31997L0037



Official Journal L 169 , 27/06/1997 P. 0074 - 0075


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/37/KE

tad-19 ta’ Ġunju 1997

li taddatta għall-progress tekniku l-Annessi I u II tad-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ismijiet tat-tessuti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1966 dwar ismijiet tat-tessuti [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi l-prodotti tat-tessuti jistgħu biss jitqiegħdu fis-suq fi ħdan il-Komunità jekk jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva msemmija;

Billi din id-Direttiva dwar l-ismijiet tat-tessuti tipprovdi għall-ittikkettjar jew l-immarkar jew l-indikazzjoni ta’ l-isem tal-fibri tat-tessuti fil-prodotti, biex jiġi żgurat li l-interessi tal-konsumatur jiġu mħarsa b’informazzjoni korretta;

Billi dawk il-fibri tat-tessuti biss elenkati fl-Anness I tad-Direttiva msemmija jistgħu jintużaw fit-taħlita tal-prodotti tat-tessuti li huma ntenzjonati għas-suq intern tal-Komunità; billi hemm il-bżonn li l-Annessi li fihom il-listi tal-fibri jiġu addatati għall-progress tekniku biex jiġu miżjuda fibri ġodda li tfaċċaw mill-aħħar emenda ta’ din id-Direttiva;

Billi id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tad-Direttivi dwar l-Ismijiet u l--Ittikkettjar tat-Tessuti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 96/74/KE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. In-numru 2 huwa emendat kif ġej:

- fil-kolonna "L-Isem", il-kelma "Cashgora" hija mdaħħla wara "guanaco",

- fil-kolonna "Deskrizzjoni tal-Fibra", il-kliem "mogħża cashgora" (bagħal bejn mogħża kaxmir u mogħża angora) huma miżjudin wara l-kelma "guanaco".

2. In-numru 30 huwa emendat kif ġej:

- it-test fil-kolonna "L-Isem" għandu jaqra "Polyamide jew nylon",

- id-deskrizzjoni tal-fibri għandha tinbidel bit-test li ġej:

"Fibri magħmula minn makromolekoli sintetiċi u lineari li jkollhom fit-katina rabtiet rikorrenti ma’ amide li minnu mill-inqas 85 % huwa magħqud ma’ unitajiet alifatiċi jew ċikloalifatiċi".

3. In-numri 31 sa 41 issa jaqraw 34 sa 44.

4. Huwa miżjud Nru 31 ġdid:

- it-test fil-kolonna "L-Isem" għandu jaqra "Aramid",

- it-test fil-kolonna

"Deskrizzjoni tal-fibra"

għandu jaqra:

"Fibri magħmulin minn makromolekuli lineari sintetiċi magħmula minn gruppi aromatiċi magħqudin b’rabtiet ta’ amide jew imide, li minnhom mill-inqas 85 % huma magħqudin direttament ma’ żewġ ċrieki aromatiċi u bin-numru ta’ konnessjonijiet ta’ imide, jekk dawn ta’ l-aħħar ikunu preżenti, ma jaqbiżx in-numru ta’ konnessjonijiet ta’ amide".

5. Huwa miżjud Nru 32 ġdid:

- it-test fil-kolonna "L-Isem" għandu jaqra "Polyimide",

- it-test fil-kolonna

"Deskrizzjoni tal-fibra"

għandu jaqra:

"Fibri ffurmati minn makromolekoli sintetiċi lineari li fit-taħlita fihom unitajiet ripetuti ta’ imide".

6. Huwa miżjud Nru 33 ġdid:

- it-test fil-kolonna "L-Isem" għandu jaqra "Lyocell",

- it-test fil-kolonna

"Deskrizzjoni tal-fibra"

għandu jaqra:

"Fibra taċ-ċelluloża riġenerata magħmula miksuba mit-tidwib, u proċess ta’ solvent organiku b’tidwir mingħajr ma jifforma derivati",

- riferenza għan-nota f’qiegħ il-paġna hija miżjuda wara t-test fil-kolonna

"L-Isem"

. In-nota f’qiegħ il-paġna taqra:

"Huwa mifhum illi "solvent organiku". ifisser essenzjalment taħlita ta’ kimiċi organiċi u ilma".

7. Għalhekk, in-numru 22 huwa emendat kif ġej:

id-deskrizzjoni hija mibdula bit-test li ġej:

B

≥ 1,3

T + 2T

B

≥ 0,5

T

fejn T hija d-densità lineari medja f’decitex".

Artikolu 2

L-Anness II tad-Direttiva 96/74/KE huwa emendat kif ġej:

1. In-numri 31 sa 41 issa jaqraw 34 sa 44

2. Huwa miżjud Nru 31 ġdid::

it-test fil-kolonni Fibri u Perċentwali għandu jaqra:

"Aramid | 8,00" |

3. Huwa miżjud Nru 32 ġdid:

it-test fil-kolonni Fibri u Perċentwali għandu jaqra:

"Polyimide | 3,50" |

4. Huwa miżjud Nru 33 ġdid:

it-test fil-kolonni Fibri u Perċentwali għandu jaqra:

"Lyocell | 13,00." |

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ l-Anness tad-Direttiva 96/74/KE sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 1998.

Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Id-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva u għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza bħal din għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma adottaw fil-qasam tas-suġġett irregolat minn din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Emma Bonino

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 32, tat-3.2.1997, p. 38.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet