Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/48/KE tad-29 ta’ Lulju 1997 li temenda għat-tieni darba d-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE li tistabbilixxi r-regoli bażiċi meħtieġa għall-ittestjar tal-migrazzjoni tal-kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik intenzjonati biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel
Official Journal L 222 , 12/08/1997 P. 0010 - 0015
CS.ES Chapter 13 Volume 019 P. 180 - 185
ET.ES Chapter 13 Volume 019 P. 180 - 185
HU.ES Chapter 13 Volume 019 P. 180 - 185
LT.ES Chapter 13 Volume 019 P. 180 - 185
LV.ES Chapter 13 Volume 019 P. 180 - 185
MT.ES Chapter 13 Volume 019 P. 180 - 185
PL.ES Chapter 13 Volume 019 P. 180 - 185
SK.ES Chapter 13 Volume 019 P. 180 - 185
SL.ES Chapter 13 Volume 019 P. 180 - 185
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/48/KE tad-29 ta’ Lulju 1997 li temenda għat-tieni darba d-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE li tistabbilixxi r-regoli bażiċi meħtieġa għall-ittestjar tal-migrazzjoni tal-kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik intenzjonati biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (Test b’relevanza tal-żEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/109/KEE tal-21 ta’ Diċembru ta’ l-1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, Billi d-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE tat-18 ta’ Ottubru 1982 li tistabbilixxi r-regoli bażiċi meħtieġa għall-ittestjar tal-migrazzjoni tal-kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik intenzjonati biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel [2], kif emendata permezz tad-Direttiva 93/8/KEE [3], ma tispeċifikax it-testijiet tal-migrazzjoni li għandhom jitwettqu f’każijiet li s-simulanti ta’ ikel xaħmi mhumiex adatti; Billi l-applikazzjoni tat-test permezz ta’ l-użu ta’ simulanti ta’ ikel xaħmi tieħu ħafna ħin u diffiċli biex titmexxa u għalhekk testijiet alternattivi f’xi kondizzjonijiet speċifikati għandhom ikunu permessi; Billi mhuwiex ċar jekk id-Direttiva 82/711/KEE tawtorizzax l-użu tal-materjal u oġġetti tal-plastik li mhumiex intenzjonati li jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel ta’ kull tip iżda li huma intenzjonati li jiġu f’kuntatt ma’ iktar minn oġġett ta’ l-ikel wieħed jew iktar minn grupp speċifikat ta’ oġġetti ta’ l-ikel wieħed; billi dan l-użu jista’ jkun awtoriżżat mingħajr ma joħloq l-ebda problema għas-saħħa sakemm indikazzjoni approprjata tinforma lill-konsumatur jew bejjiegħ bl-imnut bit-tip/tipi ta’ oġġett/i ta’ l-ikel li jista’ jew ma jistax jiġi f’kuntatt magħhom; Billi l-indikazzjoni ta’ numru eċċessiv ta’ tipi ta’ oġġetti ta’ l-ikel li jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ xi materjali u oġġetti tal-plastik jista’ ma jkunx faċli biex jiftiehem u għalhekk dawn il-materjali u oġġetti għandhom ikunu sottoposti għas-simulanti kollha ta’ l-ikel jew mezzi tat-testijiet provduti permezz ta’ din id-Direttiva biex ikun protett il-konsumatur; Billi l-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta’ l-Ikel, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness għad-Direttiva 82/711/KEE huwa sostitwit permezz ta’ l-Anness t’hawn. Artikolu 2 Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mill-1 ta’ Lulju ta’ l-1998. Għandhom jinfurmaw minnufih lil-Kummissjoni b’dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal tali referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula f’Brussel, fid-29 ta’ Lulju 1997. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 40, tal-11.2.1989, p. 38. [2] ĠU Nru L 297, tat-23.10.1982, p. 26 [3] ĠU Nru L 90, ta’ l-14.4.1993, p. 22. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS REGOLI BAŻIĊI GĦALL-ITTESTJAR TA’ MIGRAZZJONI GLOBALI U SPEĊIFIKATA 1. "Testijiet tal-migrazzjoni" għad-determinazzjoni ta’ migrazzjoni speċifika u globali għandhom isiru permezz ta’ l-użu ta ‘simulanti ta’ l-ikel’ stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ dan l-Anness u taħt il-"kondizzjonijiet tat-testijiet tal-migrazzjoni konvenzjonali" speċifikati fil-Kapitolu II ta’ dan l-Anness. 2. "Testijiet ta’ sostituzzjoni" li jużaw it-"mezzi ta’ test" taħt il-"kondizzjonijiet konvenzjonali tat-testijiet ta’ sostituzzjoni" kif stabbilit fil-Kapitolu III għandhom isiru jekk it-test tal-migrazzjoni li juża simulanti ta’ ikel xaħmi (ara l-Kapitolu I) mhuwiex fattibbli għal raġunijiet tekniċi li huma konnessi mal-metodu ta’ analiżi, 3. "Testijiet alternattivi" indikati fil-Kapitolu IV huma permissibbli minnflok testijiet tal-migrazzjoni b’simulanti ta’ l-ikel xaħmi meta l-kondizzjonijiet speċifikati fil-Kapitolu IV huma mwettqa. 4. Fit-tliet każijiet kollha huwa permissibbli: (a) li jitnaqqas in-numru ta’ testijiet li għandhom isiru lil dak jew dawk li, fil-każ speċifiku taħt eżami, huwa (huma) rikonoxxuti ġeneralment bħala l-iktar iebsa fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika; (b) biex iħalli barra l-migrazzjoni jew is-sostituzzjoni jew it-testijiet alternattivi fejn hemm prova konklusiva li l-limiti tal-migrazzjoni ma jistgħux jiġu skorruti f’kull kondizzjoni prevedibbli ta’ l-użu tal-materjal jew oġġett. Il-KAPITOLU I Simulanti ta’ l-ikel 1. Introduzzjoni Billi mhuwiex possibbli dejjem li jkunu użati oġġetti ta’ l-ikel għat-testijiet ta’ materjali li jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel, simulanti ta’ l-ikel huma introdotti. Huma kklassifikati permezz tal-konvenzjoni bħala li għandhom il-karattru ta’ wieħħed jew iktar tipi ta’ l-ikel. It-tipi ta’ l-ikel u s-simulanti ta’ l-ikel li għandhom ikunu użati huma indikati fit-Tabella 1. Fil-prattika taħlitiet varji ta’ tipi ta’ l-ikel huma possibbli, per eżempju ikel xaħmi u milwiem. Huma deskritti fit-Tabella 2 akkumpanjati permezz ta’ l-indikazzjoni tas-simulant(i) ta’ l-ikel li għandhom jintgħażlu fl-istħarriġ tat-testijiet tal-migrazzjoni. Tabella 1 Tipi ta’ ikel u simulanti ta’ l-ikel Tip ta’ ikel | Klassifikazzjoni konvenzjonali | Simulant ta’ l-ikel | Taqsira | Ikel milwiem (jiġifieri ikel milwiem li għandhom pH >4,5) | Oġġetti ta’ l-ikel ghal liema test b’simulant A biss huwa stipulat fid-Direttiva 85/572/KEE [1] | Ilma distillat jew ilma ta’ kwalità ekwivalenti | Simulant A | Ikel aciduż (jiġifieri ikel milwiem li għandhom pH ≤4,5) | Oġġetti ta’ l-ikel ghal liema test b’simulant B biss huwa stipulat fid-Direttiva 85/572/KEE | Aċidu Aċetiku 3 % (w/v) | Simulant B | Ikel alkoholiku | Oġġetti ta’ l-ikel ghal liema test b’simulant ċ biss huwa stipulat fid-Direttiva 85/572/KEE | Etanol 10 % (v/v) Din il-konċentrazzjoni għandha tkun aġġustata ghall-qawwa alkoholika attwali ta’ l-ikel jew jisskorri l-10 % (v/v) | Simulant Ċ | Ikel xaħmi | Oġġetti ta’ l-ikel ghal liema test b’simulant D biss huwa stipulat fid-Direttiva 85/572/KEE | Żejt taż-żebbuġa rettifikat jew simulanti ta’ l-ikel xaħmi oħra | Simulant D | Ikel xott | | Xejn | Xejn | 2. Għażla tas-simulanti ta’ l-ikel 2.1. Materjali u oġġetti intenzjonati għall-kuntatt mat-tipi kollha ta’ l-ikel It-testijiet għandhom isiru permezz tas-simulanti ta’ l-ikel imsemmija hawn isfel, li huma kkunsidrati bħala l-iktar iebsa, fil-kondizzjonijiet tat-test speċifikati fil-Kapitolu II, permezz tat-teħid ta’ test ġdid ta’ kampjun tal-materjal jew oġġett plastiku għal kull simulant: - 3 % aċidu aċetiku (w/v) f’soluzzjoni milwiema, - 10 % ethanol (v/v) f’soluzzjoni milwiema, - żejt taż-żebbuġa rettifikat ("referenza ta’ simulant D"). Iżda din ir-referenza ta’ simulant D tista’ tkun sostitwita permezz ta’ taħlita sintetika ta’ triglycerides jew żejt tal-ġirasol jew żejt tal-qamħirrun bi speċifikazzjonijiet standardizzati ("Simulanti oħra ta’ l-ikel xaħmi", imsjeħħa "simulanti D"). Jekk, meta jkun qiegħed jiġi użat wieħed minn dawn is-simulanti oħra ta’ l-ikel xaħmi, il-limiti tal-migrazzjoni jiġu skorruti, għall-ġudizzju ta’ nuqqas ta’ konformità hija obbligatorja konferma tar-riżultat permezz ta’ l-użu taż-żejt taż-żebbuġa, meta jkun teknikament fattibbli. Jekk din l-informazzjoni ma hijiex teknikament fattibbli u l-materjal jew l-oġġett jiskorru l-limiti tal-migrazzjoni għandu jitqies li ma jħarisx id-Direttiva 90/128/KEE. 2.2. Materjali u oġġetti intenzjonati għall-kuntatt mat-tipi speċifikati ta’ l-ikel Dan il-każ jirreferi biss għas-sitwazzjonijiet segwenti: (a) meta l-materjal jew l-oġġett huwa diġa f’kuntatt ma’ oġġett ta’ l-ikel magħruf; (b) meta l-materjal jew l-oġġett huwa akkumpanjat, skond ir-regoli ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/109/KEE, minn indikazzjoni speċifika li tistabbilixxi ma’ liema tipi ta’ ikel deskritti fit-Tabella 1 jistgħu jew ma jistgħux ikunu użati, per eżempju "ikel milwiem biss"; (ċ) meta l-materjal jew l-oġġett huma akkumpanjati, skond ir-regoli ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/109/KEE, minn indikazzjoni speċifika li tistabbilixxi ma’ liema oġġett(i) ta’ l-ikel jew grupp(i) imsemmija fid-Direttiva 85/572/KEE jistgħu jew ma jistgħux ikunu użati. Din l-indikazzjoni għandha tkun espressa: (i) fl-istadju ta’ marketing għajr l-istadju ta’ bejgħ bl-imnut, permezz ta’ l-użu ta’ "numru ta’ referenza" jew "deskrizzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel" ipprovdut fit-Tabella tad-Direttiva 85/572/KEE; (ii) fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut permezz ta’ l-użu ta’ indikazzjoni li għandha tirreferi biss għal ftit ikel biss jew gruppi ta’ ikel, preferibbilment b’eżempji li huma faċli biex jinftiehmu. F’dawn is-sitwazzjonijiet it-testijiet għandhom isiru permezz ta’ l-użu għal każ taħt (b) is-simulant(i) ta’ l-ikel indikati bħala eżempji fil-Tabella 2 u għal każ taħt (a) u (ċ) is-simulant(i) ta’ l-ikel imsemmija fid-Direttiva 85/572/KEE. Meta l-oġġett ta’ l-ikel(i) jew grupp(i) ta’ oġġetti ta’ l-ikel mhux (mhumiex) inkluż(i) fil-tabella speċifikata fid-Direttiva 85/572/KEE, agħżel l-oġġett mit-Tabella 2 li jikkorrispondi l-iktar viċin ma’ l-oġġett(i) ta’ l-ikel jew grupp(i) ta’ oġġetti ta’ l-ikel taħt eżami. Jekk il-materjal jew oġġett huwa intenzjonat biex jiġi f’kuntatt ma’ iktar minn oġġett ta’ l-ikel wieħed jew ma’ grupp(i) ta’ oġġetti ta’ l-ikel li għandhom fatturi ta’ tnaqqis differenti, għal kull oġġett ta’ l-ikel applika l-fatturi ta’ tnaqqis approprjati għar-riżultat tat-test. Jekk wieħed jew iktar riżultati ta’ tali kalkolu jaqbeż ir-restrizzjoni, allura il-materjal ma huwiex adegwat għal dak l-oġġett ta’ l-ikel partikolari jew grupp(i) ta’ oġġett ta’ l-ikel. It-testijiet għandhom isiru fil-kondizzjonijiet tat-test speċifikati fil-Kapitolu II, billi isir kampjun ġdid tat-test għal kull simulant. Tabella 2 Simulanti ta’ l-ikel li għandhom ikunu magħżula ghal ittestjar ta’ materjal li jigu f’kuntatt ma’ l-ikel f’każijiet specjali Ikel f’kuntatt | Simulant | Ikel milwiem biss | Simulant A | Ikel aciduż biss | Simulant B | Ikel alkoholiku biss | Simulant Ċ | Ikel xaħmi biss | Simulant D | Ikel kollu milwiem u aciduż | Simulant B | Ikel kollu alkoholiku u milwiem | Simulant Ċ | Ikel kollu alkoholiku u aciduż | Simulanti Ċ u B | Ikel kollu xaħmi u milwiem | Simulanti D u A | Ikel kollu xaħmi u aciduż | Simulanti D u B | Ikel kollu xaħmi u alkoholiku u milwiem | Simulanti D u Ċ | Ikel kollu xaħmi u alkoholiku u aciduż | Simulanti D, Ċ u B | Il-KAPITOLU II Kondizzjonijiet tat-test tal-migrazzjoni (ħinijiet u temperaturi) 1. It-testijiet tal-migrazzjoni għandhom isiru, permezz ta’ l-għażla mill-ħinijet u temperatura speċifikati fil-Tabella 3 minn dawk li jikkorrispondu ma’ l-agħar kondizzjonijiet prevedibbli ta’ kuntatt għal materjal jew oġġett plastiku li qiegħħed jiġi studjat u għal kwalunkwe informazzjoni ta’ tikkettjar dwar it-temperatura massima ta’ użu. Għalhekk jekk il-materjal jew oġġett plastiku huwa intenzjonat għall-applikazzjoni ta’ kuntatt ta’ ikel kopert permezz ta’ kombinazzjoni ta’ żewġ ħinijet u temperaturi jew iktar meħuda mil-tabella, it-test ta’ l-migrazzjoni għandu jitwettaq soġġett għall-kampjun tat-test wara l-agħar kondizzjonijiet prevedibbli possibbli kollha approprjati għall-kampjun, permezz ta’ l-użu ta’ l-istess porzjoni ta’ simulant ta’ ikel. 2. Kondizzjonijiet ta’ kuntatt ġeneralment rikonoxxuti bħala iktar iebsa Fl-applikazzjoni tal-kriterji ġenerali li d-determinazzjoni tal-migrazzjoni għandha tkun ristretta għall-kondizzjonijiet tat-test li, fil-każ speċifiku taħt eżami, huma rikonoxxuti bħala l-iktar iebsa fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika, xi eżempji speċifiċi għall-kondizzjonijiet tat-test tal-kuntatt jingħataw hawn taħt. 2.1. Materjali u oġġetti tal-plastik intenzjonati biex jiġi f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel fï kwalunkwe kondizzjoni ta’ ħin u temperatura Fejn l-ebda tikkettjar jew istruzzjonijiet ma huma mogħtija biex jindikaw it-temperatura ta’ kuntatt u l-ħin mistenni fl-użu attwali, li jiddependi fuq it-tip(i) ta’ ikel, simulant(i) A u/jew B u/jew ċ għandu(hom) jkun/u użat/i għal 4 siegħat f’100 °C jew għal 4 siegħat f’temperatura ta’ rifluss u/jew simulant D għandu jkun użat biss għal sagħtejn f’175 °C. Dawn il-kondizzjonijiet ta’ ħin u temperatura huma konvenzjonalment ikkunsidrati bħala l-iktar iebsa. 2.2. Materjali u oġġetti tal-plastik intenzjonati li jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel f’temperatura tal-kamra jew inqas għal perjodu mhux speċifiku Fejn il-materjal u l-oġġett huma tikkettjati għall-użu f’temperatura tal-kamra jew inqas jew fejn il-materjali u oġġetti skond in-natura tagħhom huma b’mod ċar intenzjonati għall-użu f’temperatura tal-kamra u inqas, it-test għandu jsir f’40 °C għal 10 ijiem. Dawn il-kondizzjonijiet ta’ ħin u temperatura huma konvenzjonalment ikkunsidrati bħala iktar iebsa. 3. Migranti volatili Meta jsir l-ittestjar għall-migrazzjoni speċifika ta’ sustanzi volatili, it-test(ijiet) b’simulant(i) għandu (għandhom) ikunu mwettqa b’mod li jirrikonoxxi t-telf tal-migranti volatili li jista’ jkun hemm fl-agħar kondizzjonijiet prevedibbli ta’ użu. 4. Każijiet speċjali 4.1. Għal materjali u oġġetti intenzjonati għall-użu fi fran microwave, l-ittestjar tal-migrazzjoni jista’ juża jew forn konvenzjonali jew forn microwave sakemm jintagħżlu l-ħin u l-kondizzjoni tat-temperatura appropjati mit-Tabella 3. 4.2. Jekk jinstab li t-twettieq tat-testijiet taħt il-kondizzjonijiet tal-kuntatt speċifikati fl-Tabella 3 jikkawża bidliet fiżiċi jew bidliet oħra fil-kampjun tat-test li ma jiġrux taħt l-agħar kondizzjonijiet prevedibbli ta’ użu tal-matejal jew oġġett taħt eżami, it-testijiet tal-migrazzjoni għandhom isiru taħt l-agħar kondizzjonijiet prevedibbli ta’ użu fejn dawn il-bidliet fiżiċi jew bidliet oħra ma jseħħux. 4.3. B’deroga mill-kondizzjonijiet tat-test pprovduti fit-Tabella 3 u fil-paragrafu 2, jekk il-materjal jew oġġett plastiku jista’ fl-użu attwali jkun impjegat għal perjodi ta’ inqas minn 15-il minuta f’temperaturi bejn is-70 °C u l-100 °C (eż "hot fill") u hu hekk indikat permezz ta’ l-ittikettjar jew istruzzjonijiet adegwati, għandu jsir it-test ta’ sagħtejn biss f’70 °C. Iżda jekk il-materjal jew oġġett huwa intenzjonat biex ikun użat ukoll għal ħażna f’temperatura tal-kamra, it-test hawn fuq imsemmi huwa sostitwit permezz ta’ test f’40 °C għal 10 ijiem li konvenzjonalment ikkunsidrat bħala iktar iebes. 4.4. F’dawk iċ-ċirkostanzi fejn il-kondizzjonijiet konvenzjonali għall-ittestjar tal-migrazzjoni mhumiex adegwatament koperti mill-kondizzjonijiet tal-kuntatt tat-test ta’ Tabella 3 (per eżempju temperaturi ta’ kuntatt iktar minn 175 °C jew ħinijiet ta’ kuntatt inqas minn 5 minuti), kondizzjonijiet oħra ta’ kuntatt jistgħu jkunu użati li huma iktar adegwati għall-każ taħt eżami, sakemm il-kondizzjonijiet magħżula jistgħu jirrapreżentaw l-agħar kondizzjonijiet previdibbli ta’ kuntatt għall-materjal jew oġġetti tal-plastik li qiegħdin jiġu studjati. Tabella 3 Kondizzjonijiet konvenzjonali għat-testijiet tal-migrazzjoni ma’ simulanti ta’ l-ikel Kondizzjonijiet ta’ kuntatt fl-agħar użu prevedibbli | Kondizzjonijiet tat-test | Ħin ta’ kuntatt | Ħin tat-test | t ≤5 min | Ara l-kondizzjonijiet f’punt 4.4 | 5 min < t ≤0,5 sigħat | 0,5 sigħat | 0,5 siegħa < t ≤siegħa | Siegħa | Siegħa < t ≤ sagħtejn | Sagħtejn | Sagħtejn < t ≤ 4 sigħat | 4 sigħat | 4 sigħat < t ≤24 siegħa | 24 siegħa | t > 24 siegħa | 10 ijiem | Temperatura ta’ kuntatt | Temperatura tat-test | T ≤5 °C | 5 °C | 5 °C < T ≤ 20 °C | 20 °C | 20 °C < T ≤ 40 °C | 40 °C | 40 °C < T ≤ 70 °C | 70 °C | 70 °C < T ≤ 100 °C | 100 °C jew temperature ta’ rifluss | 100 °C < T ≤121 °C | 121 °C [2] | 121 °C < T ≤130 °C | 130 °C [2] | 130 °C < T ≤150 °C | 150 °C [2] | T > 150 °C | 175 °C [2] | Il-KAPITOLU III It-test ta’ sostituzzjoni tax-xaħam għall-migrazzjoni globali u speċifika 1. Jekk l-użu tas-simulanti ta’ l-ikel xaħmi mhuwiex fattibbli għal raġunijiet tekniċi konnessi mal-metodu ta’ analiżi, uża minnflok mezzi ta’ test kollha stipulati kollu preskritt fil-Tabella 4 taħt il-kondizzjonijiet tat-test li jikkorrispondu għall-kondizzjonijiet tat-test għas-simulant D. Din il-tabella tagħti xi eżempji ta’ l-iktar kondizzjonijiet tat-test ta’ l-migrazzjoni konvenzjonali importanti u l-kondizzjonijiet konvenzjonali korrispondenti tagħhom tat-testijiet ta’ sostituzzjoni. Għall-kondizzjonijiet tat-testijiet l-oħra li mhumiex iddikjarati fil-Tabella 4, ħu f’konsiderazzjoni wkoll dawn l-eżempji kif ukoll l-esperjenza eżistenti għat-tip ta’ polymer użat taħt eżami. Uża kampjun ta’ test ġdid għal kull test. Applika għal kull mezz ta’ test l-istess regoli stipulati fil-Kapitoli I u II għas-simulant D. Uża, fejn adegwat, il-fatturi ta’ tnaqqis stabbiliti fid-Direttiva 85/572/KEE. Biex tassigura konformità ma’ kwalunkwe limitu ta’ migrazzjoni, agħżel l-ikbar valur miksub permezz ta’ l-użu tal-mezzi ta’ test kollha. Iżda jekk jinstab li t-twettieq ta’ dawn it-testijiet jikkawża bidliet fiżiċi jew bidliet oħra fil-kampjun tat-test li ma jseħħux taħt l-agħar kondizzjonijiet prevedibbli ta’ użu tal-materjal jew oġġett taħt eżami, ir-riżultat għal dan mezz ta’ test għandu jkun skartat u l-ogħla mill-valuri li baqgħu għandhom jintgħażlu. 2. Permezz ta’ deroga f’punt 1, jista’ jkun possibbli biex ikunu imħollija barra wieħed jew tnejn mit-testijiet ta’ sostituzzjoni pprovduti fil-Tabella 4, jekk dawn it-testijiet huma ġeneralment rikonoxxuti bħala mhux approprjati għall-kampjun taħt konsiderazzjoni fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika. Tabella 4 Kondizzjonijiet konvenzjonali ghat-testijiet ta’ sostituzzjoni Kondizzjoni tat-test b’simulant D | Kondizzjonijiet tat-test b’isooctane | Kondizzjonijiet tat-test b’ethanol 95 % | Kondizzjonijiet tat-test b’MPPO [3] | 10 ijiem f’temperatura ta’ 5 °C | 0,5 jum f’temperatura ta’ 5 °C | 10 ijiem f’temperatura ta’ 5 °C | — | 10 ijiem f’temperatura ta’ 20 °C | 1 jum f’temperatura ta’ 20 °C | 10 ijiem f’temperatura ta’ 20 °C | — | 10 ijiem f’temperatura ta’ 40 °C | 2 ijiem f’temperatura ta’ 20 °C | 10 ijiem f’temperatura ta’ 40 °C | — | 2 siegħat f’temperatura ta’ 70 °C | 0,5 Siegħa f’temperatura ta’ 40 °C | 2,0 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C | — | 0,5 Siegħa f’temperatura ta’ 100 °C | 0,5 Siegħa f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 2,5 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C | 0,5 Siegħa f’temperatura ta’ 100 °C | 1 Siegħa f’temperatura ta’ 100 °C | 1,0 Siegħa f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 3,0 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 1 Siegħa f’temperatura ta’ 100 °C | 2 siegħat f’temperatura ta’ 100 °C | 1,5 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 3,5 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 2 siegħat f’temperatura ta’ 100 °C | 0,5 siegħa f’temperatura ta’ 121 °C | 1,5 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 3,5 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 0,5 siegħa f’temperatura ta’ 121 °C | 1 siegħa f’temperatura ta’ 121 °C | 2,0 siegħat f’temperatura ta’60 °C [4] | 4,0 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 1 siegħa f’temperatura ta’ 121 °C | 2 siegħat f’temperatura ta’ 121 °C | 2,5 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 4,5 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 2 siegħat f’temperatura ta’ 121 °C | 0,5 siegħa f’temperatura ta’ 130 °C | 2,0 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 4,0 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 0,5 siegħa f’temperatura ta’ 130 °C | 1 siegħa f’temperatura ta’ 130 °C | 2,5 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 4,5 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 1 siegħa f’temperatura ta’ 130 °C | 2 siegħat f’temperatura ta’ 150 °C | 3,0 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 5,0 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 2 siegħat f’temperatura ta’ 150 °C | 2 siegħat f’temperatura ta’ 175 °C | 4,0 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 6,0 siegħat f’temperatura ta’ 60 °C [4] | 2 siegħat f’temperatura ta’ 175 °C | Il-KAPITOLU IV Testijiet alternattivi tax-xaħam għall-migrazzjoni globali u speċifika 1. Huwa permissibbli li jkun użat ir-riżultat ta’ testijiet alternattivi kif speċifikat f’dan il-Kapitolu sakemm iż-żewġ kondizzjonijiet sussegwenti jitwettqu: (a) ir-riżultati miksuba f’ "test komparattiv" juru li l-valuri huma ugwali għal jew iktar minn dawk miksuba fit-test b’simulant D; (b) il-migrazzjoni fit-test alternattiv ma taqbiżx il-limiti tal-migrazzjoni, wara l-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ tnaqqis approprjati ipprovduti fid-Direttiva 85/572/KEE. Jekk xi waħda minn dawn il- kondizzjonijiet jew it-tnejn li huma mhumiex imwettqa, allura it-testijiet ta’ l-migrazzjoni għandhom ikunu mwettqa. 2. B’deroga mill-kundizzjoni diġa’ msemmija fil-paragrafu 1 (a), huwa possibbli biex li jitħalla barra it-test komparattiv jekk hemm prova konklussiva oħra bażata fuq riżultati xjentifiċi sperimentali li l-valuri miksuba fit-testijiet alternattivi huma ugwali għal jew iktar minn dawk miksuba fit-test tal-migrazzjoni. 3. Testijiet alternattivi 3.1. Testijiet alternattivi b’mezzi volatili Dawn it-testijiet jużaw mezzi volatili bħal isooctane jew ethanol 95 % jew solventi volatili oħra jew taħlit ta’ solventi. Għandhom jitwettqu fil-kondizzjonijiet ta’ kuntatt tali li l-kondizzjoni taħt 1 (a) tkun sodisfatta. 3.2. "Testijiet ta’ estrazzjoni" Testijiet oħra, li jużaw mezzi li għandhom saħħa ta’ estrazzjoni qawwija ħafna taħt kondizzjonijiet ta’ test iebsa ħafna, jistgħu jkunu użati jekk huma ġeneralment rikonoxxuti, fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika, li r-riżultati miksuba permezz ta’ l-użu ta’ dawn it-testijiet ("testijiet ta’ estrazzjoni") huma ugwali għal jew iktar minn dawk miksuba fit-test b’simulant D. [1] ġU Nru L 372, tal-31.12.1985, p.14. [2] Din it-temperatura għandha tkun użata biss għal simulant D. Għal simulanti A, B jew ċ it-test jista’ jkun sostitwit permezz ta’ test f’100 °C jew temperature ta’ rifluss għal dewmien ta’ erbgħa darbiet il-ħin magħżul skond ir-regoli ġenerali ta’ paragrafu 1. [3] MPPO = Polyphenylene oxide modifikati [4] Mezzi tat-test volatili huma użati sa temperatura massima ta’ 60 °C. Prekondizzjoni ta’ l-użu tat-testijiet ta’ sostituzzjoni hu li l-materjal jew oġġett jiflaħ għall-kondizzjonijiet tat-test li jkun altrimenti użat ma’ simulant D. Għaddas kampjun tat-test fiż-żejt taż-żebbuġa taħt il-kondizzjonijiet appropjati. Jekk il-proprjetajiet fiżici jinbidlu (eż. tidwib, diformazzjoni) allura il-materjal ikun ikkunsidrat bhala mhux adatt għall-użu f’dik it-temperatura. Jekk il-proprjetajiet fiżici ma jinbidlux, allura ipprocedi bit-testijiet ta’ sostituzzjoni permezz ta’ l-użu tal-kampjuni ġodda. --------------------------------------------------