2] ĠU C 56, ta’ l-24.2.1997, p. 74.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 1996 (ĠU C 20, ta’ l-20.1.1997, p. 25), il-Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 1997 (ĠU C 157, ta’ l-24.5.1997, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’Lulju 1997 (ĠU C 286, tat-22..9.1997). Id-Deċizjoni tal-Kunsill tad-29 ta’Lulju 1997.

[4] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’l-Adeżjoni tal-1994.

[5] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 25.

[6] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 33.

[7] ĠU L 191, tal-15.7.1974, p. 1.

[8] ĠU L 191, tal-15.7.1974, p. 5.

[9] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 24.

[10] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 28.

[11] ĠU L 122, 8. 1976. 1974, p. 5.

[12] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 135.

[13] ĠU L 105, tat-28.4.1977, p. 1.

[14] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 38.

[15] ĠU L 255, tat-18.9.1978, p. 1.

[16] ĠU L 325, ta’ l-20.11.1978, p. 16.

[17] ĠU L 145, tat-13.6.1979, p. 16.

[18] ĠU L 145, tat-13.6.1979, p. 20.

[19] ĠU L 194, tat-28.7.1980, p. 1.

[20] ĠU L 186, tas-7.8.1986, p. 19.

[21] ĠU L 240, tas-26.8.1986, p. 1.

[22] ĠU L 67, ta’ l-10.3.1989, p. 1.

[23] ĠU L 122, tat-8.5.1976, p. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 96/63 (ĠU L 253, ta’ l-10.5.1996, p. 1).

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet